Festival tal-Eurovision 2008
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Festival tal-Eurovision 2008 "The Confluence of Sound" |
|
---|---|
Finali | 24 ta' Mejju 2008 |
Semi-Finali | 20 ta' Mejju 2008 (SF 1) 22 ta' Mejju 2008 (SF 2) |
Preżentatur(i) | Jovana Janković[1] Željko Joksimović[1] |
Organizzatur | RTS |
Sala | Belgrade Arena[2] Belgrad, Serbja |
Rebbieħ | Russja "Believe" |
Votazzjoni | |
In-nies minn kull pajjiż jistgħu jivvutaw permezz tat-telefown jew SMS. L-għaxar kanzunetti favoriti ta' kull pajjiż jingħataw 12, 10, u minn 8 sa punt skond il-voti tal-popolazzjoni ta' kull pajjiż. Kull pajjiż parteċipat fis-semi-finali u l-finali jridu jagħtu l-punti tagħhom fil-finali.[3] | |
Parteċipanti | 43: 19 f'kull semi-finali; 25 fil-finali, 10 minnhom ġew minn kull semi-finali. |
Pajjiżi debuttanti | Ażerbajġan San Marino[4] |
Pajjiżi li rritornaw | ħadd |
Pajjiżi li rtiraw | Awstrija[5] |
Pajjiżi mingħajr punt | TBD |
Att ta' l-intervall | Goran Bregović (Finali) Metropole Orkest, Slobodan Trkulja, Balkanopolis (SF 1) Teatru Nazzjonali f'Belgrad (SF2) |
Att tal-ftuħ | Marija Šerifović tkanta Moltiva (Finali) Video killed a radio star (SF 1) Serbia for beginners flimkien ma' Konstantin Kostjukov (SF2) |
Festival tal-Eurovision | |
◄2007 • 2009► |
Il-Festival tal-Eurovision 2008 kien it-53 edizzjoni tal-festival u seħħ ġewwa Belgrad, il-belt kapitali tas-Serbja. Iż-żewġ semi-finali saru. It-tliet serati ġew organiżżati ġewwa il-Belgrade Arena (Београдска Арена) li hija waħda mill-akbar areni ġewwa l-Ewropa, b'kapaċità ta' il-fuq minn 20,000 post. Is-Serbja rebħet d-dritt li tospita il-festival wara li Marija Šerifović rebbħet il-festival ta' l-2007 ġewwa Helsinki, fil-Finlandja. L-istazzjon nazzjonali tas-Serbja, RTS, huwa responsabbli li jorganiżża il-produzzoni.
Svante Stockselius, ikkonferma fit-28 ta' Settembru 2007 li l-EBU approvaw il-pjan li jseħħu żewġ semifinali qabel il-finali ta' l-2008.[6] Dan ġie deċiż minħabba kummenti u informazzjoni kemm mid-delegazzjonijiet, inkluża dik Maltija, u anki mid-dilettanti li gergru li l-festival qed isir wisq falz bil-pajjiżi tal-lvant kollha jivvutaw għal xulxin waqt li dawk tal-punent isibuha tqila biex joħorġu mis-semifinali. Iż-żewġ semifinali ser jixxandru kontemporanjament u l-pajjiżi jkollhom juru s-semifinali li qegħdin jikkompetu fiha f'xandira diretta u l-oħra jistgħu jxandruha wara jekk iridu, minkejja li mhumiex obbligati. Pajjiż jista' jivvota biss ġewwa s-semifinali li qiegħed jieħu sehem fiha.
