Web Analytics Made Easy - Statcounter

See also ebooksgratis.com: no banners, no cookies, totally FREE.

CLASSICISTRANIERI HOME PAGE - YOUTUBE CHANNEL
Privacy Policy Cookie Policy Terms and Conditions
Tazza tad-Dinja tal-Futbol - Wikipedija

Tazza tad-Dinja tal-Futbol

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.

Tazza tad-Dinja tal-futbol
Dixxiplina:  Futbol
Fundazzjoni:  1930
Titlu:  Ċampjin tad-dinja
Ftuħ:  Ġunju
Parteċipanti:  12-il tim
Tip:  Nazzjonali
Kadenza:  Kwadrijennali
Konfederazzjoni:  FIFA
Ċampjin:  Italja
Sit elettroniku:  fifaworldcup.com

Trofew jew rikonoxximent

It-Tazza tad-Dinja tal-Futbol hi komeptizzjoni internazzjonali tal-futbol kkontestata mit-timijiet nazzjonali li huma membri tal-FIFA. Dan il-kampjonat ra l-bidu tiegħu fl-1930 u kompla sejjer kull erba' snin, ħlief fl-1942 u l-1946, minħabba it-Tieni Gwerra Dinjija.

Dan il-kampjonat hu l-iktar avveniment sportiv segwit fid-dinja, b'madwar 715.1 miljun persuna li segwew il-kampjonat ta' l-2006. Il-format tal-kompetizzjoni tinvolvi 32 tim nazzjonali li jikkompetu fi grawnds differenti ġewwa l-pajjiż (jew pajjiżi) li jkunu qed jospitaw il-kompetizzjoni. Biex jiġu ddeterminati l-pajjiżi parteċipanti, il-logħob ta' kwalifikazzjoni jintlagħbu madwar tliet snin qabel il-finali.

Fit-tmintax-il kampjonat li sar, seba' pajjiżi biss irnexxielom jirbħu t-titlu. Il-Brażil hu t-tim li kellu l-iktar suċċess f'din il-kompetizzjoni, meta rebaħ dan it-titlu għal ħames darbiet. Iċ-ċampjin preżenti, l-Italja, issegwi wara b'erba' titli waqt li l-Ġermanja żżomm tlieta. L-Urugwaj (li rebħu l-ewwel edizzjoni) u l-Arġentina isegwu b'żewġ titli, u l-Ingilterra u Franza b'titlu wieħed.

L-aktar finali riċenti tat-Tazza tad-Dinja seħħet bejn id-9 ta' Ġunju u d-9 ta' Lulju 2006, ġewwa l-Ġermanja, fejn l-Italja ġiet inkurunata bħala ċampjin meta għelbu lil Franza fil-finali, fejn fl-għoti tal-penalties l-Italja rebħet 5-3 wara li l-partita spiċċat 1-1 wara l-ħin supplementari. Il-Ġermanja spiċċat it-tielet wara li rebħet 3-1 lill-Portugall. It-Tazza tad-Dinja li jmiss se ssir fl-2010 ġewwa l-Afrika t'Isfel.

Mill-1991, il-FIFA organizzat it-Tazza tad-Dinja tan-Nisa kull erba' snin.

Werrej

[editja] It-Trofew

It-trofew tat-Tazza tad-Dinja fuq bolla Ġermaniża
It-trofew tat-Tazza tad-Dinja fuq bolla Ġermaniża

Mill-1930 sa l-1970, ir-rebbieħa tat-Tazza tad-Dinja kienu jiġu premjati bit-Trofew Rimet. Oriġinarjament magħruf bħala "Victory", imma ġeneralment magħruf sempliċiment bħala World Cup jew Coupe du Monde, dan it-trofew fl-1947 kien ġie msemmi wara l-president tal-FIFA Jules Rimet li kien hu l-idea wara l-bidu għal din il-kompetizzjoni. Fl-1970, it-tielet rebħa tal-Brażil f'din il-kompetizzjoni tathom id-dritt li jżommu t-trofew għal dejjem. Madanakollu, it-trofew kien misruq fl-1983 u qatt ma nstab, fejn apparentament dan kien ġie maħlul mill-ħallelin.[1]

Wara l-1970, trofew ġdid, magħruf aħjar bħala it-Trofew tat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA, ġie disinjat. L-esperti tal-FIFA, ġejjin minn seba' pajjiżi differenti evalwaw it-53 mudell preżentat, u fl-aħħar ġie magħżul ix-xogħol tad-disinjatur Taljan Silvio Gazzaniga. It-trofew il-ġdid hu ta' 36 ċm, magħmul minn deheb solidu ta' 18-il karatt u jiżen 6.175kg. In-naħa t'isfel tat-trofew iżżomm is-sena u l-isem ta' kull rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja mill-1974 'il quddiem.[2]

Dan it-trofew ma jkunx mogħti lin-nazzjon rebbieħ għal dejjem, u dan ma jiddependix minħabba n-numru ta' edizzjonijiet li jkun rebaħ. Ir-rebbieħa tat-Tazza tad-Dinja jżommu t-trofew sa l-edizzjoni li jkun imiss u mbagħad jingħataw replika tat-trofew.[3] L-Arġentina, il-Ġermanja (bħala Ġermanja tal-Punent), l-Italja u l-Brażil rebħu t-tieni trofew darbtejn, waqt li Franza darba. Dan it-trofew jibqa' jintuża sakemm il-plakka ta' l-ismijiet tkun imtliet kollha u dan mistenni li jiġri fl-2038.

