Plejer tas-Sena tal-FIFA
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Il-Plejer tas-Sena tal-FIFA huwa unur tal-futbol li jingħata għal plejer maskili u femminili li hu maħsub li hu l-aqwa plejer fid-dinja, ibbażat skond il-voti tal-kowċis u captains tat-timijiet nazzjonali. Fis-sistemà tal-voti, kull kowċ ikollu tliet voti, li kollha jiswew ħames punti, tliet punti u punt, u r-rebbieħ hu magħżul skond l-iktar numru tal-voti. L-unur beda mis-sena 1991 għall-irġiel u mill-2001 għan-nisa.
L-aktar plejer żagħżugħ li rebaħ dan l-unur, raġel jew mara, huwa Ronaldo, li rebaħ dan l-unur fis-sena 1996 meta kellu 20 sena. Hu reġa' rebaħ l-unur fl-1997. Ronaldo, Ronaldinho, Mia Hamm u Birgit Prinz huma l-uniċi plejers li rebħuh darbtejn wara xulxin. Ronaldo, Zinedine Zidane u Prinz huma l-uniċi li rebħuh tliet darbiet. L-iktar plejer ta' età matura li rebaħ dan l-unur kien Fabio Cannavaro li rebħu fl-2006 f'età ta' 33 sena. L-iktar plejer femminili li rebħitu ta' età matura kienet Hamm, li rebħet fis-sena 2000 ta' 30 sena, u l-iżgħar plejer femminili kienet Marta li rebħitu fis-sena 2006 f'età ta' 20 sena (imma kienet seba' xhur iktar ikbar minn Ronaldo fl-1996).
Werrej |
[editja] Nominazzjonijiet u l-proċess ta' selezzjoni
Wara kritika mill-istampa dwar l-għażla tan-nominazzjoni fi snin li għaddew, fl-2004 il-FIFA għamlet lista żgħira ta' 35 raġel u 21 mara, fejn minnhom il-kowċis tat-timijiet nazzjonali u għall-ewwel darba, il-kaptani u r-rappreżentanti tal-FIFPro (l-organizazzjoni ta' plejers professjonali), setgħu jivvutaw[1].
Kritika oħra kienet il-fatt li l-ebda plejer maskili li jilgħab barra mill-Ewropa kien nominat għal dan l-unur. Minkejja li plejers ta' nazzjonalitajiet differenti, ta' tliet kontinenti, kienu nominati u rebħu l-unur, huma kienu kollha jilgħabu fi klabbs Ewropej fiż-żmien tan-nominazzjoni jew rebħa.
Kien ġie propost illi plejers attivi fil-kampjonati ta' nazzjonijiet oħra (it-tieni l-aktar kompetittiv wara l-UEFA hi ġeneralment ikkunsidrata bħala l-Amerika Latina, bħall-kampjonat Arġentin, Brażiljan u dak Messikan), ikollhom ċans għal dan it-titlu.
[editja] Rebbieħa
[editja] Lista ta' rebbieħa rġiel
Sena | Rebbieħ | Klabb |
---|---|---|
2007 | Kaká | AC Milan |
2006 | Fabio Cannavaro | Real Madrid |
2005 | Ronaldinho | Barcelona |
2004 | Ronaldinho | Barcelona |
2003 | Zinedine Zidane | Real Madrid |
2002 | Ronaldo | Real Madrid Inter Milan |
2001 | Luís Figo | Real Madrid |
2000 | Zinedine Zidane | Juventus |
1999 | Rivaldo | Barcelona |
1998 | Zinedine Zidane | Juventus |
1997 | Ronaldo | Inter Milan Barcelona |
1996 | Ronaldo | Barcelona PSV Eindhoven |
1995 | George Weah | AC Milan Paris Saint-Germain |
1994 | Romário | Barcelona |
1993 | Roberto Baggio | Juventus |
1992 | Marco van Basten | AC Milan |
1991 | Lothar Matthäus | Inter Milan |
[editja] Lista ta' rebbieħa nisa
[editja] Ara wkoll
Futbol Internazzjonali | |||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
FIFA | Tazza tad-Dinja | Tazza tad-Dinja tan-Nisa | Tazza tad-Dinja Under-20 | Tazza tad-Dinja Under-17 | Tazza tal-Konfederazzjonijiet | Olimpjadi | Logħob Ażjatiku | Rankings Mondjali | Plejer tas-Sena | Timijiet | Kodiċi | |||||||||||
|