Tim Nazzjonali tal-Futbol tal-Liechtenstein
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Il-Liechtenstein hu nazzjon żgħir bejn l-Isvizzera u l-Awstrija. Minkejja ċ-ċokon tiegħu xorta għandu tim nazzjonali, li ilu jeżisti uffiċjalment mill-1982. L-ewwel logħba uffiċjali kienet kontra l-Isvizera (Liechtenstein 0 - 1 Svizera), li saret fid-9 ta' Marzu 1982. Iżda fl-14 ta' Ġunju 1981 kien diġa lagħab logħba internazzjonali kontra Malta, imma din ma titqiesx bħala uffiċjali (Liechtenstein 1 - 1 Malta). L-ikbar rebħa wettaqha meta lagħab kontra l-Lussemburgu, pajjiż ieħor żgħir fl-Ewropa, fit-13 t'Ottubru 2004 (Lussemburgu 0 - 4 Liechtenstein). Iżda fid-9 ta' Novembru 1996 sofra l-agħar skor kontra t-tim Maċedonjan (Liechtenstein 1 - 11 Maċedonja).
Informazzjoni oħra:
Assoċjazzjoni: Liechtensteiner Fussballverband (L-Assoċjazzjoni tal-Futbol tal-Liechtenstein)
Il-Kowċ Attwali: (Il-Ġermaniż) Martin Andermatt (2004- )
It-Top Scorer: Mario Frick (b'7 gowls)
Il-Kodiċi tal-FIFA: LIE
Ir-Ranking tal-FIFA: 161 post
L-Aħjar Ranking: 122 post (Diċembru ta' l-2005)
L-Agħar Ranking: 165 post (Mejju ta' l-1998)
Ir-Ranking tal-Elo: 173