Web Analytics

See also ebooksgratis.com: no banners, no cookies, totally FREE.

CLASSICISTRANIERI HOME PAGE - YOUTUBE CHANNEL
Privacy Policy Cookie Policy Terms and Conditions
Wolfgang Amadeus Mozart - Wikipedija

Wolfgang Amadeus Mozart

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.

Wolfgang Amadeus Mozart
Isem: Johannes Chrysostomus

Wolfgang Theophilus

Mozart

Twieled: 27 ta' Jannar 1756
Miet: 5 ta' Diċembru 1791
Post tat-twelid: Salzburg, Austria
Professjoni: Kompożitur

tal- Mużika Klassika

Wolfgang Amadeus Mozart (Johannes Chrysostomus Wolfgangus Theophilus Mozart) kompożitur famuż tal-Mużika Klassika. Il-fama ta' Mozart hija tant kbira li ismu jippersonifika l-mużika klassika tal-punent. Hu meqjus bħala wieħed mill-akbar ġenji mużikali u sa llum għadu ħaj fi qlub il-mużiċisti ta' kull stil u talent. Għalkemm miet ta' eta żgħira, f'ħajtu kkompona madwar 600 xogħol, fosthom il-melodija famuża Eine Kleine Nacht Muzik, u l-Marċ Tork flimkien ma' 41 sinfonija u kollezzjoni kbira ta' mużika għall-pjanu u mużika vokali.


Werrej

[editja] Ħajja

Imwieled f’Salzburg, l-Awstrija fis-27 ta’ Jannar 1756, Amadeus trabba f’ambjent mużikali mill-aqwa. Ta’ erba’ snin beda jitgħallem il-mużika għand missieru, kompożitur u vjolinista ta’ l-Isqof ta’ Salzburg li kien ukoll il-Prinċep tal-belt. Barra li beda jdoqq xi strumenti tal-korda ta’ età tenera kien diġà beda jikkomponi xi bċejjeċ. Ta’ sitt snin flimkien ma’ oħtu Marianne, kien jagħti l-kunċerti f'Munich u Vjenna. Sakemm kellu disgħa snin kien diġà żar Londra, Pariġi u bliet oħra fejn wera' l-kapaċità mużikali mill-aqwa li kellu. Fl-1768, Vjenna, kiteb l-ewwel opra tiegħu La Finta Semplice fuq talba ta' l-Imperatur Awstrijak. Imma l-opra ttellgħet s-sena ta’ wara f’belt twelidu, Salzburg. Ta’ tlettax il-sena Mozart sar Direttur tal-Kunċerti fil-Qorti ta’ l-Isqof ta’ Salzburg. Aktar tard beda jikkomponi ammont kbir ta’ xogħlijiet u żar Milan, Ruma u bliet oħra Taljani.


Mozart ma jistagħx jitqies bħala xi nnovatur jew riformatur fil-qasam mużikali. Il-vjaġġi li għamel qarrbuh lejn l-istili mużikali differenti ta’ żmienu. Billi ħallat dawn l-istili rnexxielu joħloq stil għalih, mużika mmarkata b’melodija mill-aqwa u li tirrifletti varjetà ta’ emozzjonijiet.

Fl-1772, miet l-Arċisqof ta’ Salzburg u s-suċċessur tiegħu ftit kien jimpurtah mill-mużika ta’ Mozart, għalhekk wara ħafna tilwim u polemiċi, Mozart ħalla Salzburg u mar Vjenna. Għalkemm beda jirċievi diversi kummissjonijiet, Mozart ma rnexxilux jistabbilixxi ruħu mill-ewwel ġo Vjenna. Hemm iltaqa’ mal-kompożitur anzjan Haydn u t-tnejn saru ħbieb mill-aqwa, tant li Mozart iddedikalu sett ta’ sitt kwartetti tal-korda. Fl-1782 iżżewweġ lil Costance Weber. Biex jaqla’ x’jiekol taha għat-tagħlim tal-mużika, beda jagħti kunċerti ħfief u jikkomponi danzi melodjużi.

Fl-1786 hu kkompona Le Nozze di Figaro waqt li s-sena ta’ wara kiteb kapolavur ieħor - Don Giovanni. Fl-1788, l-Imperatur Joseph II impjegah bħala mużiċista fil-palazz tiegħu b’salarju ta’ 80 lira fis-sena. Għalkemm dan kien salarju fenominali għal dak iż-żmien xorta baqa’ mċappas bid-djun li kien għamel.


