Charlotte Perrelli
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Charlotte Perrelli | |
---|---|
Informazzjoni ġenerali | |
Isem sħiħ | Anna Jenny Charlotte Nilsson |
Twelid | 7 Ottubru 1974 |
Oriġini | Hovmantorp, Svezja |
Ġeneru | Danseband, disco, pop |
Snin t'attività | 1987–preżent |
Tikketti | Stockhouse (1999 – 2008) Universal Music (2008 – preżent) |
Grupp(i) | Wizex, Anders Engbergs |
Sit elettroniku | charlotteperrelli.com |
Charlotte Perrelli (twieldet Anna Jenny Charlotte Nilsson fis-7 ta' Ottubru 1974,[1] f'Hovmantorp, Kronobergs län) hi kantanta Svediża, attriċi u preżentatriċi, u hi famuża l-aktar għar-rebħ tal-Melodifestivalen ta' l-1999 kif ukoll l-edizzjoni ta' dik is-sena tal-Eurovision Song Contest bil-kanzunetta Take Me to Your Heaven. Wara l-esperjenza tal-Eurovision, hi ħarġet sitt kanzunetti singoli u erba' albums. Perrelli rebħet il-Melodifestivalen 2008 u rrapreżenta lill-Isvezja għal darb'oħra fil-Festival tal-Eurovision 2008.
Perrelli hi miżżewwġa lil Taljan li twieled fi Stokkolma, Nicola Ingrosso, ħu Emilio Ingrosso li kien miżżewweġ lil kantanta oħra Svediża Pernilla Wahlgren fis-snin disgħin. Wara battibekk mal-kumplament tal-familja, Charlotte u Nicola iddeċidew li jbiddlu kunjomhom għal Perrelli. Huma joqgħodu fi Stokkolma u għandhom żewġt itfal.
Werrej |
[editja] Bijografija
[editja] 1987-1998
F'età ta' tlettax-il sena, Perrelli ingħadet ma' dansband lokali f'Hovmantrop fil-probinċja ta' Småland, fin-nofsinhar ta' l-Isvezja. Il-grupp, minn "Bengt Ingvars" sar "Bengt Ingvars med Charlotte". Wara li spiċċat l-iskola obbligatorja, Perrelli attendiet skola ta' l-Arti f'Växjö, belt qrib Hovmantorp. Hi saret ukoll il-kantanta prinċipali tal-grupp Kendix.
Fl-1994 Perrelli bdiet tkanta mad-dansband famuża Anders Engbergs. Wara żewġ albums, hi ħalliet lill-grupp u ngħadet fl-1997 ma' grupp ieħor li kien famuż għas-suċċessi kbar li kiseb; Wizex. Is-snin ma Wizex taw lil Perrelli l-opportunità biex tiżviluppa t-talent tagħha. Prodott professjonali ta r-riżultati tiegħu. Fl-1998, il-grupp kien nominat għal "Grammis" Svediżi (Grammy) għall-album "Mot nya mål" u l-album "Tusen och en natt". Perrelli kienet lesta biex tagħmel karriera ta' solista.
[editja] 1999-2000
Wara li kienet magħżula biex tirrapreżenta lill-Isvezja fil-Festival tal-Eurovision 1999, Perrelli marret Ġerusalem lejn tmiem Mejju biex tkanta l-kanzunetta "Take Me To Your Heaven". Hi rebħet dik l-edizzjoni u dan kien il-bidu tant mixtieq għall-karriera solista. Fix-xhur ta' wara hi żaret diversi pajjiżi fl-Ewropa u bdiet taħdem fuq l-ewwel album solo, li kien iġib l-isem ta' "Charlotte". Lejn tmiem dik is-sena, hi kienet ivvutata bħala l-aktar mara sexy mir-rivista Café.
