Valletta
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Il-Belt Valletta | |
Motto: Città umilissima | |
Isem uffiċjali: | Il-Belt Valletta |
---|---|
Latitudni: | 35°54' N |
Lonġitudni: | 14°31' E |
Area: | 0.55 km2 |
Popolazzjoni: - Total - Densità: |
7.650 1461 pers./km2 |
Konfini: | il-Floriana |
Isem ta' l-abitanti: | Beltin |
Patrun: - Qaddis - Ġurnata: |
San Pawl 10 ta' Frar |
Sit Elettroniku: | www.cityofvalletta.org |
Valletta hija l-belt kapitali ta' Malta u hi magħrufa mal-Maltin bħala "Il-Belt".
Werrej |
[editja] Isem
L- isem uffiċjali hu 'Humilissima Civitas Valletta' - belt li għandha tkun umli, li ngħata mill-Ordni ta' San Ġwann. Però, minħabba s-swar, il-fortifikazzjonijiet, is-sbuħija tal-bini Barokk, kienet magħrufha wkoll bħala is-'Superbissima', fost is-slaten ta' l-Ewropa.
[editja] Gvern
Dr. Paul Borg Olivier huwa is-Sindku tal-Belt Valletta li ilu jmexxi l-Kunsill Lokali tal-Belt sa mill-1999. Dr. Borg Olivier kienet elett mill-Partit Nazzjonalista(PN), li hi affiljata mal-European People's Party, li għandha l-maġġoranza fil-Kunsill.
[editja] Storja
L-ewwel ġebla tal-belt Valletta tpoġġiet fit-28 ta' Marzu, 1566 mill-Gran Mastru tal-Kavallieri ta' l-Ordni ta' San Ġwann, Jean Parisot de La Valette.
L-arkitett li ddiżinja l-pjanta tal-belt kien Francesco Laparelli li ġie mibgħut minn Papa Piju V. Meta Laparelli ħalla l-belt, xogħolu komplieh l-assistent tiegħu, Gerolamo Cassar li pproġetta wkoll il-kon-katidral ta' San Ġwann u parti mill-fortifikazzjonijiet. Valletta kienet ukoll l-ewwel belt fl-Ewropa li kienet mibnija fuq pjanta u għandha t-toroq f'forma ta' gradilja.
La Valette miet fl-1568 u minfloku laħaq Pietro del Monte li kompla fuq ix-xogħol tal-predeċessur tiegħu. Il-belt tlesiet fl-1571 u ġiet imsemmija Valletta għall-unur il-fundatur tagħha. Qabel il-Belt Valletta, il-belt kapitali tal-pajjiż kienet l-iMdina.
Matul it-Tieni gwerra dinjija, il-Belt Valletta sofriet ħafna kawża tal-bombi u ħafna bini importanti, fosthom it-Teatru Rjal, imġarraf min-Nażisti fl-1942.
Illum il-ġurnata Valletta tilqa' fi ħdanha għadd ta' dipartimenti u ministeri governattivi, kif ukoll eluf ta' ħaddiema minħabba l-konċentrazzjoni ta' uffiċini u ħwienet li hemm. F'Valletta tinsab ukoll il-Berġa ta' Kastilja minn fejn jopera l-Prim Ministru) kif ukoll il-Palazz tal-Granmastru, fejn jiltaqa' l-Parlament.
Valletta ġiet dikjarata Patrimonju ta' l-umanità mill-UNESCO.
[editja] Ġeografija
Valletta nbniet fuq l-Għolja Xebb ir-Ras li hi penisula mdawwra minn żewġ portijiet importanti: il-Port il-Kbir u l-Port ta' Marsamxett. Il-belt għandha l-konfini tagħha ma' Floriana.