Matul dik is-sena stess f’sitt ġimgħat ikkompona l-aħħar tliet sinfoniji, is-Sinfonia fuq Do maġġuri magħrufa bħala Jupiter, is-Sinfonia fuq Mi bemolle maġġuri u s-Sinfonia fuq Sol minuri. Fl-1790 kiteb ukoll l-opra Cosi Fan Tutte. Mozart ikkompona ‘l fuq minn 600 biċċa xogħol, dawn ġew irranġati f’ordni kronoloġiku fis-seklu dsatax mill-Awstrijak Ludwig von Kohchel.

Ix-xogħlijiet strumentali tiegħu wasslu l-mużika klassika fil-grad ta’ perfezzjoni. Bħala pjanist ċelebri kkompona diversi xogħlijiet biex hu stess setà jesegwihom f’diversi kunċerti. Kien l-ewwel surmast ta’ l-hekk imsejħa kunċerti tal-pjanu tant li kiteb madwar 25 minnhom. Kiteb ukoll diversi sonati u xogħlijiet għall-kwartetti tal-korda. Fost l-40 sinfonija li kiteb, l-aktar popolari huma dawk li kiteb fl-aħħar għaxar snin ta’ ħajtu.

[editja] L-Aħħar Snin

Fl-aħħar sena ta’ ħajtu kkompona l-famuża opra 'il-Flawt Maġiku' u l-Messa de Requiem, xogħol korali li fiha tista’ tgħid antiċipa l-mewt tiegħu stess, minħabba li lanqas laħaq spiccaha u komplieha wara mewtu l-alliev tiegħu Sussmayr. Mozart kien l-aqwa kompożitur operistiku ta’ żmienu. Kemm l-opri komiċi u anke dawk klassiċi huma mmarkati b’intensità drammatika mill-aqwa. Mifni bil-mard u bit-tbatija tax-xogħol, Wolfgang Amadeus Mozart miet nhar il-5 ta' Diċembru 1791, fl-età żgħira ta’ 35 sena. Bħalma għex ta’ fqir, hekk wara mewtu difnuh f’qabar komuni, qalb it-tallaba. Imma mhux l-istess ġralha l-mużika tiegħu, li baqgħet tiġi apprezzata dejjem iżjed mal-mixja taż-żmien u li għamlet lil Mozart fost l-aqwa kompożituri li qatt dehru taħt il-kappa tax-xemx.


[editja] Lista ta’ Xogħlijiet Prinċipali ta’ Mozart

[editja] Opri liriċi

  • Die Schuldigkeit des ersten Gebotes K 35 (l-ewwel parti biss)
  • Apollo et Hyacinthus K 38 - (13 ta’ Mejju 1767, Università ta’ Salisburg)
  • Bastien und Bastienne K 50 - (2 ta’ Ottubru 1890, Architektenhaus, Berlin)
  • La finta semplice K 51 - (1 ta’ Mejju 1769, Qorti ta’ l-Arċisqof, Salisburg)
  • Mitridate, re di Ponto K 87 (K.74a) - (26 ta’ Diċembru 1770, Teatro Regio Ducale, Milan)
  • Ascanio fuq Alba K 111- (17 ta’ Ottubru 1771, Teatro Regio Ducale, Milan)
  • Il sogno di Scipione K 126 - (1 ta’ Mejju 1772, Residenza Arċiveskovili, Salisburg)
  • Lucio Silla (opera) Lucio Silla K 135 - (26 ta’ Diċembru 1772, Teatro Regio Ducale, Milan)
  • La finta giardiniera K 196 - (13 ta’ Jannar 1775, Redoutensaal, Monaco)
  • Il re pastore K 208 - (23 ta’ April 1775, Residenza Arċiveskovili, Salisburgo)
  • Zaide K 344 (opra mhux kompluta) – (27 ta’ Jannar 1866, Frankfurt)
  • Thamos König fuq Ägypten K 345 (kori e intermezzi mużikali)
  • Idomeneo (opra)|Idomeneo, ossia Ilia ed Idamante, K366 - (29 ta’ Jannar 1781, Court Theatre, Monaco)
  • Die Entführung aus dem Serail K384 - (16 ta’ Lülju 1782, Burgtheater, Vjenna)
  • L'oca del Cairo K 422 (opra mhux kompluta) (1784, ta’ April 1860, Frankfurt)
  • Lo sposo deluso, ossia La rivalità di tre donne għall-un solo amante K 430 (opra mhux kompluta) (1784)
  • Der Schauspieldirektor K 486 (trad: L'impresarju Teatrali) (7 ta’ Frar 1786, Palazz Schönbrunn, Vjenna)
  • Le nozze di Figaro K 492 - (1 ta’ Mejju 1786, Burgtheater, Vjenna)
  • Don Giovanni K 527 - (29 ta’ Ottubru 1787, Teatru Nazzjonali ta’ Praga)
  • Così fan tutte K 588 - (26 ta’ Jannar 1790, Burgtheater, Vjenna)
  • Die Zauberflöte K 620 (trad. Il-flawt maġiku) (30 ta’ Settembru 1791, Teatru dei Wieden, Vjenna)
  • La clemenza di Tito K 621 - (6 ta’ Settembru 1791, Teatru Nazzjonali ta’ Praga)

