Web Analytics Made Easy - Statcounter

See also ebooksgratis.com: no banners, no cookies, totally FREE.

CLASSICISTRANIERI HOME PAGE - YOUTUBE CHANNEL
Privacy Policy Cookie Policy Terms and Conditions
Mikiel Anton Vassalli - Wikipedija

Mikiel Anton Vassalli

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.

Il-Monument ta' Mikiel Anton vassalli li jinstab Ħaż-Żebbuġ
Il-Monument ta' Mikiel Anton vassalli li jinstab Ħaż-Żebbuġ
  • Il-parti l-kbira ta' din l-informazzjoni għal dan l-artiklu ġiet meħuda mis-sit ta' Ħaż-Żebbuġ

Mikiel Anton Vassalli twieled Ħaż-Żebbuġ fil-ħamsa ta' Marzu 1764. Ingħata l-isem ta' Mikiel għal missier missieru u Anton għal missier ommu. Vassalli huwa l-aktar magħruf bħala Missier l-ilsien Malti minħabba l-kontribuzzjoni kbira għall-promozzjoni tal-lingwa nazzjonali ta' Malta. Fuq tfulitu nafu li meta kien għad kellu sentejn, missieru miet fl-għomor ta' 32 sena, u li erba' snin wara, ommu reġgħat iżżewġet lil Gejtan Mifsud, bin Ġużeppi, gabilott min Ħaż-Żebbuġ ukoll. Fit-tmienja ta' Mejju 1774 Mikiel Anton għamel il-Griżma tal-Isqof waqt żjara pastorali ta' l-Isqof Pellerano. Parrinuh kien il-Markiż Mikiel Apap.

Vassalli kien mgħallem f'diversi lingwi fosthom it-Taljan, il-Grieg, il-Latin u l-Għarbi. Nafu wkoll li kien professur ta' din l-aħħar lingwa, u fl-1785 ġie mogħti premju mill-iskola ta’ l-Għarbi. Huwa studja ukoll Ruma, fl-Universita' ta' La Sapienza, dan għaliex barra milli jitgħallem huwa ried ukoll jgħallem l-ilsien Siro-Kaldajk sabiex ikun jista' jlaħħaq man-nefqiet li kellu. Kemm dam Ruma kien jgħix fil-kuleġġ tan-Neofiti qrib San Pantaleo Mantes. Fl-1790 Vassalli, issa magħruf bħala għalliem tas-Sirjakk, joħroġ l- Alfabet Malti Mfysser byl Malti u bit-Taljan, Alfabeto Maltese spiegato in lingua maltese e italiana, fuq ktejjeb ta' 24 faċċata li kien mitbugħ fl-istamperija ta' Antonio Fulgoni.


Vassalli kiteb ukoll l-ewwel dizzjunarju Malti, dan kien magħruf bħala "Lexicon", kien ippublikat fl-1796. Dan id-dizzjunarju kien fih madwar 18,000 kelma; kull kelma kienet spjegata bil-Latin imbagħad bit-Taljan. Dan l-aħħar il-Lexicon reġa ġie ippublikat minn Frans Sammut u mitbugħ fil-Marsa Press. Fl-1994 ħareġ ir-rumanz Il-Ħolma Maltija, dwar il-ħajja ta' Vassalli, rumanz li t-Times of Malta qalet li m'hawnx kitba oħra tal-livell tiegħu bil-Malti.

Vassalli ssuġġerixxa lill-Ordni ta' San Ġwann, li biex Malta jkollha livell ta' ħajja għoli, l-ordni kellu jistma' lill-Maltin u lill-viżitaturi ta' dawn il-gżejjer b'mod ugwali. Dan is-suġġeriment kellu risposta kiefra ħafna, u l-Ordni beda jara lil Vassalli bħala rivoluzzjonarju u persuna li kienet ta' periklu għall-istabiltà tal-pajjiż. Għalhekk, Vassalli ġie ċċensurat mill-Ordni.

Minħabba f'hekk, Vassalli ssieħeb mal-grupp li kien favur il-wasla tal-Franċiżi, u ħa sehem fir-rivoluzzjoni kontra l-Ordni ta' San Ġwann li saret fil-11 ta' Mejju, 1797. Dan il-pjan falla u għalhekk kellu jidher quddiem it-tribunal għal għemilu. Fit-12 ta' Ġunju kull min ħa sehem fir-rivoluzjoni kien misjub ħati, f'dan l-episodju Vassalli weħel il-ħabs. Min hemm, huwa ħarab fl-1798, fejn hu maħsub li mar Salerno u mbagħad għex għal xi żmien fi Franza.