Fl-14 ta' Settembru, is-Sindku ta' Helsinki ta "ċ-Ċwievet tal-Eurovision" lid-deputat ta' Belgrad. Hemm il-ħsieb li din iċ-ċeremonja issir kull sena u li iċ-ċurkett ikollu ċavetta minn kull belt li ospitat il-festival.[7]
Minħabba xi problemi u rvellijiet f'Belgrad, minħabba l-indipendenza tal-Kosovo, fit-22 ta' Frar 2008, l-EBU għamlet konferenza biex jiddeċiedu jekk il-festival isirx f'xi belt oħra. L-Ukrajna kienet ikkunsidrata bħala oppzjoni minħabba li kienu spiċċaw it-tieni fl-edizzjoni preċedenti. YLE kienu għażla oħra, hekk kif huma ospitaw l-edizzjoni tal-kompetizzjoni tas-sena ta' qabel f'Helsinki, il-Finlandja.[8] ERT offriet ukoll li tospita l-festival f'Ateni, il-Greċja.[9] Wara ġie deċiż li l-edizzjoni ta' l-2008 se ssir xorta f'Belgrad, bl-EBU tagħti l-appoġġ tagħha. RTS se tingħata garanzija ta' siguta mill-gvern Serb għall-viżitaturi u l-parteċipanti kollha.[10] Għalhekk, id-delegazzjoni tal-Kroazja, ta' l-Iżrael u ta' l-Albanija se tingħata sigurta speċjali.[11] Il-festival se jkun ospitat minn Jovana Janković u Željko Joksimović.[1] Però, Jelena Tomašević se tirrapreżenta lis-Serbja b'kanzunetta bil-kompożizzjoni ta' Joksimović; din ġabet dibattitu dwar ir-rwol tiegħu fil-festival.[12]
Werrej |
[editja] Format
Din is-sena l-edizzjoni ġiet maqsuma fi tliet serati, fejn għall-ewwel darba ġiet introdotta s-sistemà taż-żewġ semi-finali. Kull xandar ikollu jxandar is-semi-finali li jkun qed jieħu sehem fiha, bix-xandira tas-semi-finali l-oħra tkun waħda opzzjonali. Il-poloz ta' l-allokazzjoni tas-semi-finali saru fil-Belgrade City Hall nhar it-Tnejn 28 ta' Jannar 2008 fis-siegħa ta' wara nofsinhar (ħin ta' Malta), u kienet kondotta minn żeffiena tan-"National Dance Ensemble KOLO". L-ewwel, żewġ enveloppi bl-'Ewwel Semi-Finali' u bit-'Tieni Semi-Finali' ġew mtellgħin. Wara, tliet pajjiżi minn kull urna ġew magħżula bix-xorti biex jieħdu sehem fl-ewwel semi-finali, waqt li tlieta oħra fit-tieni waħda. Il-pajjiż li kien għad baqa' fil-ħames urna ħa sehem fis-semi-finali ta' l-ewwel envelop li tela', waqt li l-pajjiż li kien għad baqa' fis-sitt urna ħa sehem fit-tieni wieħed.[13]
Il-finalisti awtomatiċi setgħu jagħżlu jekk ixandrux iż-żewġ semi-finali jew waħda biss, imma t-telespettaturi jistgħu jivvutaw biss f'waħda biss. Mill-poloz ġie deċiż liema mill-ħames finalisti se jxandar u jista' jivvota miż-żewġ semi-finali. Is-semi-finali se jixxandru diretti fuq is-sit elettroniku tal-Eurovision, eurovision.tv.[14] L-aqwa disa' kanzunetti mill-votazzjoni tal-pajjiżi se jikkwalifikaw għall-finali, waqt li l-għaxar kwalifikat se jiġi ddeterminat mill-ġurija. Ħamsa u għoxrin kanzunetta se jikkompetu fil-finali.[3]
[editja] Allokazzjoni tas-semi-finali
Fl-24 ta' Jannar 2008, it-38 pajjiż fis-semi-finali ġew separati f'urni bbażat skond l-istorja tal-votazzjoni u l-lokazzjoni ġeografika:
Urna 1 | Urna 2 | Urna 3 | Urna 4 | Urna 5 | Urna 6 |
---|---|---|---|---|---|
|
|
|
[editja] Pajjiżi parteċipanti
[editja] L-Ewwel Semi-finali
L-ewwel semi-finali saret fl-20 ta' Mejju 2008.
[editja] It-Tieni Semi-finali
It-tieni semi-finali se ssir fit-22 ta' Mejju 2008.
# | Pajjiż | Artist/a/i | Kanzunetta | Traduzzjoni | Pożizzjoni | Punti |
---|---|---|---|---|---|---|
1 | Iżlanda | Eurobandið | This is my life | Din hi ħajti | 8 | 68 |
2 | Svezja | Charlotte Perrelli | Hero | Eroj | 12 | 54 |
3 | Turkija | Mor ve Ötesi | Deli | Miġnun | 7 | 85 |
4 | Ukrajna | Ani Lorak | Shady lady | Mara suspettabbli | 1 | 152 |
5 | Litwanja | Jeronimas Milius | Nomads in the night | Nomadi fil-lejl | 16 | 30 |
6 | Albanija | Olta Boka | Zemrën e lamë peng | Lgħabna il-qalb | 9 | 67 |
7 | Svizzera | Paolo Meneguzzi | Era stupendo | Kien stupend | 13 | 47 |
8 | Repubblika Ċeka | Tereza Kerndlová | Have some fun | Ħu ftit pjaċir | 18 | 9 |
9 | Belarus | Ruslan Alenkhno | Hasta la vista | Narak aktar tard | 17 | 27 |
10 | Latvja | Pirates of the Sea | Wolves of the sea | Lupi tal-baħar | 6 | 86 |
11 | Kroazja | Kraljevi Ulice u 75 cents | Romanca | Rumanz | 4 | 112 |
12 | Bulgarija | Deep Zone u Balthazar | DJ Take Me Away | Ħudni l' hemm DJ | 11 | 56 |
13 | Danimarka | Simon Matthew | All night long | Il-lejl sħiħ | 3 | 112 |
14 | Ġeorġja | Diana Gurtskaya | Peace will come | Il-paċi tasal | 5 | 107 |
15 | Ungerija | Csézy | Szívverés | Tħabbita tal-qalb | 19 | 6 |
16 | Malta | Morena | Vodka | Vodka | 14 | 38 |
17 | Ċipru | Evdokia Kadi | Femme fatale | Mara fatali | 15 | 36 |
18 | Maċedonja | Tamara Todevska, Vrčak u Adrian Gadza | Vo imeto na ljubovta | F'isem l-imħabba | 10 | 64 |
19 | Portugall | Vânia Fernandes | Senhora do mar | Il-mara tal-baħar | 2 | 120 |
[editja] Finali
Il-finalisti huma:
- l-erba' pajjiżi li jikkwalifikaw awtomatikament kull sena li huma Franza, il-Ġermanja, Spanja u r-Renju Unit;
- il-pajjiż ospitu tas-Serbja;
- l-ewwel disa' pajjiżi mill-ewwel semi-finali flimkien ma' post riservat magħżul mill-ġurija
- l-ewwel disa' pajjiżi mit-tieni semi-finali flimkien ma' post riservat magħżul mill-ġurija
Il-finali saret fl-24 ta' Mejju 2008.