[editja] 2001-2003
Fl-2001 hi ħarġet it-tieni album tagħha, li kien jinkludi l-kanzunetta tant famuża "You Got Me Going Crazy", miktuba minn Johan Åberg u Paul Rein, li huma famużi għax-xogħol li għamlu ma' Christina Aguilera and Victoria Beckham. Perrelli ospitat l-ewwel semi-finali tal-Melodifestivalen 2003 flimkien ma' Mark Levengood u Lena Philipsson. F'April ta' l-2003 hi għamlet Jesus Christ Superstar. F'Settembru hi ħarġet il-kanzunetta "Broken Heart", li wasslet għall-album "Gone Too Long" f'Ġunju 2004.
[editja] 2004-2007
Wara s-suċċess fil-Melodifestivalen 2003, Perrelli kienet għal darb'oħra preżentatriċi ta' l-edizzjoni tas-sena ta' wara tal-Melodifestivalen. Hi ppreżentat flimkien ma' Peter Settman u Ola Lindström. Wara l-festival, TV4 offrewla li jkollha programm televiżiv. Il-programm kien imsemmi "Super Troupers" u kien f'format ta' kompetizzjoni ta' talenti bejn it-tfal. Waħda mill-kontestanti kienet Amy Diamond, li illum hi kantanta ta' suċċess.
Lejn nofs l-2004 hi ħarġet l-aktar album b'suċċess, sa issa - "Gone Too Long" - li kien jinkludi kanzunetti minn ftit mill-aqwa produtturi Svediżi, fosthom Jörgen Elofsson. Hi kienet ingħaqdet ma' Robert Wells, Jill Johnson u oħrajn fir-Rhapsody In Rock-tour.
F'Mejju 2007, Perrelli kienet l-esperta Svediża fil-panil ta' diskussjoi Nordika fuq il-Eurovision. Hi kienet ukoll parti minn dan il-grupp ta' "ġurija" fis-sena 2005.
F'nofs l-2007 Perrelli daret l-Isvezja bis-suċċessun ta' "Diggiloo". Magħha ngħaqdu kantanti bħal Linda Bengtzing, Lasse Holm, Molly Sandén, Lotta Engberg u Jan Johansen. Matul il-ħarifa hi ħarġet il-kanzunetta "Jag är tillbaks".
[editja] Melodifestivalen 2008
Fil-15 ta' Marzu 2008, Perrelli kantant fil-Melodifestivalen 2008 il-kanzunetta "Hero" fi Stockholm Globe Arena. Hi reġgħet ingħatat id-dritt li tirrapreżenta lill-Isvezja fil-Festival tal-Eurovision f'Belgrad, fis-Serbja.
[editja] Eurovision 2008
Fl-14 ta' April, Charlotte iffilmjat il-vidjo mużikali ta' "Hero" fi Stokkolma, u bdiet ukoll il-vjaġġ ta' promozzjoni li kien suċċess. Din il-kanzunetta saret waħda mill-favorita li tirbaħ l-edizzjoni ta' l-2008 tal-Eurovision. Hi rnexxielha tikkwalfika mit-tieni semi-finali tat-22 ta' Mejju. Minkejja li "Hero" kienet waħda mill-favoriti biex jirbħu l-Eurovision ta' l-2008,[2], din il-kanzunetta spiċċat b'diżappunt fit-18-il post minn 25 kanzunetta fil-finali, b'total ta' 47 punt.
[editja] Diskografija
[editja] Albums
Sena | Album | L-aqwa pożizzjoni | Informazzjoni |
---|---|---|---|
SVE | |||
1999 | Charlotte
|
35 |
|
2001 | Miss Jealousy
|
32 |
|
2004 | Gone too long | 11 |
|
2006 | I din röst
|
29 |
|
2008 | Hero
|
3 |
|
[editja] Referenzi
- ↑ Eurovision 2008 biography (Ingliż)
- ↑ Michael Osborn. Sweden tipped to win Eurovision (Ingliż), BBC News, 2008-05-20 (26-05-2008).
[editja] Ħoloq Oħra
- Sit uffiċċjali
- Profil fuq MySpace
- Profil fuq YouTube
Predeċessur: | Rebbieħa tal-Festival tal-Eurovision | Suċċessur: |
---|---|---|
Dana International | 1999 | Olsen Brothers |