Tim Nazzjonali tal-Futbol ta' l-Awstrija
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
It-Tim Nazzjonali tal-futbol Awstrijak huwa wieħed mill-eqdem timijiet, fil-fatt l-ewwel logħba tmur lura għall-bidu tas-seklu 20. L-Awstrija mill-ewwel logħba bdiet bit-tajjeb fejn fit-12 t'Ottubru 1902 rebħet kontra l-Ungerija bir-riżultat ta' 5 b'xejn (Awstrija 5 - 0 Ungerija). Iżda mhux l-ewwel logħba kienet l-ikbar rebħa għal dan it-tim. Fit-30 t'April ta' l-1977 rebħet kontra Malta 9 b'xejn (Awstrija 9 - 0 Malta). U l-agħar logħba seħħet fit-8 ta' Ġunju ta' l-1908 fil-belt kapitali Awstrijaka (Vjenna) kontra t-tim Ingliż bir-riżultat ta' ħdax b'wieħed (Awstrija 1 - 11 Ingliterra). L-Awstrija daħlet f'diversi kampjonati tat-tazza tad-dinja l-ewwel darba kien fl-1934 u wara fl-1954, 1958, 1978, 1982, 1990 u fl-1998. Iżda fil-European Championship qatt ma daħlet sa kemm fl-2008 organizzatu hi flimkien ma' l-Isvizzera b'hekk daħlet awtomatikament.
Informazzjoni dawar it-Tim Nazzjonali tal-Futbol ta' l-Awstrija:
Assoċjazzjoni: Austrian Football Association (L-Assoċjazzjoni tal-Futbol Awstrijaka)
Il-Kowċ: Josef Hickersberger
It-Top Scorer: Toni Polster (b' 14-il gowl)
Il-Kodiċi tal-FIFA: AUT
Ir-Ranking tal-FIFA Attwali: 74 post
L-Aħjar Ranking (tul iż-żminijiet): 17-il post (Mejju ta' l-1999)
L-Agħar Ranking (tul iż-żminijiet): 90 post (Settembru ta' l-2004)
Ir-Ranking tal-Elo: 55