>


Web - Amazon

We provide Linux to the World


We support WINRAR [What is this] - [Download .exe file(s) for Windows]

CLASSICISTRANIERI HOME PAGE - YOUTUBE CHANNEL
SITEMAP
Audiobooks by Valerio Di Stefano: Single Download - Complete Download [TAR] [WIM] [ZIP] [RAR] - Alphabetical Download  [TAR] [WIM] [ZIP] [RAR] - Download Instructions

Make a donation: IBAN: IT36M0708677020000000008016 - BIC/SWIFT:  ICRAITRRU60 - VALERIO DI STEFANO or
Privacy Policy Cookie Policy Terms and Conditions
Serbja - Wikipedija

Serbja

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.

Serbja, uffiċjalment ir-Repubblika tas-Serbja (Serb Ċirilliku: Република Србија, Latin: Republika Srbija, Template:Audio), huwa pajjiż imdawwar bl-art fiċ-Ċentru u x-Xlokk ta’ l-Ewropa, li jifforma l-parti l-kbira tal-parti ċentrali tal-Peninżula tal-Balkani u l-parti t’isfel tal-Pjanura Pannonjana. Il-Kapitali hija Belgrad. Imissu mas-Serbja fit-Tramuntana nsibu lill-Ungerija; lir-Rumanija u l-Bulgarija fil-Lvant; lir-Repubblika tal-Maċedonja u l-Albanija fin-nofsinhar; u l-Montenegro, il-Kroazja, u r-Repubblika Srpska (parti mill-Bosnija u Ħerzegovina) fil-Punent.

Wara r-ribelljoni kontra l-madmad Tork, bejn l-1804 u l-1815, is-Serbja ġiet imwaqqfa bħala stat awtonomu li ħadet l-indipendenza tagħha b’mod uffiċjali fl-1878. Bis-saħħa ta’ rebħ fil-gwerer Balkaniċi u fl-Ewwel Gwerra Dinjija, għal kważi seklu, is-Serbja kienet parti minn diversi Stati Slavi tan-nofsinhar, fosthom is-Saltna tas-Serbi, Kroati u Sloveni mill-1918 sa l-1941 (imsemmija ir-Renju tal-Jugoslavja fl-1929), ir-Repubblika Federali Soċjalista tal-Jugoslavja mill-1945 sa l-1992, ir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja mill-1992 sa l-2003, u l-Unjoni tas-Serbja u Montenegro mill-2003 sa l-2006. Wara li l-Montenegro vvota favur li jħallu l-Unjoni, is-Serbja iddikjarat l-indipendenza tagħha b’mod uffiċjali fil-5 ta’ Ġunju, 2006, bħala l-istat suċċessur ta’ l-Unjoni tas-Serbja u Montenegro.

Werrej

[editja] Il-Ġografija

Għal iktar informazzjoni fuq dan is-suġġett ara l-artiklu prinċipali: Ġografija tas-Serbja.

Is-Serbja tinsab fil-Balkani (reġjun distint storikament u ġeografikament tax-xlokk ta’ l-Ewropa) u fil-Pjanura Pannonjana (reġjun ta’ l-Ewropa ċentrali). Għanda fruntieri ma’ l-Albanija, il-Montenegro, il-Bosnija-Ħerzegovina, il-Bulgarija, il-Kroazja, l-Ungerija, ir-Repubblika tal-Maċedonja u r-Rumanija. Is-Serbja hija mdawwra bl-art, għalkemm ix-xmara tad-Danubju tagħti possibilità ta’ tbaħħir fl-Ewropa u fil-baħar l-Iswed.

L-art tas-Serbja tvarja mill-pjanuri għonja u għammiela fir-reġjun tal-Vojvodina, mergħat u barrieri tal-franka fil-Lvant u fix-xlokk, muntanji u għoljiet antiki. It-tramuntana hija ddominata mix-xmara Danubju. Fergħa tagħha, ix-xmara Morava, tgħaddi mir-reġjuni aktar muntanjużi tan-nofsinhar.

[editja] Il-Klima

Il-klima Serba tvarja bejn klima kontinentali fit-tramuntana, bi Xtiewi kesħin, Sjuf sħan u umdi b’ħalbiet ta’ xita regolari u klima aktar Adrijatika fin-nofsinhar b’Sajf u Ħarifa sħan u xotti u bi Xtiewi relativament kesħin fejn anke taqgħa l-borra aktar 'il ġewwa.

