Kristofru Kolombu
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Kristofru Kolombu (c. 1451 – 20 ta` Mejju, 1506) kien esploratur Taljan li qassam l-Oċejan Atlantiku u skopra l-Americas fit-12 t`Ottubru, 1492.
Kristofru Kolombu kien żagħżugħ qalbieni li dejjem ħabb l-avventura. Hu xtaq li jsib triq ġdida lejn il-Lvant billi jbaħħar fl-Oċejan Atlantiku li dwaru ftit li xejn kien magħruf. It-twettiq ta' din il-ħolma kellha tbiddel il-mappa tad-dinja.Aktarx li twieled f'Ġenwa fl-1451 u beda jbaħħar meta kien għadu tfajjel. Kien iħobb jaqra ħafna l-aktar dwar il-vjaġġi. Il-vjaġġi ta' Marku Polo qanqlu lil Kolumbu biex imur ifittex hu wkoll.
[editja] L-ewwel vjaġġ
Meta s-Sultan tal-Portugal ma laqax it-talba tiegħu għall-għajnuna biex jaqsam l-Atlantiku,telaq lejn Spanja. Għorrief Spanjoli bdew jisimgħuh iżda ftit tawh widen. Fl-1492,wara seba`snin ta' taħbit,Kristofru Kolombu ngħata permess biex ibaħħar taħt il-bandiera Spanjola. Fil-bidu t`Awwisu ta'L-istess sena,tliet karavelli thejjew għall-vjaġġ. Iċ-ċorma kienet imħallta. Kien hemm nies ta' qattagħni,ħabsin,u oħrajn li ħsiebhom kien li jistagħnew fi żmien qasir.Maż-żernieq tal-Ġimgħa,3 ta` Awwisu,il-mirkeb Santa Marija (bastiment) baħħar mill-port ta'Palos,li jinsab fi Spanja,flimkien man-"Niña" u l-"Pinta". Telqulha lejn il-Gżejjer Kanarji u l-ewwel vjaġġ beda fis- 6 ta' Settembru.
Is-Santa María kienet tiżen biss madwar mitt tunnellata u kellha ċorma ta' erbgħin baħħar biss. Iżda il-fidi qawwija ta' bniedem bħal Kolombu ma naqset qatt. Il-qlubija tiegħu ħeġġet lin-nies għal sforzi kbar.
Wara bosta jiem ta' tħabbir, bdew jidhru xi friegħi u ħaxix tal-baħar frisk jgħumu f`wiċċ l-ilma, u xi għasafar tal-passa għaddew mil-qrib ukoll.Kienu sinjali ċari li xi art kienet fil-qrib. Fit-12 ta' Ottubru,sebgħin jum wara li kienu telqu minn Spanja, imstemgħet għajta minn baħri "l-art... l-art".Kienu lemħu art ġdida. Wara tħasseb ftit.Hu ħaseb li kien wasal l-Asja. Kien ġara li Kolombu wasal l-Amerika u mhux fl-Asja.