[editja] Maskot

Għal iktar informazzjoni fuq dan is-suġġett ara l-artiklu prinċipali: Maskots tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol.

Kull edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja, mill-1966, kellha l-proprju maskot. Għall-bidu kienet maħsuba biex tattira aktar il-pubbliku aktar ġovanili (partikularment it-tfal), aktar tard din saret mezz pubbliċitarju tal-kompetizzjoni.

[editja] Riżultati

1930 Urugway 4-2 Arġentina

1934 Italja 2-1 Ċekoslovakkja

1938 Italja 4-2 Ungerija

1950 Urugway - Brażil

  • Ma kienx hemm final uffiċċjali tat-Tazza tad-Dinja 1950. Ir-rebbieħ tal-kampjonat ġie deċiż minn grupp li kien ikkontestat minn erba' pajjiżi (l-Urugwaj, il-Brażil, l-Isvezja u Spanja). Ir-rebħa ta' l-Urugwaj kontra l-Brażil (2-1) kienet partita deċiżiva u li kienet ukoll kumbinazzjoni waħda mill-aħħar żewġ partiti tal-kampjonat. Dan ir-riżultat poġġa lill-Urugwaj b'vantaġġ fil-punti u għalhekk spiċċaw l-ewwel fil-grupp u bħala rebbieħa tal-kampjonat. Ir-rebħa ta' l-Isvezja 3-1 fuq Spanja poġġa lill-istess pajjiż fit-tielet pajjiż.

1954 Ġermanja tal-Punent 3-2 Ungerija

1958 Brażil 5-2 Svezja

1962 Brażil 3-1 Ċekoslovakkja

1966 Ingilterra 4-2 Ġermanja tal-Punent

1970 Brażil 4-1 Italja

1974 Ġermanja tal-Punent 2-1 Olanda

1978 Arġentina 3-1 Olanda

1982 Italja 3-1 Ġermanja tal-Punent

1986 Arġentina 3-2 Ġermanja tal-Punent

1990 Ġermanja tal-Punent 1-0 Arġentina

1994 Brażil 0-0 Italja (Brażil jirbħu 3-2 bil-penalties)

1998 Franza 3-0 Brażil

2002 Brażil 2-0 Ġermanja

2006 Italja 1-1 Franza (Italja jirbħu 5-3 bil-penalties)

2010

[editja] Rekords u Statistika

[editja] Rebbieħa

  • Brażil – 5 darbiet
  • Italja – 4 darbiet
  • Ġermanja – 3 darbiet
  • Arġentina u Urugwaj – darbtejn
  • Franza u Ingilterra – darba

[editja] Top Scorers

It-top scorer mill-edizzjonijiet kollha tat-Tazza tad-Dinja huwa Ronaldo tal-Brażil li fit-tliet edizzjonijiet huwa skorja 15-il gowl. Fl-edizzjoni tal-Korea u l-Ġappun, fl-2002, huwa spiċċa bħala top scorer meta kontra kull tim li lagħbu l-Brażil hu rnexxielu jiskorja (ħlief kontra l-Ingilterra). Fil-finali skorja doppjetta li rregalat il-ħames trofew għall-Brażil.

Fit-tieni post insibu lill-Ġermaniż Gerd Müller b'erbatax-il gowl, li hu kkunsidrat bħala fost l-aktar attakkant b'suċċessi. Hu spiċċa top scorer fit-Tazza tad-Dinja 1970 fil-Messiku b'għaxar gowls. Fit-tielet post insibu lil Just Fontaine ta' Franza bi tlettax-il gowl li ġew kollha fil-kampjonat ta' l-1958 li sar fl-Isvezja.

Fir-raba' post insibu lil Pelé tal-Brażil li hu l-istilla Brażiljana ta' kull żmien. Fl-edizzjoni ta' l-1958 hu skorja sitt gowls f'erba' logħbiet u sar l-iżgħar plejer li ħa sehem fit-Tazza tad-Dinja (17-il sena u 239 ġurnata) kif ukoll l-iżgħar plejer li skorja tripletta (17-il sena u 249 ġurnata). Fit-Tazza tad-Dinja 1962 hu spiċċa b'gowl wieħed biss skorjat fl-ewwel ġurnata tal-logħob. Fl-1966 Pelé sar l-ewwel plejer li qatt skorja fi tliet edizzjonijiet wara xulxin meta skorja l-uniku gowl tiegħu f'dik l-edizzjoni kontra l-Bulgarija. Fl-edizzjoni ta' wara hu spiċċa biex skorja erba' gowls.