[editja] L-Ibliet

Għal iktar informazzjoni fuq dan is-suġġett ara l-artiklu prinċipali: Bliet Serbi.
Mappa tas-Serbja
Mappa tas-Serbja

Bliet kbar (aktar minn 100,000 abitant) – ċensiment 2002 , għall-Kosovo and Metohija World Gazetteer stimi kurrenti (mhux uffiċjali):

  • Beograd (Belgrad): 1,273,651 (il-parti ta’ ġewwa tal-belt); 1,576,124 (bis-subborgi)
  • Novi Sad: 215,659 (298,139 il-parti metropolitana)
  • Priština: bejn 200,000 (stima ta’ l-2002 ) u 262,686 (stima ta’ l-2006)
  • Niš: 173,724 (250,518 il-parti metropolitana)
  • Kragujevac: 147.473 (180.252 il-parti metropolitana)
  • Prizren: bejn 121,000 (stima ta’ l-2002) u 165,227 (stima ta’ l-2006)
  • Subotica: 99,471 (147,758 il-parti metropolitana)


[editja] Ġonna (parks) Nazzjonali

Is-Serbja għanda ħames ġonna (parks) nazzjonali:

  • Fruška Gora (250 km²)
  • Kopaonik (120 km²)
  • Tara (220 km²)
  • Đerdap (Rixtellu tal-Ħadid) (640 km²)
  • Šar-planina (390 km²)

[editja] L-Istorja

Għal iktar informazzjoni fuq dan is-suġġett ara l-artiklu prinċipali: L-Istorja tas-Serbja.

Template:Ara anke

[editja] Is-Serbja Medjevali

Kżar Stefan Dušan il-Kbir ta’ l-Imperu Serb.
Kżar Stefan Dušan il-Kbir ta’ l-Imperu Serb.

L-għeruq ta’ l-istat Serb jmorru lura għas-seklu 7 u l-Familja ta’ Vlastimirović. Saltna Serba (madwar Duklja) twaqqfet fis-seklu 11. Din damet sa l-aħħar tas-seklu 12.

L-istat Medjevali Serb reġa ġie ffurmat fis-seklu 12 fir-reġjun Raška mis-Serb Grand Župan Stefan Nemanja. Fl-1220, taħt Stiefnu l-Ewwel Inkurunat, is-Serbja saret saltna, u fl-1346, Stefan Dušan waqqaf l-Imperu Serb. L-Imperu sfaxxa u waqa’ f’idejn it-Torok Ottomani wara l-battalja storika tal-Kosovo fl-1389. It-territorji Serbi tat-tramuntana (id-despotat Serb) kienu mirbuħa għall-kollox fl-1459 meta ntrebħet Smederevo. Il-Bosnija ntrebħet ftit snin wara Smederevo u l-Ħerzegovina fl-1482.

[editja] Is-Serbja Ottomana

Wara l-waqgħa ta’ l-Imperu Serb fil-Battalja tal-Kosovo, bejn l-1459 u l-1804, is-Serbja kienet taħt il-ħakma ta’ l-Ottomani, għad li kien hemm tlett invażjonijiet Awstrijaċi u għadd kbir ta’ ribelljonijiet (bħar-Ribelljoni tal-Banat). Dak iż-żmien l-Islam kien f’perjodu ta’ tkabbir, speċjalment f’Raska, fil-Kosovo u fil-Bosnija. Ħafna Serbi (u Kroati) saru Musulmani; dan eventwalment wassal għat-twaqqif tan-nazzjon Bosnijak. Il-perjodu Ottoman huwa wieħed ta’ ċertu importanza fl-istorja tal-pajjiż minħabba li l-kultura Slava, Biżantina, Għarbija u Torka tħalltu f’salt. Ħafna minn dak li jagħmel il-kultura Serba dak li hi nistgħu nsibu l-oriġini tiegħu f’dan il-perjodu.

[editja] Is-Serbja Moderna

Template:Storja tas-Serbja L-ewwel ribelljoni Serba ta’ l-1804-1813, immexxija minn Đorđe Petrović (magħruf ukoll bħala Karađorđe jew "Ġorġ l-Iswed"), u t-Tieni ribelljoni Serba ta’ l-1815 wassal għat-twaqqif tal-Prinċipalita tas-Serbja. Minħabba li kienet semi-independenti mill-Imperu Ottoman, hija kkunsidrata bħala dik li wasslet għat-twaqqif tas-Serbja moderna.

