Web Analytics Made Easy - Statcounter

See also ebooksgratis.com: no banners, no cookies, totally FREE.

CLASSICISTRANIERI HOME PAGE - YOUTUBE CHANNEL
Privacy Policy Cookie Policy Terms and Conditions
Patrice Evra - Wikipedija

Patrice Evra

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.

Patrice Evra
Informazzjoni personali
Isem sħiħ Patrice Evra
Nazzjonalità Bandiera ta' Franza Franza
Data tat-twelid 15 ta' Mejju, 1981
Post tat-twelid Dakar (Senegal)
Tul 175 ċm
Rwol Difensur
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb kurrenti Manchester United
Numru 3
Klabbs Ġovanili
19??–1998 Paris Saint-Germain
Klabbs Professjonali*
Staġun Klabb App (Gwl)
1998–1999
1999–2000
2000–2002
2002–2006
2006–
Marsala
Monza
OGC Nice
AS Monaco
Manchester United
24 (3)
3 (20)
40 (1)
120 (1)
68 (1)
Tim Nazzjonali**
2004– Franza 9 (0)

* Apparenzi u gowls minn kull klabb
fil-kampjonat nazzjonali u
l-kompetizzjonijiet nazzjonali.
** Apparenzi u gowls għat-tim nazzjonali
f'logħob uffiċċjali.

Patrice Evra (twieled fil-15 ta' Mejju 1991) hu plejer tal-futbol Franċiż, li jilgħab mat-tim tal-Premiership Manchester United.

Tifel ta' diplomat, Evra wasal fl-Ewropa fi Brussell mis-Senegal meta kellu sitt snin. Hu kien jgħix f'Les Ulis, Esonne, fi Franza fejn għex ma' familtu bejn l-1984 u l-1998 qabel ma kiseb l-ewwel opportunitajiet tal-futbol mat-tim Sqalli ta' Marsala. Hu kien jilgħab fl-ewwel snin mal-plejer famuż Thierry Henry, fejn huma jikkunsidraw lilhom infushom bħala ħbieb tat-tfulija.

Werrej

[editja] Karriera

[editja] Bidu tal-karriera

Matul iż-żgħożija tiegħu, Evra beda l-karriera tiegħu bħala attakkant mas-sistemà ġovanili ta' Paris Saint-Germain. Minkejja li qatt ma rċieva kuntratt professjonali, hu ġie fl-attenzjoni ta' tim Taljan żgħir ta' Marsala, fejn hemmhekk irċieva kuntratt mal-klabb. B'total ta' 27 apparenza mat-tim, Evra skorja 6 gowls. L-istaġun ta' wara hu sab lilu nnifsu mat-tim ta' Monza fis-Serie B, imma għamel biss 3 apparenzi.

[editja] Nice

Evra irritorna Franza ma' OGC Nice f'Ligue 2. Fl-ewwel partiti hu lagħab bħala attakkant ċentrali. Minħabba plejers nieqsa fil-klabb, hu ntlagħab fil-pożizzjoni xellugija tad-difiża fil-logħba kontra Stade Lavallois. Il-partiti li segwew wara, il-kowċ Sandro Salvioni uża' lil Evra fid-difiża. Matul il-kumplament ta' l-istaġun, Salvioni baqa' jalterna lil Evra bejn iż-żewġ pożizzjonijiet. Evra ġie magħżul bħala l-aqwa difensur xellugi ta' Ligue 2.

[editja] Monaco

AS Monaco kienu impressjonati bil-ħiliet difensivi ta' Evra, u b'hekk huma xtrawh minn Nice għal somma indiskussa mill-kowċ Didier Deschampions. Hu sar mal-ewwel plejer regulari fid-difiża flimkien ma' Lucas Bernardi, Gaël Givet, u Julien Rodriguez. Fl-ewwel staġun mal-klabb, Monaco laħqu l-finali tal-UEFA Champions League 2003-04, però tilfu 3-0 kontra FC Porto. Il-prestazzjonijiet tiegħu tawh sejħa mat-tim nazzjonali Franċiż.

Fl-2005, Evra kien imsejjaħ biex ikun kaptan għal diversi okkażżjonijiet. Monaco batew fl-istaġun li segwa fejn kienu eliminati fil-fażi ta' kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League 2005-06 u kienu viċin l-aħħar postijiet ta' Ligue 1 għall-biċċa l-kbira ta' l-istaġun.