[editja] Lista ta' Toroq tal-Belt Valletta
- Triq l-Ajkla
- Triq l-Arċisqof
- Misraħ l-Assedju l-Kbir
- Sqaq il-Barrakka t'Isfel
- Moll il-Barrieri
- Triq il-Batterija
- Bieb il-Belt
- Triq il-Bjar
- Triq id-Dejqa (magħrufa ukoll bħala Strada Stretta)
- Triq Feliċ
- Triq il-Fran
- Triq Francesco Laparelli
- Triq il-Ġdida
- Daħlet Ġnien is-Sultan
- Triq il-Gendus
- Triq l-Għajn
- Triq l-Għajnuna
- Triq il-Ħelsien
- Triq l-Imtieħen
- Misraħ l-Indipendenza
- Sqaq l-Inġiniera
- Triq l-Inġiniera
- Triq l-Isptar
- Sqaq l-Isqof
- Triq l-Ixprun
- Triq tal-Karmnu
- Sqaq il-Karretun
- Misraħ Kastilja
- Triq il-Kavallier
- Triq il-Lanċa
- Xatt Lascaris
- Telgħat ta' Liesse
- Triq il-Lvant
- Triq Marsamxett
- Xatt ta' Marsamxett
- Misraħ Mattia Preti
- Triq il-Mediterran
- Triq Melita
- Triq il-Merkanti
- Triq Mikiel Anton Vassalli
- Taraġ Nix Manġari
- Triq Nofs in-Nhar
- Triq l-Ordinanza
- Misraħ il-Palazz
- Triq il-Papa Piju V
- Triq Il-Punent
- Misraħ ir-Repubblika (magħruf ukoll bħala Pjazza Reġina)
- Triq ir-Repubblika
- Triq San Bastjan
- Triq San Bjaġju
- Triq San Duminku
- Triq San Federiku
- Triq San Ġorġ
- Triq San Ġużepp
- Misraħ San Ġwann
- Triq San Ġwann
- Triq San Karlu
- Triq San Kristofru
- Triq San Mark
- Triq San Mikiel
- Triq San Nikola
- Triq San Patrizju
- Triq San Pawl
- Triq San Żakkarija
- Triq Sant' Anna
- Triq Sant' Andrija
- Triq Sant' Anton
- Misraħ Sant' Iermu
- Triq Sant' Orsla
- Triq Santa Barbara
- Triq Santa Luċija
- Triq it-Taraġ
- Sqaq it-Teatru l-Antik
- Triq it-Teżorerija
- Sqaq Toni Bajada
- Sqaq it-Torri
- Triq it-Tramuntana
- Triq it-Turġien
- Bieb il-Vitorja
- Triq il-Vitorja
- Triq iż-Żekka
[editja] Ara wkoll
- Bieb il-Belt
- Funtana tat-Tritoni (Malta)
[editja] Ħoloq Oħra
editja | Kunsilli lokali ta' Malta | |
---|---|---|
Malta | ||
Ħ'Attard | Ħal-Balzan | Il-Birgu (Vittoriosa) | Birkirkara | Birżebbuġa | Bormla (Cospicua) | Ħad-Dingli | Il-Fgura | Il-Floriana | Il-Gudja | Il-Gżira | Ħal-Għargħur | Ħal-Għaxaq | Il-Ħamrun | L-Iklin | L-Isla (Senglea) | Il-Kalkara | Ħal-Kirkop | Ħal-Lija | Ħal-Luqa | Il-Marsa | Marsaxlokk | L-Imdina | Il-Mellieħa | L-Imġarr | Ill-Mosta | L-Imqabba | L-Imsida | L-Imtarfa | In-Naxxar | Paola (Raħal Ġdid) | Pembroke | Tal-Pietà | Ħal-Qormi | Il-Qrendi | Ir-Rabat | Ħal-Safi | San Ġiljan | Santa Luċija | San Pawl il-Baħar | San Ġwann | Santa Venera | Is-Siġġiewi | Tas-Sliema | Is-Swieqi | Ta' Xbiex | Ħal-Tarxien | Il-Belt Valletta | Wied il-Għajn (Marsaskala) | Ix-Xgħajra | Ħaż-Żabbar | Ħaż-Żebbuġ | Iż-Żejtun | Iż-Żurrieq | ||
Għawdex | ||
Il-Fontana | Għajnsielem | L-Għarb | L-Għasri | Ta' Kerċem | Il-Munxar | In-Nadur | Il-Qala | Ir-Rabat (Victoria) | San Lawrenz | Ta' Sannat | Ix-Xagħra | Ix-Xewkija | Iż-Żebbuġ |