Mill-1815 sa l-1903, l-istat Serb kien immexxi mill-Familja Obrenović, minbarra mill-1842 sa l-1858, fejn is-Serbja kienet immexxija mill-Prinċep Aleksandar Karađorđević. Fl-1903, l-Obrenović ġew mibdula mill-Familja Karađorđević, li kienu dixxendenti ta’ Đorđe Petrović.

It-taqbida għal soċjetà moderna, għad-drittijiet umani u għal stat-nazzjon damet għaddejja xi tlett deċenji u ġiet kompluta bl-addozzjoni tal-Kostituzzjoni tal-15 ta’ Frar 1835. Fl-1876, il-Montenegro, is-Serbja, u l-Bosnija ddikjaraw gwerra kontra l-Imperu Ottoman u ddikjaraw l-unifikazzjoni tagħhom. Iżda, it-Trattat ta’ Berlin fl-1878, li kien iffirmat fil-Kungress ta’ Berlin mill-Qawwiet il-Kbar, ta indipendenza sħiħa lis-Serbja u l-Montenegro biss, filwaqt li ta l-Bosnija u r-Raška lil Awstrija-Ungerija,li waqqfu l-unifikazzjoni tagħhom sal-Gwerer Balkaniċi fl-1912 u fl-1913 u l-Ewwel Gwerra Dinjija.

Karađorđe Petrović, mexxej ta’l-Ewwel Ribelljoni Serba fl-1804.
Karađorđe Petrović, mexxej ta’l-Ewwel Ribelljoni Serba fl-1804.

Fit-28 ta’ Ġunju 1914 il-qtil ta’ l-Arċiduka Franz Ferdinand ta’ l-Awstrija f’Sarajevo fl-Awstrija-Ungerija minn Gavrilo Princip, unjonista tas-Slavi tan-Nofsinhar, sudditu Awstrijak u membru tal-Bosnija Żagħżugħa, wassal biex l-Awstrija-Ungerija ddikjarat gwerra fuq is-Serbja. L-Imperu Russu pprepara t-truppi tiegħu għad-difiża ta’ l-alleata tiegħu, s-Serbja. Dan wassal biex l-Imperu Ġermaniż ddikjara gwerra fuq ir-Russja b’appoġġ lill-alleata tiegħu l-Awstrija-Ungerija. Iżda tattiċisti militari Ġermaniż, biex jiffrankaw attakk minn żewġ naħat kontra r-Russja u Franza, attakkaw l-ewwel lil Franza. Dan wassal għad-dħul fil-gwerra tal-Qawwiet Kbar Ewropej. L-armata Serba rebħet bosta battalji kontra l-Awstrija-Ungerija fl-Ewwel Gwerra Dinjija, imam fl-aħħar ġiet megħluba mill-forzi magħquda ta’ l- Imperu Ġermaniż, l-Awstrija-Ungerija u l-Bulgarija. Fl-Ewwel Gwerra Dinjija s-Serbja tilfet 1,264,000 persuna — 28% tal- popoluzzjoni, u 58% tal-popoluzzjoni maskili.Template:Fact

[editja] Bejn il-gwerer

Wara l-1918, is-Serbja, flimkien mal-Montenegro, kienet waħda mill-membru fundaturi tas-Saltna tas-Serbi, Kroati u Sloveni, aktar tard imsemmija ir-Renju tal-Jugoslavja. Matul it-Tieni Gwerra Dinijia, is-Serbja kien stat okkupat mill- Ġermaniżi u kien jinkludi l-parti Ċentrali tas-Serbja ta’ llum u l-Banat, popolarment imsemmi s-Serbja ta’ Nedić. Imma, parti mit-territorju tas-Serbja ta’ llum kien okkupati mill-armati Kroati, Ungeriżi, Bulgari, Albaniżi u Taljani. Il-qawwiet okkupanti wettqu diversi deliiti fuq il-popoluzzjoni ċivili, speċjalment fuq is-Serbi u l-Lhud.Template:Fact

[editja] Wara t-Tieni Gwerra Dinjija

Fl-1945, is-Serbja ġiet imwaqqfa bħala waħda mill-unitajiet federali tat-tieni Jugoslavja, ir-Repubblika Federali Soċjalista tal-Jugoslavja, mmexxija minn Josip Broz Tito sa mewtu fl-1980.