[editja] Opri sagri

  • Litaniae de venerabili altaris Sacramento K 125
  • Exultate Jubilate K 165 (158a) fuq F
  • Spatzen-Messe Missa brevis K 220
  • Credo-Messe K 257
  • Spaur-Messe K 258
  • Krönungsmesse K 317
  • Missas solemnis K 337
  • Vesperae solemnes de confessore K 339
  • Quddiesa fuq Do minuri K 427
  • Ave verum Corpus K 618
  • Quddiesa tar-Requiem K 626

[editja] Kompożizzjoniet strumentali

[editja] Sinfoniji

  • Sinfonija n. 25 fuq Sol minuri K 183
  • Sinfonija n. 28 fuq Do maġġuri K 200
  • Sinfonija n. 29 fuq La maġġuri "A mezza orchestra"
  • Sinfonija n. 31 fuq Re maġġuri K 297 "Pariser"
  • Sinfonija n. 32 fuq Sol maġġuri K 318
  • Sinfonija n. 33 fuq Si bemolle maġġuri K 319
  • Sinfonija n. 34 fuq Do maġġuri K 334
  • Sinfonija n. 35 fuq Re maġġuri K 385 "Haffner"
  • Sinfonija n. 36 fuq Do maġġuri K 425 "Linzer"
  • Sinfonija n. 38 fuq Re maġġuri K 504 "Praga"
  • Sinfonija n. 39 fuq Mi bemolle maġġuri K 543
  • Sinfonija n. 40 fuq Sol minuri K 550
  • Sinfonija n. 41 fuq Do maġġuri K 551 "Jupiter"
  • Sinfonija concertante għall-vjolin, vjola u orkestra fuq Mi bemolle maġġuri K 364
  • Sinfonija konċertanti għall-oboe, klarinett, kornu u fagott fuq Mi bemolle maġġuri K297b

[editja] Kunċerti

  • Kunċert għall-pjanuforti n. 19 - K 459 "Incoronazione"
  • Kunċert għall-pjanuforti n. 20 - K 466
  • Kunċert għall-pjanuforti n. 21 - K 467
  • Kunċert għall-pjanuforti n. 22 - K 482
  • Kunċert għall-pjanuforti n. 23 - K 488
  • Kunċert għall-pjanuforti n. 24 - K 491
  • Kunċert għall-pjanuforti n. 25 - K 503
  • Kunċert għall-pjanuforti n. 26 - K 537 "Kronungskonzert"
  • Kunċert għall-pjanuforti n. 27 - K 595
  • Kunċert għall-flawt u arpa - K 299
  • Kunċert għall-kornu n. 3 - K 447
  • Kunċert għall-klarinett - K 622
  • Kunċert għall-vjolin n.1 - K 207
  • Kunċert għall-vjolin n.1 - K 216
  • Kunċert għall-vjolin n.1 - K 218
  • K Kunċert għall-vjolin n.1 - K 219
  • K Kunċert għall-fagott u orkestra - K 191
  • K Kunċert għall-kornu n. 1 - K 412

[editja] Sonati

  • Sonata għall-pjanuforti n. 1 fuq Do maġġuri K 279
  • Sonata għall-pjanuforti n. 2 fuq Fa maġġuri K 280
  • Sonata għall-pjanuforti n. 3 fuq Si bemolle maġġuri K 281
  • Sonata għall-pjanuforti n. 4 fuq Mi bemolle maġġuri K 282
  • Sonata għall-pjanuforti n. 5 fuq Sol maġġuri K 283
  • Sonata għall-pjanuforti n. 6 fuq Re maġġuri K 284
  • Sonata għall-pjanuforti n. 7 fuq Do maġġuri K 309
  • Sonata għall-pjanuforti n. 8 fuq La minuri K 310
  • Sonata għall-pjanuforti n. 9 fuq Re maġġuri K 311
  • Sonata għall-pjanuforti n. 10 fuq Do maġġuri K 330
  • Sonata għall-pjanuforti n. 11 fuq La maġġuri K 331
  • Sonata għall-pjanuforti n. 12 fuq Fa maġġuri K 332
  • Sonata għall-pjanuforti n. 13 fuq Si bemolle maġġuri K 333
  • Sonata għall-pjanuforti n. 14 fuq Do minuri K 457
  • Sonata għall-pjanuforti n. 16 fuq Do maġġuri K 545
  • Sonata għall-pjanuforti n. 17 fuq Si bemolle maġġuri K 570
  • Sonata għall-pjanuforti n. 18 fuq Re maġġuri K 576

