UEFA
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Union of European Football Associations | |
Fundazzjoni | 15 ta' Ġunju 1954 |
Tip | Organizzazzjoni sportiva |
Kwartieri Ġenerali | Nyon, Svizzera |
Sħubija | 53 assoċċazzjoni nazzjonali |
President | Michel Platini |
Sit Elettroniku | www.uefa.com |
L-Unjoni tal-Assoċjazzjoniet tal-Futbol Ewropej (bl-Ingliż: The Union of European Football Associations), jew kif inhi magħrufha aħjar bħala l-UEFA, hi l-amministrazzjoni li tikkontrolla l-futbol Ewropew. Hi tirrapreżenta l-assoċjazzjoniet nazzjonali tal-futbol ta' l-Ewropa. Tieħu ħsieb il-kompetizzjoniet tan-nazzjonal u tal-klabbs madwar l-Ewropa kollha u tieħu ħsieb il-flus rigalati, ir-regoli u d-drittijiet tal-medja ta' dawn il-kompetizzjoniet. Diversi assoċjazzjoniet nazzjonali tal-futbol li ġeografikament jagħmlu ma' l-Asja qegħdin imsieħba fil-UEFA minflok fiż-Żona Ażjatika. Dawn jinkludu t-Turkija, l-Iżrael u l-Każakistan. Ċipru għażel li jiġi klassifikat bħala nazzjon tal-futbol Ewropew, dan seta' jagħżel li jmur ma' l-Ewropa, l-Asja u l-Afrika. Anki l-Armenja għażlet li tiġi klassifikata bħala nazzjon tal-futbol Ewropew, din setgħat tagħżel li tmur ma' l-Ewropa jew l-Asja.
Il-UEFA hi waħda mill-ikbar konfederazzjonijiet tal-futbol tal-FIFA. Mill-konfederazzjonijiet kollha, din l-assoċazzjoni hi l-aktar b'saħħitha f'dak li jirrigwarda rikkezza u influwenza fuq il-logħba. Virtwalment kważi kull plejer ta' klassi jinsab jilgħab fl-aqwa kampjonati ta' l-Ewropa u dan minħabba l-ħlas tajjeb li jingħataw f'pajjiżi bħall-Ingilterra, Franza, il-Ġermanja, l-Italja u Spanja. Ħafna mis-saħħa tal-futbol fid-dinja jinsabu fit-timijiet nazzjonali tal-UEFA. Mit-32 tim li daħal għat-Tazza tad-Dinja 2006, erbatax kienu allokati għat-timijiet tal-UEFA, u s'issa fl-ewwel għoxrin post tar-Rankings Mondjali tal-FIFA insibu erbatax-il tim Ewropew.
Il-UEFA ilha mwaqqfha mill-15 ta' Ġunju 1954 ġewwa Bażil, l-Isvizzera wara diskussjoni bejn l-Assoċċazzjoni tal-Futbol Franċiża, Taljana u Belġjana. Il-kwartieri ġenerali kienu jinstabu f'Pariġi sa l-1959 meta l-organizazzjoni mxiet lejn Bern. L-ewwel segretarju ġenerali kien Henri Delaunay u Ebbe Schwarts kien l-ewwel president. Iċ-ċentru amministrattiv ilu miftuħ sa mill-1995 u jinsab f'Nyon, l-Isvizzera. Fil-bidu kienet magħmulha minn 25 assoċazzjoni nazzjonali, iżda illum insibu fiha 53 assoċjazzjoni.
Werrej |
[editja] Segretarji Ġenerali tal-UEFA
- Henri Delaunay (1954-1955)
- Pierre Delaunay (1955-1960)
- Hans Bangerter (1960-1989)
- Gerhard Aigner (1989-2003)
- Lars-Christer Olsson (2003-2007)
- Gianni Infantino (2007)
- David Taylor (2007- )
[editja] Presidenti tal-UEFA
- Ebbe Schwartz (1954-1962)
- Gustav Wiederkehr (1962-1972)
- Artemio Franchi (1972-1983)
- Jacques Georges (1983-1990)
- Lennart Johansson (1990-2007)
- Michel Platini (2007- )
[editja] Timijiet Nazzjonali li tieħu ħsieb il-UEFA
Bħalissa l-UEFA għandha f'idejha 53 pajjiż, li parti minnhom inqasmu minn pajjiżi oħra jew ingħaqdu ma' din il-konfederazzjoni:
|
1: L-Iżrael kien jagħmel parti mill-AFC bejn l-1972 u l-1994. Fl-1994 ingħaqad mal-UEFA
2: Il-Każakistan kien jagħmel parti mill-AFC. Fl-2002 ingħaqad mal-UEFA
[editja] Parteċipazzjoni fit-Tazza tad-Dinja
16-il darba
12-il darba 11-il darba 9 darbiet |
8 darbiet 7 darbiet 4 darbiet 3 darbiet
|
darbtejn darba |
1: Ir-rekords tal-Ġermanja jinkludu 10 apparenzi taħt l-Ġermanja tal-Punent
2: Ir-rekords tas-Serbja jinkludu 9 apparenzi taħt il-Jugożlavja, 9 taħt Jugożlavja, u 1 taħt Serbja u Montenegro
3: Ir-rekords tar-Repubblika Ċeka jinkludu 8 apparenzi taħt iċ-Ċekoslovakkja
4: Ir-rekords tar-Russja jinkludu 7 apparenzi taħt l-Unjoni Sovjetika
5: L-Iżrael għamel apparenza taħt iż-Żona Ażjatika
- Nota: Il-FIFA kkunsidrat lill-Ġermanja l-eredi tar-rekords tal-Ġermanja tal-Punent. L-istess kien għas-Serbja (Serbja u Montenegro, u Jugożlavja); għar-Repubblika Ċeka (Ċekoslovakkja); u għar-Russja (Unjoni Sovjetika).
- Il-Montenegro applikat biex tingħaqad mal-UEFA u l-FIFA fit-30 ta' Ġunju 2006. Ingħaqdet mal-UEFA fis-26 ta' Jannar 2007, u mal-FIFA fil-31 ta' Mejju 2007.
[editja] Ara wkoll
- G-14
- Rekords tal-Futbol Ewropew
- Tazza UEFA
- UEFA Champions League
- Unuri għall-Klabbs tal-UEFA
[editja] Ħoloq oħra
Futbol Internazzjonali | |||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
FIFA | Tazza tad-Dinja | Tazza tad-Dinja tan-Nisa | Tazza tad-Dinja Under-20 | Tazza tad-Dinja Under-17 | Tazza tal-Konfederazzjonijiet | Olimpjadi | Logħob Ażjatiku | Rankings Mondjali | Plejer tas-Sena | Timijiet | Kodiċi | |||||||||||
|
Timijiet nazzjonali tal-futbol ta' l-Ewropa (UEFA) |
---|
|