Ekoloġija
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
L-ekoloġija hija l-istudju xjentifiku tad-distribuzzjoni u l-abbundanza tal-ħlejjaq u kif id-distribuzzjoni u l-abbundanza tagħhom huma affettwati bl-interazzjonijiet bejn dawn il-ħlejjaq u l-ambjent tagħhom [1].
L-ambjent ta' ħlejqa jinkludi kemm propjetajiet fiżiċi (li jistgħu jiġu deskritti bħala t-total ta' fatturi lokali bħal ngħidu aħna, id-dawl tax-xemx, il-klima u l-ġeoloġija), kif ukoll il-ħlejjaq li jaqsmu flimkien l-abitat. It-terminu oekologie ġie vvintat fl-1866 mill-bioloġista Ġermaniż Ernst Haeckel. Din il-kelma tnisslet mill-Grieg οικος (oikos, "dar") u λόγος (logos, "studju"); għaldaqstant "ekoloġija" tfisser "l-istudju tad-dar [tan-natura]".
Il-kelma "ekoloġija" tintuża' ta' spiss bħala sinonimu ta' l-ambjent naturali jew ta' l-ambjentaliżmu. Ħafna drabi wkoll, il-kelma "ekoloġiku" tittieħed bħala kelma li tfisser favur l-ambjent.
Dan l-artiklu huwa abbozz. Jekk tista', tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skond il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija.
Għal lista kompluta ta' abbozzi, ara l-kategorija relatata. |