[editja] Kwartetti u Kwintetti

  • Kwartett K 370 għall-oboe, vjolin, vjola u vjolinċell
  • Kwartett K 387
  • Kwartett K 458 "Il-Kaċċa"
  • Kwartett K 465 "Kwartett tad-dissonanzi"
  • Kwintett għall-klarinett u kordi fuq La mag K 581
  • Kwintett għall-pjanuforti u strumenti tan-nifs fuq Mi bemolle K 452


[editja] Pitturi

Static Wikipedia (no images)

aa - ab - af - ak - als - am - an - ang - ar - arc - as - ast - av - ay - az - ba - bar - bat_smg - bcl - be - be_x_old - bg - bh - bi - bm - bn - bo - bpy - br - bs - bug - bxr - ca - cbk_zam - cdo - ce - ceb - ch - cho - chr - chy - co - cr - crh - cs - csb - cu - cv - cy - da - de - diq - dsb - dv - dz - ee - el - eml - en - eo - es - et - eu - ext - fa - ff - fi - fiu_vro - fj - fo - fr - frp - fur - fy - ga - gan - gd - gl - glk - gn - got - gu - gv - ha - hak - haw - he - hi - hif - ho - hr - hsb - ht - hu - hy - hz - ia - id - ie - ig - ii - ik - ilo - io - is - it - iu - ja - jbo - jv - ka - kaa - kab - kg - ki - kj - kk - kl - km - kn - ko - kr - ks - ksh - ku - kv - kw - ky - la - lad - lb - lbe - lg - li - lij - lmo - ln - lo - lt - lv - map_bms - mdf - mg - mh - mi - mk - ml - mn - mo - mr - mt - mus - my - myv - mzn - na - nah - nap - nds - nds_nl - ne - new - ng - nl - nn - no - nov - nrm - nv - ny - oc - om - or - os - pa - pag - pam - pap - pdc - pi - pih - pl - pms - ps - pt - qu - quality - rm - rmy - rn - ro - roa_rup - roa_tara - ru - rw - sa - sah - sc - scn - sco - sd - se - sg - sh - si - simple - sk - sl - sm - sn - so - sr - srn - ss - st - stq - su - sv - sw - szl - ta - te - tet - tg - th - ti - tk - tl - tlh - tn - to - tpi - tr - ts - tt - tum - tw - ty - udm - ug - uk - ur - uz - ve - vec - vi - vls - vo - wa - war - wo - wuu - xal - xh - yi - yo - za - zea - zh - zh_classical - zh_min_nan - zh_yue - zu -

Static Wikipedia 2007 (no images)

aa - ab - af - ak - als - am - an - ang - ar - arc - as - ast - av - ay - az - ba - bar - bat_smg - bcl - be - be_x_old - bg - bh - bi - bm - bn - bo - bpy - br - bs - bug - bxr - ca - cbk_zam - cdo - ce - ceb - ch - cho - chr - chy - co - cr - crh - cs - csb - cu - cv - cy - da - de - diq - dsb - dv - dz - ee - el - eml - en - eo - es - et - eu - ext - fa - ff - fi - fiu_vro - fj - fo - fr - frp - fur - fy - ga - gan - gd - gl - glk - gn - got - gu - gv - ha - hak - haw - he - hi - hif - ho - hr - hsb - ht - hu - hy - hz - ia - id - ie - ig - ii - ik - ilo - io - is - it - iu - ja - jbo - jv - ka - kaa - kab - kg - ki - kj - kk - kl - km - kn - ko - kr - ks - ksh - ku - kv - kw - ky - la - lad - lb - lbe - lg - li - lij - lmo - ln - lo - lt - lv - map_bms - mdf - mg - mh - mi - mk - ml - mn - mo - mr - mt - mus - my - myv - mzn - na - nah - nap - nds - nds_nl - ne - new - ng - nl - nn - no - nov - nrm - nv - ny - oc - om - or - os - pa - pag - pam - pap - pdc - pi - pih - pl - pms - ps - pt - qu - quality - rm - rmy - rn - ro - roa_rup - roa_tara - ru - rw - sa - sah - sc - scn - sco - sd - se - sg - sh - si - simple - sk - sl - sm - sn - so - sr - srn - ss - st - stq - su - sv - sw - szl - ta - te - tet - tg - th - ti - tk - tl - tlh - tn - to - tpi - tr - ts - tt - tum - tw - ty - udm - ug - uk - ur - uz - ve - vec - vi - vls - vo - wa - war - wo - wuu - xal - xh - yi - yo - za - zea - zh - zh_classical - zh_min_nan - zh_yue - zu -