Wara l-waqgħa tat-tieni Jugoslavja fl-1992, sa l-2003, is-Serbja, flimkien mal-Montenegro, kienet parti mir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja. Minkejja l-fatt li s-Serbja ġġieldet bosta gwerer fuq territorji Kroati u Bosnijaċi, hija baqgħet għaddejja fil-paċi internament sa l-1998. Template:Fact

Bejn l-1998 u l-1999, kunflitti kontinwi fil-Kosovo bejn Forzi tas-Sigurta Serbi u Jugoslavi u l-K.L.A. wasslu għal bumbardament mill-ajru tan-NATO li dam għaddej 78 jum. L-attakki waqfu meta l-President Jugoslav Slobodan Milošević aċċetta li jneħħi l-Forzi tas-Sigurta kollha, inklużi l-militar u l-pulizija u jissostitwihom bi grupp ta’ pulizija internazzjonali, bir-riżultat li l-Kosovo tibqa formalment parti mill-Federazzjoni Jugoslava (Ara: Gwerra tal-Kosovo).

Mill-2003 sa l-2006, is-Serbja kienet parti mill-Għaqda tas-Serbja u Montenegro, l-isem li kien ingħata minflok ir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja, biex b’hekk l-isem ‘Jugoslavja’ għeb għal kollox minn fuq il-mappa. Fil-21 ta’ Mejju, 2006, il-Montenegro għamel referendum biex jaraw għandhomx iwaqqfu l-għaqda mas-Serbja. Il-jum ta’ wara, riżultat ċċertifikati mill-istat urew li 55.5% tal-votanti kienu favor li jinfirdu minn mas-Serbja, riżultat li kien biss ftit aktar mill-55% meħtieġ biex jgħaddi r-referendum. Fit-3 ta’ Ġunju, l-Parlament Montenegrin ddikjara l-Montenegro indipendenti mill- Għaqda u fil-5 ta’ Ġunju, l-Assemblea Nazzjonali Serba ddikjarat is-Serbja bħala s-suċċessura ta’ l-Għaqda tas-Serbja u Montenegro.

[editja] Politika u Gvern

Fl-4 ta’ Frar 2003 il-parlament tar-Repubblika Federali tal-Jugoslavja qabel ma forma aktar flessibli ta’ koperazzjoni bekn is-Serbja u l-Montenegro fi ħdan commonwealth msejjaħ Serbja u Montenegro.

Wara t-tneħħija ta’ Slobodan Milošević fil-5 t’Ottubru 2000, il-pajjiż beda jiġi mmexxi mill-Opposizzjoni Demkratika tas-Serbja. Fi ħdan din il-koalizzjoni kiber it-tensjoni sakemm Partit Demokratiku tas-Serbja (DSS) ħalla l-gvern biex ħalla lill-Partit Demokratiku (DS) f’kontroll assolut. Madankollu, f’Marzu ta’ l-2004 id-DSS ġabar biżżejjed appoġġ biex ifforma l-gvern ġdid tas-Serbja, flimkien mal-G17 Plus u l-koalizzjoni SPO-NS, u bl-appoġġ tal-Partit Soċjalista Serb, li ma jieħdux sehem fil-gvern, imma bil-bdil għal l-appoġġ tagħhom, għandhom posizzjonijiet żgħar fil-gvern u l-ġustizzja u jinfluwenzaw fil-politika. Il-Prim Ministru tas-Serbja huwa Vojislav Koštunica, mexxej tal-Partit Demokratiku tas-Serbja.

Il-president attwali tas-Serbja huwa Boris Tadić, mexxej tal-Partit Demokratiku (DS). Hu ġie elett bi 53% tal-voti fit-tieni rawnd ta’l-elezzjonijiet presidenzjali Serbi li saru fis-27 ta’ Ġunju 2004, wara ħafna elezzjonjiet bla suċċess sa mill-2002.

