Tim Nazzjonali tal-Futbol tal-Greċja
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Il-Griegi bdew fix-xena tal-futbol internazzjonali fis-7 t'April 1929 meta kienu tilfu bl-iskor ta' 4 b'1 kontra l-Italja (Greċja 1 - 4 Italja). Iżda l-agħar telfa tagħhom ma kienetx dik ta' l-ewwel logħba, għax fil-25 ta' Marzu 1938 kontra l-Ungerija spiċċaw b'10 gowls minn taħt (Greċja 1 - 11 Ungerija). Għalkemm semmejna li dan it-tim Grieg tilef diversi logħbiet kellu wkoll diversi logħbiet oħra ta' unur kbir fosthom meta fl-2004 rebaħ l-European Cup. Iżda l-ikbar rebħa fl-istorja ta' dan it-tim nazzjonali tal-futbol kienet meta fil-25 ta' Novembru 1949 rebaħ lis-Sirja b'8 gowls (Greċja 8 - 0 Sirja).
Il-Greċja s'issa ħadet sehem darba fit-Tazza tad-Dinja, fl-1994 u darbtejn fil-European Championship, fl-1980 u fl-2004.
Informazzjoni oħra dwar dan it-tim bil-laqam ta' Ix-Xini Pirata:
Assoċjazzjoni: Hellenic Football Federation
Il-Kowċ Attwali: Otto Rehhagel (2001- )
It-Top Scorer: Nikolaos Anastopoulos (b'29 gowl)
Il-Kodiċi tal-FIFA: GRE
Ir-Ranking tal-FIFA: 14-il post
L-Aħjar Ranking (tul iż-żminijiet): 12-il post (April ta' l-2005)
L-Agħar Ranking (tul iż-żminijiet): 66 post (Settembru ta' l-1998)
Ir-Ranking tal-Elo: 17