[editja] L-Aktar Gowl Kmieni

Fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja l-aktar gowl kmieni sar fl-edizzjoni tal-Korea u l-Ġappun fl-2002, meta fil-parita bejn il-Korea Repubblikana u t-Turkija, għat-tielet u r-raba' post, il-Korea sofriet l-ewwel gowl wara biss ħdax-il sekonda mill-plejer Tork Hakan Şükür. Dan irnexxielu jirbaħ ballun importanti fuq l-iżball tad-difiża biex fetaħ l-iskor kmieni. Il-partita spiċċat bit-Turkija jirbħu 3-2. Václav Mašek taċ-Ċekoslovakkja skorja t-tieni l-iktar gowl kmieni meta wara ħmistax-il sekonda skorja il-gowl tal-vantaġġ kontra l-Messiku waqt il-fażi tal-gruppi. Il-partita spiċċat bil-Messiku jirbħu 3-1.

[editja] Referenzi

  1. Jules Rimet Trophy (Ingliż). FIFA.com. Aċċessata nhar id-19 ta' Novembru, 2007.
  2. FIFA World Cup Trophy (Ingliż). FIFA.com. Aċċessata nhar id-19 ta' Novembru, 2007.
  3. FIFA Assets – Trophy (Ingliż). FIFA.com. Aċċessata nhar id-19 ta' Novembru, 2007.

[editja] Ħoloq oħra

Futbol Internazzjonali
FIFA | Tazza tad-Dinja | Tazza tad-Dinja tan-Nisa | Tazza tad-Dinja Under-20 | Tazza tad-Dinja Under-17 | Tazza tal-Konfederazzjonijiet | Olimpjadi | Logħob Ażjatiku | Rankings Mondjali | Plejer tas-Sena | Timijiet | Kodiċi

██ Asja: AFC – Tazza Ażjatika

██ Afrika: CAF – Tazza Afrikana

██ Amerika ta' Fuq: CONCACAF – Gold Cup

██ Amerika t'Isfel: CONMEBOL – Copa América

██ Oċeanja: OFC – Nations Cup

██ Ewropa: UEFA – Kampjonati Ewropej

██ Non-FIFA: NF-Board – VIVA World Cup

Edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol

Urugwaj 1930 | Italja 1934 | Franza 1938 | Brażil 1950 | Svizzera 1954 | Svezja 1958 | Ċili 1962 | Ingilterra 1966 | Messiku 1970 | Ġermanja tal-Punent 1974 | Arġentina 1978 | Spanja 1982 | Messiku 1986 | Italja 1990 | Stati Uniti 1994 | Franza 1998 | Ġappun-Korea t'Isfel 2002 | Ġermanja 2006 | Afrika t'Isfel 2010 | Sud-Amerika 2014 | 2018


aa - ab - af - ak - als - am - an - ang - ar - arc - as - ast - av - ay - az - ba - bar - bat_smg - bcl - be - be_x_old - bg - bh - bi - bm - bn - bo - bpy - br - bs - bug - bxr - ca - cbk_zam - cdo - ce - ceb - ch - cho - chr - chy - co - cr - crh - cs - csb - cu - cv - cy - da - de - diq - dsb - dv - dz - ee - el - eml - en - eo - es - et - eu - ext - fa - ff - fi - fiu_vro - fj - fo - fr - frp - fur - fy - ga - gan - gd - gl - glk - gn - got - gu - gv - ha - hak - haw - he - hi - hif - ho - hr - hsb - ht - hu - hy - hz - ia - id - ie - ig - ii - ik - ilo - io - is - it - iu - ja - jbo - jv - ka - kaa - kab - kg - ki - kj - kk - kl - km - kn - ko - kr - ks - ksh - ku - kv - kw - ky - la - lad - lb - lbe - lg - li - lij - lmo - ln - lo - lt - lv - map_bms - mdf - mg - mh - mi - mk - ml - mn - mo - mr - mt - mus - my - myv - mzn - na - nah - nap - nds - nds_nl - ne - new - ng - nl - nn - no - nov - nrm - nv - ny - oc - om - or - os - pa - pag - pam - pap - pdc - pi - pih - pl - pms - ps - pt - qu - quality - rm - rmy - rn - ro - roa_rup - roa_tara - ru - rw - sa - sah - sc - scn - sco - sd - se - sg - sh - si - simple - sk - sl - sm - sn - so - sr - srn - ss - st - stq - su - sv - sw - szl - ta - te - tet - tg - th - ti - tk - tl - tlh - tn - to - tpi - tr - ts - tt - tum - tw - ty - udm - ug - uk - ur - uz - ve - vec - vi - vls - vo - wa - war - wo - wuu - xal - xh - yi - yo - za - zea - zh - zh_classical - zh_min_nan - zh_yue - zu -