Il-Franċiżi waslu Malta fit-12 ta' Gunju, 1798, u għalhekk Vassalli rritorna Malta. Ġie mlaħħaq uffiċjal tal-Gwardja Nazzjonali, pożizzjoni li żamm sal-wasla ta' l-Ingliżi. Fit-28 ta' Settembru, 1799 kellu joħroġ mill-Belt Valletta imblokkata għax kien marid, ġie arrestat u b'amar ta' Alexander Ball, kmandant tal-qawwiet Brittaniċi f'Malta intbagħat il-ħabs fl-Imdina flimkien ma' mitejn suldat Malti ieħor.

Fis-16 ta' Settembru ġie mogħti l-eżilju. Erba' xhur wara, huwa ttieħed Tuneż u mbagħad baqa' sejjer Franza fejn qatta' l-kumplament ta’ l-eżilju. Hawn Napuljun Bonaparti laħħqu l-fundatur tal-qoton fi Franza u fi Franza stess kellu tlett itfal subien mingħand Katerina Formosa de Fremaux. Din ta' l-aħħar kienet fost dawk il-Maltin li tkeċċew mal-waqgħa tal-Franċiżi u marru Marsilja.

Il-Gran Mastru De Rohan li lilu Vassalli talab il-permess biex jiftaħ skola għat-tagħlim tal-Malti
Il-Gran Mastru De Rohan li lilu Vassalli talab il-permess biex jiftaħ skola għat-tagħlim tal-Malti

Vassalli ġie lura Malta fid-19 ta' Ġunju, 1820 u ħames snin wara ġie appuntat professur tal-Malti bl-għajnuna ta' John Hookman, li wkoll għenu sabiex jippublikka xi xogħlijiet minn tiegħu u jaqleb l-Erba' evanġelji għall-Malti (li kienu ppublikati wara mewtu). Fl-1827, ippublika t-tieni edizzjoni ta' Il-Grammatika Maltija, u ktieb fuq l-idjomi Maltin b'iktar minn 863 entrata.

Fl-1828 Vassalli marad serjament u miet fl-għodwa tat-12 ta' Jannar, 1829

Illum il-ġurnata, Mikiel Anton Vassalli jitqies bħala ħassieb u riformatur, kif ukoll bħala ribell u studjuż li lemaħ fil-bogħod u sa minn kmieni l-qawmien għaqli tan-nazzjonalita’ Maltija.

Il-figura ta' Vassalli saret l-oġġett ta’ attenzjoni mhux biss akkademika iżda wkoll letterarja u politika. Numru ta’ storiċi fittxew t-tagħrif dwaru bħala bniedem, oħrajn l-aspetti ta' ħidmitu fil-politika u l-kultura u oħrajn xeħtu dawl fuq il-qofol ta’ ħsiebu fejn tixref il-viżjoni ta’ nazzjon modern u ħieles.



[editja] Ħoloq Oħra

http://www.haz-zebbug.com/mikielantonvassalli.htm

http://filippu.tripod.com/kitbiet_specjali.html

http://www.akkademjatalmalti.com/

Lingwi oħrajn


aa - ab - af - ak - als - am - an - ang - ar - arc - as - ast - av - ay - az - ba - bar - bat_smg - bcl - be - be_x_old - bg - bh - bi - bm - bn - bo - bpy - br - bs - bug - bxr - ca - cbk_zam - cdo - ce - ceb - ch - cho - chr - chy - co - cr - crh - cs - csb - cu - cv - cy - da - de - diq - dsb - dv - dz - ee - el - eml - en - eo - es - et - eu - ext - fa - ff - fi - fiu_vro - fj - fo - fr - frp - fur - fy - ga - gan - gd - gl - glk - gn - got - gu - gv - ha - hak - haw - he - hi - hif - ho - hr - hsb - ht - hu - hy - hz - ia - id - ie - ig - ii - ik - ilo - io - is - it - iu - ja - jbo - jv - ka - kaa - kab - kg - ki - kj - kk - kl - km - kn - ko - kr - ks - ksh - ku - kv - kw - ky - la - lad - lb - lbe - lg - li - lij - lmo - ln - lo - lt - lv - map_bms - mdf - mg - mh - mi - mk - ml - mn - mo - mr - mt - mus - my - myv - mzn - na - nah - nap - nds - nds_nl - ne - new - ng - nl - nn - no - nov - nrm - nv - ny - oc - om - or - os - pa - pag - pam - pap - pdc - pi - pih - pl - pms - ps - pt - qu - quality - rm - rmy - rn - ro - roa_rup - roa_tara - ru - rw - sa - sah - sc - scn - sco - sd - se - sg - sh - si - simple - sk - sl - sm - sn - so - sr - srn - ss - st - stq - su - sv - sw - szl - ta - te - tet - tg - th - ti - tk - tl - tlh - tn - to - tpi - tr - ts - tt - tum - tw - ty - udm - ug - uk - ur - uz - ve - vec - vi - vls - vo - wa - war - wo - wuu - xal - xh - yi - yo - za - zea - zh - zh_classical - zh_min_nan - zh_yue - zu -