[editja] Tqassim Amministrattiv

Għal iktar informazzjoni fuq dan is-suġġett ara l-artiklu prinċipali: Sottodiviżjonijiet tas-Serbja.
Mappa politika tas-Serbja
Mappa politika tas-Serbja

Is-Serbja hija maqsuma f’29 distrett (5 minnhom qiegħdin fil-Kosovo, li attwalment hi amministrata mill-ĠM) u l-Belt ta’ Belgrad. Id-distretti huma maqsuma f’108 muniċipalitajiet. Is-Serbja għandha żewġ provinċji awtonomi: fin-nofsinhar hemm il-Kosovo u Metoħija bi 30 muniċipalità, u fit-tramuntana hemm Vojvodina b’46 muniċipalità.

Il-parti tas-Serbja li ma tinsabx la fil-Kosovo u lanqas fil-Vojvodina hija msejjħa is-Serbja Ċentrali. Is-Serbja Ċentrali mhijiex taqsima amministrattiva, bħaż-żewġ provinċji awtonomi , u m’għandiex gvern reġjonali tagħha. Fl-era Jugoslava din il-parti bidet tissejjaħ, bis-Serbo-Kroat "uža Srbija" li tfisser litteralment "Serbja d-dejqa". Din hija biss tifsira ġeografika mingħajr l-ebda implikazzjonijiet politiċi.

[editja] Demografija

Għal iktar informazzjoni fuq dan is-suġġett ara l-artiklu prinċipali: Demografija tas-Serbja.

Template:Ara anke

Slovakki fis-Serbja waqt żifna tradizzjonali
Slovakki fis-Serbja waqt żifna tradizzjonali

Is-Serbja hija mgħammra l-aktar mis-Serbi. Minoritajiet jinkludu l-Albaniżi (li huma fil-maġġoranza fil-provinċja tal-Kosovo-Metoħija), l-Ungeriżi, il-Bosnijaċi, r-Roma, l-Kroati, is-Slovakki, l-Bulgari, r-Rumeni, eċċ. Is-Serbja hija magħmula minn tlett territorji: il- provinċja tal-Kosovo-Metoħija, provinċja tal-Vojvodina u s-Serbja Ċentrali (Serb Ċirilliku: Централна Србија, Serb Latin: Centralna Srbija. Iż-żewġ provinċji huma etnikament diversi. Dan ġej mill-fatt li l-pajjiż ġie magħmul minn partijiet li kienu jiffurmaw parti, fin-nofsinhar, mill-Imperu Ottoman Musulman u fit-tramuntana mill-Imperu Hasburgu Kattoliku.

Il-provinċja ta’ fuq tal-Vojvodina hija l-aktar parti żviluppata tal-pajjiż f’termini ta’ saħħa ekonomika. Bħall-eks-repubbliki Jugoslavi tas-Slovenja, Kroazja u l-Bosnija-Ħerzegovina, Vojvodina kienet parti mill-amministrazzjoni ta’ l-Awstrija-Ungerija qabel l-Ewwel Gwerra Dinjija. Vojvodina hija waħda mill-aktar territorji etnikament diversi fl-Ewropa b’aktar minn 25 komunita nazzjonali differenti. Skond l-aħħar ċensiment (2002), din il-provinċja għandha popolazzjoni ta’ 2 milljuni, li minnhom: 65% huma Serbi, 14.3% huma Ungeriżi, 2.79% huma Slovakki, 2.78% huma Kroati, 2.71% mhux dikjarati, 2.45% Jugoslavi, 1.75% Montenegrini, 1.50% Rumeni, 1.43% Roma, 0.97% Bunjevci, 0.77% Ruteni, 0.58% Maċedonjani, 0.50% affiljazzjoni reġjonali, 0.23% Ukreni, oħrajn (Albaniżi, Sloveni, Ġermaniżi, Pollakki, Ċiniżi eċċ).


Statistika tal-popolazzjoni tas-Serbja (Mejju 2005)
  • Serbja (total): 9,396,411
    • Vojvodina: 2,116,725
    • Serbja Ċentrali: 5,479,686
    • Kosovo-Metoħija: 1,800,000

Il-proġezzjonijiet demografiċi tal-popolazzjoni future tas-Serbja jbassru li fl-2030, il-popolazzjoni tas-Serbja ħa tkun magħmula minn 7,200,000 Albaniż u 6,300,000 Serb. Il-proġezzjonijiet huma bbażati fuq il-fatt li l-popolazzjoni etnika Albaniża fis-Serbja tirdoppja kull 20 sena (fl-1961 kien hemm 646,000Albaniż waqt li fl-1981 kien hemm1,226,000), waqt li l-popolazzjoni etnika Serba tibqa madwar 6,000,000 (6,016,000 Serb fl-1971, 6,352,000 Serb fl-2002). Il-ftit żieda fil-popolazzjoni Serba hija attribwita lid-dħul ta’ refuġjati Serbi mill-Bosnija-Ħerzegovina u l-Kroazja fl-1990 minħabba l-Gwerer Jugoslavi aktar milli riżultat ta’ xi tkabbir natural ital-popolazzjoni.

