Web Analytics Made Easy - Statcounter

See also ebooksgratis.com: no banners, no cookies, totally FREE.

CLASSICISTRANIERI HOME PAGE - YOUTUBE CHANNEL
Privacy Policy Cookie Policy Terms and Conditions
Baħar Mediterran - Wikipedija

Baħar Mediterran

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.

Il-baċir tal-Baħar Mediterran
Il-baċir tal-Baħar Mediterran

Il-Baħar Mediterran huwa baħar li jifred l-Ewropa mill-Afrika ta' Fuq, bl-Asja fil-Lvant; it-tul tiegħu hu ta' madwar 3.800 km (2.400 mil), filwaqt li għandu area ta' 2.5 miljun km² (965.000 mi²). Dan il-baħar hu magħqud mal-Oċean Atlantiku (permezz tal-Istretti ta' Ġibiltà), mal-Baħar l-Aħmar (permezz tal-Kanal ta' Swejż) u mal-Baħar l-Iswed (permezz tad-Dardanelli). Il-Mediterran ġeneralment jinqasam f'diversi ibħra li huma l-Baħar Adrijatiku, l-Baħar Eġew, l-Baħar Jonju, u l-Baħar Tirren. Għandu xatt ta' madwar 46.000 km/28,580 mi, li jagħddi minn 22 nazzjon.

Werrej

[editja] Kontribut Storiku

Magħruf bħala l-benniena taċ-ċiviltà, il-Mediterran "infetaħ" għal kummerċ mill-ewwel merkanti u baħħara,il-Feniċi. Matul l-era klassika, Kartaġni, il-Greċja, l-Etruski, u Ruma lkoll pruvaw jieħdu l-kontroll ta' dan il-baħar sakemm r-Rumani rnexxielhom ibiddluh fil-Mare Nostrum. Iktar tard kien iddominat mil-Biżantini u mill-Għarab, u matul is-sekli tal-Medjuevu, hafna bliet-repubbliki u kummerċjanti Taljani minn bliet bħal Venezja u Ġenova, kellhom il-kontroll tal-passaġġi kummerċjali tal-Mediterran.

Wara l-Medjuevu il-Mediterran donnu raqad, peress li l-baħħara kellhom ħarsthom lejn l-ibħra u l-oċeani l-ġodda; din ir-raqda damet sal-Gwerer Rivoluzzjonarji u Gwerer Napoleoniċi, meta l-Ingilterra ntebħet li l-Mediterran kien importanti ħafna għar-rotta lejn l-Indja. Il-Mediterran kompla żviluppa iktar mal-ftuħ tal-Kanal ta' Swejż fl-1869, meta ħafna mil-kummerċ mondjali lejn is-swieq Ewropej, kif ukoll il-qmuħ mir-Russja, kienu jagħddu minn ġo fih.

Kontroll tal-gżejjer, xtut, u rotot kummerċjali kien vitali matul il-Gwerer Dinjija, u għalhekk kienu ħafna l-ideat u pjanijiet ta' attakk u difiża f'dawn l-inħawi, forsi l-iktar prominenti fosthom huma il-Gwerra tal-Krimea, l-attakk fuq id-Dardanelli, it-tieni assedju ta' Malta u l-Battalji ta' l-Afrika ta' Fuq.

[editja] Gżejjer prinċipali

Il-gżejjer prinċipali huma:

  • Ċipru, Kreta, u Rodi fil-Lvant
  • Sardenja, Sqallija, Korsika, u Malta fil-parti ċentrali
  • Majorka u Minorka fil-Punent

[editja] Pajjiżi li jiffurmaw ix-xatt tal-Mediterran

Il-pajjiżi huma:

[editja] Ibħra interni

Il-Baħar Mediterran huwa magħmul minn dawn l-ibħra interni:

  • il-Baħar Adrijatiku
  • il-Baħar Jonju
  • il-Baħar Ligure
  • il-Baħar Tirren
  • il-Baħar Eġew
  • il-Baħar l-Iswed
    • il-Baħar t'Azov
  • il-Golf ta' Sirte
  • il-Baħar ta' Marmara


aa - ab - af - ak - als - am - an - ang - ar - arc - as - ast - av - ay - az - ba - bar - bat_smg - bcl - be - be_x_old - bg - bh - bi - bm - bn - bo - bpy - br - bs - bug - bxr - ca - cbk_zam - cdo - ce - ceb - ch - cho - chr - chy - co - cr - crh - cs - csb - cu - cv - cy - da - de - diq - dsb - dv - dz - ee - el - eml - en - eo - es - et - eu - ext - fa - ff - fi - fiu_vro - fj - fo - fr - frp - fur - fy - ga - gan - gd - gl - glk - gn - got - gu - gv - ha - hak - haw - he - hi - hif - ho - hr - hsb - ht - hu - hy - hz - ia - id - ie - ig - ii - ik - ilo - io - is - it - iu - ja - jbo - jv - ka - kaa - kab - kg - ki - kj - kk - kl - km - kn - ko - kr - ks - ksh - ku - kv - kw - ky - la - lad - lb - lbe - lg - li - lij - lmo - ln - lo - lt - lv - map_bms - mdf - mg - mh - mi - mk - ml - mn - mo - mr - mt - mus - my - myv - mzn - na - nah - nap - nds - nds_nl - ne - new - ng - nl - nn - no - nov - nrm - nv - ny - oc - om - or - os - pa - pag - pam - pap - pdc - pi - pih - pl - pms - ps - pt - qu - quality - rm - rmy - rn - ro - roa_rup - roa_tara - ru - rw - sa - sah - sc - scn - sco - sd - se - sg - sh - si - simple - sk - sl - sm - sn - so - sr - srn - ss - st - stq - su - sv - sw - szl - ta - te - tet - tg - th - ti - tk - tl - tlh - tn - to - tpi - tr - ts - tt - tum - tw - ty - udm - ug - uk - ur - uz - ve - vec - vi - vls - vo - wa - war - wo - wuu - xal - xh - yi - yo - za - zea - zh - zh_classical - zh_min_nan - zh_yue - zu -