Ronaldo
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Informazzjoni personali | ||
---|---|---|
Isem sħiħ | Ronaldo Luís Nazário de Lima | |
Nazzjonalità | Brażil | |
Data tat-twelid | 22 ta' Settembru, 1976 | |
Post tat-twelid | Rio de Janeiro | |
Tul | 183 ċm | |
Rwol | Midfielder, Attakkant | |
Informazzjoni fuq il-klabb | ||
Klabb kurrenti | AC Milan | |
Numru | 99 | |
Klabbs Ġovanili | ||
1990–1991 1991–1993 |
Social Ramos Clube São Cristóvão |
|
Klabbs Professjonali* | ||
Staġun | Klabb | App (Gwl) |
1993–1994 1994–1994 1996–1997 1997–2002 2002–2007 2007– |
Cruzeiro PSV Eindhoven FC Barcelona Inter Milan Real Madrid Milan |
13 (12) 46 (42) 37 (34) 69 (49) 127 (83) 16 (9) |
Tim Nazzjonali** | ||
1994–2006 | Brażil | 97 (62)[1] |
* Apparenzi u gowls minn kull klabb |
Ronaldo Luis Nazário de Lima (twieled it-22 ta' Settembru 1976), huwa plejer tal-futbol Brażiljan li jilgħab bħala attakkant għall-Brażil u għat-tim Taljan tas-Serie A AC Milan. Kien imlaqqam bħala "Il-Fenomenu" (bil-Portugiż: O Fenômeno, bl-Ispanjol: El Fenómeno). Pelé semmieh fil-lista ta' l-aqwa 125 futbolers ħajjin f'Marzu ta' l-2004.
Ronaldo kellu suċċess fl-livell internazzjonali, fejn rebaħ it-Tazza tad-Dinja 1994 u 2002 mal-Brażil. Ronaldo rebaħ il-premju tal-Plejer tas-Sena tal-FIFA għal tliet darbiet (1996, 1997, 2002). Hu u l-Franċiż Zinedine Zidane huma l-uniċi li rebħu dan l-unur personali għal tliet darbiet.
Werrej |
[editja] Ħajja Personali
Ronaldo twieled f'Bento Ribeiro, post viċin ta' Rio de Janeiro, fil-Brażil. Bħal ħafna minn ħbiebu, huwa beda jilgħab il-futbol fit-toroq. Id-data attwali tat-twelid ta' Ronaldo hi t-18 ta' Settembru 1976, però missieru ma rreġistrax ismu sat-22 ta' Settembru 1976, u b'hekk ċerta konfużjoni nqalgħet minħabba d-data tat-twelid.
F'April 1990, Ronaldo żżewweġ lil Milene Domingues. Iż-żwieġ dam erba' snin u spiċċa b'divorzju. Il-koppja kellhom tifel, Ronald li twieled fis-sena 2000. Fl-2005, Ronaldo tgħarras mal-mudella Brażiljana Daniela Cicarelli, li saret tqila imma tilfet it-tarbija; ir-relazzjoni tagħhom spiċċat tliet xhur wara l-għerusija. Huwa spiċċa mir-relazzjoni mal-mudella Brażiljana Raica Oliveira f'Diċembru 2006. Il-kittieb Andrew Downie stqarr li l-aqwa perjodi fejn kien jiskorja l-iktar kien meta kien miżżewweġ.
Fl-2005, Ronaldo sar ko-propjetaru ta' l-A1 Team Brazil, flimkien mal-leġġenda ta' l-isports tal-muturi Brażiljana Emerson Fittipaldi. It-tim jieħu sehem fl-A1 Grand Prix, b'Nelson Piquet, Jr., Tony Kanaan u João Paulo Oliveira bħala sewwieqa għad-debutt ta' l-ewwel staġun.
[editja] Karriera
L-abilitajiet tal-futbol ta' Ronaldo ġew rikonoxxuti fl-età ta' 14-il sena. Hu ġie rakkomandat, mir-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja Jairzinho, għat-tim taż-żgħar tal-Brażil kif ukoll l-istess persuna rranġalu mal-klabb ta' Cruzeiro Esporte Clube biex jieħduh b'kuntratt professjonali. Ronaldo skorja tnax-il gowl fi tlettax-il partita fil-kampjonat Brażiljan, u fil-Kampjonat ta' l-istat ta' Minas Gerais huwa skorja t-tliet gowls fir-rebħa ta' 3-1 li għamlu Cruziero kontra r-rivali ta' dejjem Atlético Mineiro.
Wara li kien taħt l-għajnejn ta' Piet de Visser, hu kien trasferit għal $6 miljun fil-klabb ta' PSV Eindhoven, fejn skorja 42 gowl f'46 logħba tal-kampjonat u laħaq kwota ta' 55 gowl f'57 preżenza uffiċċjali. Wara hu ngħaqad mat-tim Spanjol ta' Barcelona. Huwa lagħab ma' Barcelona fl-istaġun 1996-97, fejn skorja 47 gowl f'49 logħba (apparenzi wkoll fil-Copa del Rey u anki fil-Tazza tat-Tazez Ewropej, fejn iggwida lit-tim għal prestiġju Ewropew fejn wassalhom sal-finali tat-Tazza tat-Tazez Ewropej fejn spiċċa biex skorja l-gowl rebbieħ.