[editja] Ekonomija

Għal iktar informazzjoni fuq dan is-suġġett ara l-artiklu prinċipali: Ekonomija tas-Serbja.
GDP u tkabbir
Prodott Gross Domestiku
Real GDP (PPP):

$41.15 biljun (2005 est.) (Sors: CIA [1])

$43.46 biljun (2005 est.; għall-eks Serbja u Montenegro) (Sors: IMF [2])

Real GDP per kapita (PPP):

$4,400 (2005 est.) (Sors: CIA [3])

$5,203 (2005 est.; għall-eks Serbja u Montenegro) (Sors: IMF [4])

Real GDP (rata ta' kambju):

$19.19 biljun (2005 est.; mingħajr il-Kosovo) (Sors: CIA [5])

$26.59 biljun (2005 est.; għall-eks Serbja u Montenegro) (Sors: IMF [6])

Real GDP per kapita (rata ta' kambju):

$3183.76 (2005 est.; għall-eks Serbja u Montenegro) (Sors: IMF [7])

Real GDP rata ta’ tkabbir (2005):

5.9% (2005 est.; mingħajr il-Kosovo) (Sors: CIA [8])

Statistika oħra
Rata ta’ tkabbir ta’ produzzjoni Industrijali: 7.1% (2004), 1.3% (2005)
Rata tal-qagħad: 20.0% (2005) (31.6% with Kosovo)
Inflazzjoni: 15.5% (2005)
Dejn Barrani: $15.43 Biljun (2005)
FDI (2005): $1 481 Miljun (Source: NBS [9])

[editja] Ħoloq Oħra



Pajjiżi fl-Ewropa
Albanija | Andorra | Armenja2 | Awstrija | Ażerbajġan1 | Belarus | Belġju | Bosnia u Herzegovina | Bulgarija | Ċipru2 | Repubblika Ċeka | Danimarka | Estonja | Finlandja | Franza | Ġeorġja2 | Ġermanja | Greċja | Ungerija | Islanda | Irlanda | Italja | Kroazja Latvia | Liechtenstein | Litwanja | Lussemburgu | Repubblika tal-Maċedonja | Malta | Moldovja | Monaco | Olanda | Norveġja | Polonja | Portugall | Rumanija | Russja1 | San Marino | Serbja u Montenegro | Slovakkja | Slovenja | Spanja | Svizzera | Turkija1 | Ukrajna | Renju Unit | Vatikan (Santa Sede) | Żvezja
Dipendenzi: Akrotiri2 | Dhekelia2 | Gżejjer Faroe | Ġibiltà | Guernsey | Jan Mayen | Jersey | Isle of Man | Svalbard
1. Parti mill-pajjiż tinsab fl-Asja. 2. Ġeografikament fl-Asja, imma kkunsidrat Ewropew għal raġunijiet storiċi u kulturali.


Lingwi oħrajn

< Static Wikipedia 2008 (no images)