Static Wikipedia 2006 (no images)

aa - ab - af - ak - als - am - an - ang - ar - arc - as - ast - av - ay - az - ba - bar - bat_smg - bcl - be - be_x_old - bg - bh - bi - bm - bn - bo - bpy - br - bs - bug - bxr - ca - cbk_zam - cdo - ce - ceb - ch - cho - chr - chy - co - cr - crh - cs - csb - cu - cv - cy - da - de - diq - dsb - dv - dz - ee - el - eml - eo - es - et - eu - ext - fa - ff - fi - fiu_vro - fj - fo - fr - frp - fur - fy - ga - gan - gd - gl - glk - gn - got - gu - gv - ha - hak - haw - he - hi - hif - ho - hr - hsb - ht - hu - hy - hz - ia - id - ie - ig - ii - ik - ilo - io - is - it - iu - ja - jbo - jv - ka - kaa - kab - kg - ki - kj - kk - kl - km - kn - ko - kr - ks - ksh - ku - kv - kw - ky - la - lad - lb - lbe - lg - li - lij - lmo - ln - lo - lt - lv - map_bms - mdf - mg - mh - mi - mk - ml - mn - mo - mr - mt - mus - my - myv - mzn - na - nah - nap - nds - nds_nl - ne - new - ng - nl - nn - no - nov - nrm - nv - ny - oc - om - or - os - pa - pag - pam - pap - pdc - pi - pih - pl - pms - ps - pt - qu - quality - rm - rmy - rn - ro - roa_rup - roa_tara - ru - rw - sa - sah - sc - scn - sco - sd - se - sg - sh - si - simple - sk - sl - sm - sn - so - sr - srn - ss - st - stq - su - sv - sw - szl - ta - te - tet - tg - th - ti - tk - tl - tlh - tn - to - tpi - tr - ts - tt - tum - tw - ty - udm - ug - uk - ur - uz - ve - vec - vi - vls - vo - wa - war - wo - wuu - xal - xh - yi - yo - za - zea - zh - zh_classical - zh_min_nan - zh_yue - zu

Static Wikipedia February 2008 (no images)

aa - ab - af - ak - als - am - an - ang - ar - arc - as - ast - av - ay - az - ba - bar - bat_smg - bcl - be - be_x_old - bg - bh - bi - bm - bn - bo - bpy - br - bs - bug - bxr - ca - cbk_zam - cdo - ce - ceb - ch - cho - chr - chy - co - cr - crh - cs - csb - cu - cv - cy - da - de - diq - dsb - dv - dz - ee - el - eml - en - eo - es - et - eu - ext - fa - ff - fi - fiu_vro - fj - fo - fr - frp - fur - fy - ga - gan - gd - gl - glk - gn - got - gu - gv - ha - hak - haw - he - hi - hif - ho - hr - hsb - ht - hu - hy - hz - ia - id - ie - ig - ii - ik - ilo - io - is - it - iu - ja - jbo - jv - ka - kaa - kab - kg - ki - kj - kk - kl - km - kn - ko - kr - ks - ksh - ku - kv - kw - ky - la - lad - lb - lbe - lg - li - lij - lmo - ln - lo - lt - lv - map_bms - mdf - mg - mh - mi - mk - ml - mn - mo - mr - mt - mus - my - myv - mzn - na - nah - nap - nds - nds_nl - ne - new - ng - nl - nn - no - nov - nrm - nv - ny - oc - om - or - os - pa - pag - pam - pap - pdc - pi - pih - pl - pms - ps - pt - qu - quality - rm - rmy - rn - ro - roa_rup - roa_tara - ru - rw - sa - sah - sc - scn - sco - sd - se - sg - sh - si - simple - sk - sl - sm - sn - so - sr - srn - ss - st - stq - su - sv - sw - szl - ta - te - tet - tg - th - ti - tk - tl - tlh - tn - to - tpi - tr - ts - tt - tum - tw - ty - udm - ug - uk - ur - uz - ve - vec - vi - vls - vo - wa - war - wo - wuu - xal - xh - yi - yo - za - zea - zh - zh_classical - zh_min_nan - zh_yue - zu