[editja] Manchester United

Evra iffirma kuntratt ta' 3½ snin ma' United fl-10 ta' Jannar 2006, fejn ingħaqad għal somma ta' madwar £5.5 miljun minn AS Monaco. Ftit jiem qabel kien għadu kemm iffirma mat-tim ta' Old Trafford, Nemanja Vidić. Il-wasla ta' Evra għenet lid-difiża ta' Sir Alex Ferguson li kienet sofriet wara li Gabriel Heinze kien barra mil-logħob.

Hu ddebutta għal Manchester United fl-14 ta' Jannar 2006 fit-telfa ta' 3-1 kontra Manchester City fil-Premier League. Hu għamel l-ewwel dehra f'Old Trafford kontra Liverpool fit-22 ta' Jannar 2006 f'rebħa ta' 1-0. Evra inizzjalment kellu problemi biex jadatta għal-logħba Ingliża, imma man-nofs ta' l-istaġun 2006-07 il-forma tiegħu tjiebet u stabbilixxa lilu nnifsu bħala plejer regulari mat-tim. Fid-29 ta' Novembru 2006, hu skorja l-ewwel gowl mal-klabb fil-partita tal-Premiership kontra Everton f'Old Trafford. Wara xi żmien barra mill-iskwadra, Evra irritorna mat-tim fl-10 ta' April 2007 fil-partita taċ-Champions League kontra AS Roma, fejn ikkontribwixxa għal rebħa kbira ta' 7-1. Minħabba l-prestazzjoni solida fl-istaġun 2006-07, hu kien magħżul fost it-Tim tas-Sena tal-PFA. Fl-istaġun 2007-08, Evra kompla jkun figura importanti ta' l-ewwel ħdax ta' Manchester United.

[editja] Unuri

Bandiera ta' Franza AS Monaco

  • Coupe de la Ligue: 2003

Bandiera ta' l-Ingilterra Manchester United

[editja] Ħoloq oħra

Wikiquote
Fil-Wikiquote hemm kollezzjoni ta' kwotazzjonijiet relatati ma':
Manchester United – skwadra kurrenti
1 van der Sar2 Neville3 Evra4 Hargreaves5 Ferdinand • 6 Brown • 7 Ronaldo8 Anderson9 Saha • 10 Rooney • 11 Giggs • 12 Foster13 Park • 15 Vidić16 Carrick • 17 Nani18 Scholes • 21 Dong22 O'Shea23 Evans • 24 Fletcher27 Silvestre • 29 Kuszczak32 Tévez • 33 Eagles38 Heaton • 47 Wellbeck • Kowċ: Sir Alex Ferguson


aa - ab - af - ak - als - am - an - ang - ar - arc - as - ast - av - ay - az - ba - bar - bat_smg - bcl - be - be_x_old - bg - bh - bi - bm - bn - bo - bpy - br - bs - bug - bxr - ca - cbk_zam - cdo - ce - ceb - ch - cho - chr - chy - co - cr - crh - cs - csb - cu - cv - cy - da - de - diq - dsb - dv - dz - ee - el - eml - en - eo - es - et - eu - ext - fa - ff - fi - fiu_vro - fj - fo - fr - frp - fur - fy - ga - gan - gd - gl - glk - gn - got - gu - gv - ha - hak - haw - he - hi - hif - ho - hr - hsb - ht - hu - hy - hz - ia - id - ie - ig - ii - ik - ilo - io - is - it - iu - ja - jbo - jv - ka - kaa - kab - kg - ki - kj - kk - kl - km - kn - ko - kr - ks - ksh - ku - kv - kw - ky - la - lad - lb - lbe - lg - li - lij - lmo - ln - lo - lt - lv - map_bms - mdf - mg - mh - mi - mk - ml - mn - mo - mr - mt - mus - my - myv - mzn - na - nah - nap - nds - nds_nl - ne - new - ng - nl - nn - no - nov - nrm - nv - ny - oc - om - or - os - pa - pag - pam - pap - pdc - pi - pih - pl - pms - ps - pt - qu - quality - rm - rmy - rn - ro - roa_rup - roa_tara - ru - rw - sa - sah - sc - scn - sco - sd - se - sg - sh - si - simple - sk - sl - sm - sn - so - sr - srn - ss - st - stq - su - sv - sw - szl - ta - te - tet - tg - th - ti - tk - tl - tlh - tn - to - tpi - tr - ts - tt - tum - tw - ty - udm - ug - uk - ur - uz - ve - vec - vi - vls - vo - wa - war - wo - wuu - xal - xh - yi - yo - za - zea - zh - zh_classical - zh_min_nan - zh_yue - zu -