aa - ab - af - ak - als - am - an - ang - ar - arc - as - ast - av - ay - az - ba - bar - bat_smg - bcl - be - be_x_old - bg - bh - bi - bm - bn - bo - bpy - br - bs - bug - bxr - ca - cbk_zam - cdo - ce - ceb - ch - cho - chr - chy - co - cr - crh - cs - csb - cu - cv - cy - da - de - diq - dsb - dv - dz - ee - el - eml - en - eo - es - et - eu - ext - fa - ff - fi - fiu_vro - fj - fo - fr - frp - fur - fy - ga - gan - gd - gl - glk - gn - got - gu - gv - ha - hak - haw - he - hi - hif - ho - hr - hsb - ht - hu - hy - hz - ia - id - ie - ig - ii - ik - ilo - io - is - it - iu - ja - jbo - jv - ka - kaa - kab - kg - ki - kj - kk - kl - km - kn - ko - kr - ks - ksh - ku - kv - kw - ky - la - lad - lb - lbe - lg - li - lij - lmo - ln - lo - lt - lv - map_bms - mdf - mg - mh - mi - mk - ml - mn - mo - mr - mt - mus - my - myv - mzn - na - nah - nap - nds - nds_nl - ne - new - ng - nl - nn - no - nov - nrm - nv - ny - oc - om - or - os - pa - pag - pam - pap - pdc - pi - pih - pl - pms - ps - pt - qu - quality - rm - rmy - rn - ro - roa_rup - roa_tara - ru - rw - sa - sah - sc - scn - sco - sd - se - sg - sh - si - simple - sk - sl - sm - sn - so - sr - srn - ss - st - stq - su - sv - sw - szl - ta - te - tet - tg - th - ti - tk - tl - tlh - tn - to - tpi - tr - ts - tt - tum - tw - ty - udm - ug - uk - ur - uz - ve - vec - vi - vls - vo - wa - war - wo - wuu - xal - xh - yi - yo - za - zea - zh - zh_classical - zh_min_nan - zh_yue - zu -

Static Wikipedia 2007 (no images)

aa - ab - af - ak - als - am - an - ang - ar - arc - as - ast - av - ay - az - ba - bar - bat_smg - bcl - be - be_x_old - bg - bh - bi - bm - bn - bo - bpy - br - bs - bug - bxr - ca - cbk_zam - cdo - ce - ceb - ch - cho - chr - chy - co - cr - crh - cs - csb - cu - cv - cy - da - de - diq - dsb - dv - dz - ee - el - eml - en - eo - es - et - eu - ext - fa - ff - fi - fiu_vro - fj - fo - fr - frp - fur - fy - ga - gan - gd - gl - glk - gn - got - gu - gv - ha - hak - haw - he - hi - hif - ho - hr - hsb - ht - hu - hy - hz - ia - id - ie - ig - ii - ik - ilo - io - is - it - iu - ja - jbo - jv - ka - kaa - kab - kg - ki - kj - kk - kl - km - kn - ko - kr - ks - ksh - ku - kv - kw - ky - la - lad - lb - lbe - lg - li - lij - lmo - ln - lo - lt - lv - map_bms - mdf - mg - mh - mi - mk - ml - mn - mo - mr - mt - mus - my - myv - mzn - na - nah - nap - nds - nds_nl - ne - new - ng - nl - nn - no - nov - nrm - nv - ny - oc - om - or - os - pa - pag - pam - pap - pdc - pi - pih - pl - pms - ps - pt - qu - quality - rm - rmy - rn - ro - roa_rup - roa_tara - ru - rw - sa - sah - sc - scn - sco - sd - se - sg - sh - si - simple - sk - sl - sm - sn - so - sr - srn - ss - st - stq - su - sv - sw - szl - ta - te - tet - tg - th - ti - tk - tl - tlh - tn - to - tpi - tr - ts - tt - tum - tw - ty - udm - ug - uk - ur - uz - ve - vec - vi - vls - vo - wa - war - wo - wuu - xal - xh - yi - yo - za - zea - zh - zh_classical - zh_min_nan - zh_yue - zu -

Static Wikipedia 2006 (no images)

aa - ab - af - ak - als - am - an - ang - ar - arc - as - ast - av - ay - az - ba - bar - bat_smg - bcl - be - be_x_old - bg - bh - bi - bm - bn - bo - bpy - br - bs - bug - bxr - ca - cbk_zam - cdo - ce - ceb - ch - cho - chr - chy - co - cr - crh - cs - csb - cu - cv - cy - da - de - diq - dsb - dv - dz - ee - el - eml - eo - es - et - eu - ext - fa - ff - fi - fiu_vro - fj - fo - fr - frp - fur - fy - ga - gan - gd - gl - glk - gn - got - gu - gv - ha - hak - haw - he - hi - hif - ho - hr - hsb - ht - hu - hy - hz - ia - id - ie - ig - ii - ik - ilo - io - is - it - iu - ja - jbo - jv - ka - kaa - kab - kg - ki - kj - kk - kl - km - kn - ko - kr - ks - ksh - ku - kv - kw - ky - la - lad - lb - lbe - lg - li - lij - lmo - ln - lo - lt - lv - map_bms - mdf - mg - mh - mi - mk - ml - mn - mo - mr - mt - mus - my - myv - mzn - na - nah - nap - nds - nds_nl - ne - new - ng - nl - nn - no - nov - nrm - nv - ny - oc - om - or - os - pa - pag - pam - pap - pdc - pi - pih - pl - pms - ps - pt - qu - quality - rm - rmy - rn - ro - roa_rup - roa_tara - ru - rw - sa - sah - sc - scn - sco - sd - se - sg - sh - si - simple - sk - sl - sm - sn - so - sr - srn - ss - st - stq - su - sv - sw - szl - ta - te - tet - tg - th - ti - tk - tl - tlh - tn - to - tpi - tr - ts - tt - tum - tw - ty - udm - ug - uk - ur - uz - ve - vec - vi - vls - vo - wa - war - wo - wuu - xal - xh - yi - yo - za - zea - zh - zh_classical - zh_min_nan - zh_yue - zu

