Tim Nazzjonali tal-Futbol tal-Finlandja
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
It-tim nazzjonali Finlandiż lagħab l-ewwel logħba uffiċjali kontra tim Svediż fit-22 t'Ottubru 1911 u b'hekk niżżel l-ewwel telfa tiegħu wkoll peress li l-logħba spiċċat Finlandja 2 - 5 Svezja. L-aħjar skor li kiseb kien fil-11 t'Awissu 1922 meta rebaħ lill-Estonja (Finlandja 10 - 2 Estonja). Iżda fl-1 ta' Settembru ta' l-1940 tilef bl-ikbar skor li qatt ħareġ tellief, b'dak ta' 13-il gowl minn taħt (Ġermanja 13 - 0 Finlandja).
Informazzjoni dwar it-tim nazzjonali tal-futbol Finlandiż, li huwa magħruf bil-laqam ta' Sinivalkoiset:
Assoċjazzjoni: Suomen Pollolitto (L-Assoċjazzjoni tal-Futbol tal-Finlandja)
Il-Kowċ Attwali: Roy Hodgson (2006- )
It-Top Scorer: Jari Litmanen (b' 28 gowl)
Il-Kodiċi tal-FIFA: FIN
Ir-Ranking tal-FIFA: 56 post
L-Aħjar Ranking: 36 post (Marzu ta' l-2005)
L-Agħar Ranking: 79 post (Diċembru ta' l-1996)
Ir-Ranking tal-Elo: 47