Il-Polonja, ir-Renju Unit u l-Ġermanja rċevew ilkoll 14-il punt. Waqt li r-regoli tal-festival jiddeskrivu mekkaniżmu dettaljat kif jiġi deċiż l-ewwel post jekk ikun hemm aktar minn pajjiż wieħed f'din l-istess pożizzjoni, hu ambigwu l-fatt jekk din il-proċedura tiġix applikata għall-pożizzjonijiet l-oħra. Jekk japplikaw, il-Ġermanja tikklassifika fit-23 post wara li rċiviet l-aktar 12-il punt. Il-Polonja ssegwi wara li kisbet aktar 10 punti mir-Renju Unit, u b'hekk dan ta' l-aħħar jispiċċa fil-25 post. Sorsi oħra jistgħu jillistjaw dawn it-tliet pajjiżi li qasmu t-23 post.
[editja] Mappa
[editja] Referenzi
- ↑ 1.0 1.1 1.2 Jovana Janković & Željko Joksimović the hosts (Ingliż). Oikotimes.com (04-03-2008). Aċċessata nhar il-2008-03-04.
- ↑ Welcome to Belgrade Arena. (Ingliż). Eurovision.tv. Aċċessata nhar il-14-05-2007.
- ↑ 3.0 3.1 Eurovision 2008 - format confirmed! (Ingliż), ESCToday.com (24-11-2007).
- ↑ San Marino in Belgrade confirmed (Ingliż), ESCToday.com, 21 ta' Novembru 2007 (21-11-2007).
- ↑ Austria will not go to Belgrade (Ingliż), ESCToday.com, 2007-11-20 (2007-11-20).
- ↑ Two semi finals in 2008 (Ingliż). Aċċessata nhar il-14-05-2007.
- ↑ Belgrade received Helsinki city keys (Ingliż). Eurovision.tv (14-09-2007). Aċċessata nhar il-19-09-2007.
- ↑ Helsinki could host Eurovision again (Ingliż). ESCToday.com (22-02-2008). Aċċessata nhar il-22-02-2008.
- ↑ EBU holds phone conference to decide host city (Ingliż). Oikotimes.com (2008-02-2]). Aċċessata nhar il-2008-02-22.
- ↑ Eurovision 2008: Set to stay in Belgrade (Ingliż). esctoday.com (22-02-2008). Aċċessata nhar il-22-02-2008.
- ↑ ЕВРОВИЗИЈА ПОД СИЛНО ОБЕЗБЕДУВАЊЕ: Во Белград ќе се пее со страв (Russu). vreme.com.mk (22-02-2008). Aċċessata nhar il-22-02-2008.
- ↑ Serbia: Zeljiko's double role in question (Ingliż). ESCtoday.com (13-03-2008). Aċċessata nhar il-13-03-2008.
- ↑ All you need to know for Monday's draw! (Ingliż). Eurovision.tv. Aċċessata nhar il-24-01-2008.
- ↑ Svante Stockselius explains the new format (Ingliż), Oikotimes.com (09-07-2007).
[editja] Ħoloq oħra
Festival tal-Eurovision |
---|
1956 · 1957 · 1958 · 1959 · 1960 · 1961 · 1962 · 1963 · 1964 · 1965 · 1966 · 1967 · 1968 · 1969 · 1970 · 1971 · 1972 · 1973 · 1974 · 1975 · 1976 · 1977 · 1978 · 1979 · 1980 · 1981 · 1982 · 1983 · 1984 · 1985 · 1986 · 1987 · 1988 · 1989 · 1990 · 1991 · 1992 · 1993 · 1994 · 1995 · 1996 · 1997 · 1998 · 1999 · 2000 · 2001 · 2002 · 2003 · 2004 · 2005 · 2006 · 2007 · 2008 · 2009 |