span style="font-weight: bold;">Our
"Network":



Project Gutenberg

href="https://gutenberg.classicistranieri.com">https://gutenberg.classicistranieri.com



Encyclopaedia Britannica 1911

href="https://encyclopaediabritannica.classicistranieri.com">https://encyclopaediabritannica.classicistranieri.com



Librivox Audiobooks

href="https://librivox.classicistranieri.com">https://librivox.classicistranieri.com



Linux Distributions

https://old.classicistranieri.com



Magnatune (MP3 Music)

href="https://magnatune.classicistranieri.com">https://magnatune.classicistranieri.com



Static Wikipedia (June 2008)

href="https://wikipedia.classicistranieri.com">https://wikipedia.classicistranieri.com



Static Wikipedia (March 2008)

href="https://wikipedia2007.classicistranieri.com/mar2008/">https://wikipedia2007.classicistranieri.com/mar2008/



Static Wikipedia (2007)

href="https://wikipedia2007.classicistranieri.com">https://wikipedia2007.classicistranieri.com



Static Wikipedia (2006)

href="https://wikipedia2006.classicistranieri.com">https://wikipedia2006.classicistranieri.com



Liber Liber

href="https://liberliber.classicistranieri.com">https://liberliber.classicistranieri.com



ZIM Files for Kiwix

https://zim.classicistranieri.com





Other Websites:



Bach - Goldberg Variations

https://www.goldbergvariations.org



Lazarillo de Tormes

https://www.lazarillodetormes.org



Madame Bovary

https://www.madamebovary.org



Il Fu Mattia Pascal

https://www.mattiapascal.it



The Voice in the Desert

https://www.thevoiceinthedesert.org



Confessione d'un amore fascista

https://www.amorefascista.it



Malinverno

https://www.malinverno.org



Debito formativo

https://www.debitoformativo.it



Adina Spire

https://www.adinaspire.com




atOptions = { 'key' : 'e601ada261982ce717a58b61cd5b0eaa', 'format' : 'iframe', 'height' : 60, 'width' : 468, 'params' : {} };

Our "Network":

Project Gutenberg
https://gutenberg.classicistranieri.com

Encyclopaedia Britannica 1911
https://encyclopaediabritannica.classicistranieri.com

Librivox Audiobooks
https://librivox.classicistranieri.com

Linux Distributions
https://old.classicistranieri.com

Magnatune (MP3 Music)
https://magnatune.classicistranieri.com

Static Wikipedia (June 2008)
https://wikipedia.classicistranieri.com

Static Wikipedia (March 2008)
https://wikipedia2007.classicistranieri.com/mar2008/

Static Wikipedia (2007)
https://wikipedia2007.classicistranieri.com

Static Wikipedia (2006)
https://wikipedia2006.classicistranieri.com

Liber Liber
https://liberliber.classicistranieri.com

ZIM Files for Kiwix
https://zim.classicistranieri.com


Other Websites:

Bach - Goldberg Variations
https://www.goldbergvariations.org

Lazarillo de Tormes
https://www.lazarillodetormes.org

Madame Bovary
https://www.madamebovary.org

Il Fu Mattia Pascal
https://www.mattiapascal.it

The Voice in the Desert
https://www.thevoiceinthedesert.org

Confessione d'un amore fascista
https://www.amorefascista.it

Malinverno
https://www.malinverno.org

Debito formativo
https://www.debitoformativo.it

Adina Spire
https://www.adinaspire.com