Inter Milan ħadu s-servizz tiegħu fejn irrepeta s-suċċess tas-sena ta' qabel fejn din id-darba rebaħ flimkien mal-klabb it-Tazza UEFA. Sa l-2006, Ronaldo hu l-aktar plejer li skorja aktar minn 30 gowl fi staġun wieħed f'La Liga Spanjola.
Sena wara t-Tazza tad-Dinja 1998, hu kien konsekutivament iweġġa' rkobbtu l-leminija u kien barra mil-logħob għal xi xhur. Matul ir-ritorn tiegħu fis-sena 2000, huwa lagħab sebgħa minuti tal-partita tal-kampjonat kontra Lazio qabel ma' weġġa' rkobbtu għat-tieni darba.
Wara żewġ operazzjonijiet u għoxrin xahar ta' riabilitazzjoni, Ronaldo rritorna għat-Tazza tad-Dinja 2002 fejn għen lit-tim nazzjonali tal-Brażil biex jikseb il-ħames titlu mondjali. Lejn tmiem l-2002 hu kien ingħata l-unur tal-Plejer tas-Sena tal-FIFA għat-tielet darba, u ttrasferixxa minn Inter għal Real Madrid għal madwar €39 miljun, wara diskussjonijiet mal-kowċ ta' Inter Héctor Cúper. It-trasferiment tiegħu għal Madrid kien suġġett ta' ħafna polemiki, mhux biss minħabba r-reputazzjoni tiegħu iżda wkoll għax kien it-tielet plejer famuż li ngħaqad mat-tim Spanjol bħala parti mill-politika tagħhom li jiksbu l-aqwa plejers fid-dinja biex jibqgħu fuq livell ta' suċċess.
Ronaldo kellu suċċess dak il-jum li ttrasferixxa mat-tim Madrilen, hekk kif il-bejgħ tal-flokk tiegħu kisru r-rekords kollha tad-dinja. Bħala prova tal-popolarità tiegħu kienet il-fatt li meta kien barra minħabba uġiegħ f'Ottubru ta' l-2002, il-benjamini tiegħu baqgħu jkantaw ismu fil-grawnds. Ronaldo skorja darbtejn fid-debutt tiegħu ma' Real Madrid. L-aħħar logħba ta' l-istaġun hu kien laħaq kwota ta' 23 gowl fil-kampjonat (mhux inklużi l-gowls fil-UEFA Champions League fejn kien skorja tripletta kontra Manchester United - fejn Real Madrid alavolja tilfu 4-3 xorta għaddew għar-rawnd ta' wara bi skor ta' 6-5). Hu spiċċa rebbieħ flimkien mat-tim tal-Liga Spanjola fl-2003, dak it-titlu li qatt ma kiseb meta kien għadu ma' Barcelona.
[editja] AC Milan
Fit-18 ta' Jannar 2007 ġie rappurtat li Ronaldo kien laħaq arranġament ma' AC Milan għat-trasferiment tiegħu ta' madwar $7.8 miljun. Ronaldo spiċċa sfurzat biex iħallas il-perjodu li kien għad baqalu fil-kuntratt li kien qed iżommu ma' Real Madrid, minħabba li dan ta' l-aħħar ma ridux iħalluh jitlaq, waqt li Milan ma aċċettawx li jħallsu dik is-somma. Fil-25 ta' Jannar Ronaldo telaq minn Madrid għal Milan biex jara lit-tim ta' Milan waqt partita kontra AS Roma. Fuq is-sit elettroniku tal-klabb xi stqarrijiet saru li Ronaldo kien għamel xi testijiet mediċi u li kienet se ssir laqgħa mad-diriġenti ta' Real Madrid biex jiffinalizzaw it-trasferiment għal Milan. Fis-26 ta' Jannar, Ronaldo mexa għat-tim ta' Milan fejn għamel testijiet mediċi ġewwa Milanello u sat-30 ta' Jannar it-trasferiment kien komplut u ngħata n-numru 99. Għamel id-debutt tiegħu bħala sostitut nhar il-11 ta' Frar 2007, fir-rebħa ta' Milan kontra Livorno 2-1. Fil-partita ta' wara kontra AC Siena, Ronaldo skorja darbtejn u assista t-tielet gowl fl-ewwel bidu tiegħu ma' l-ewwel ħdax f'partita li spiċċat 4-3.
Wara l-mixja tiegħu għal AC Milan, Ronaldo ngħaqad mal-lista tal-plejers li lagħbu kemm ma' Inter Milan u AC Milan fid-derby ta' Milan u hu l-uniku plejer li skorja għaż-żewġ naħat fid-derby (għall-Inter fl-istaġun 98/99 u għall-Milan fl-istaġun 06/07).
Għalkemm is-suċċess kbir fis-snin li għaddew, Ronaldo għadu ma rebaħx il-UEFA Champions League matul il-karriera tiegħu li tinsab lejn tmiemha. Matul l-istaġun 2006/07, minkejja li Milan rebħu t-titlu ta' dik is-sena, Ronaldo kien taħt l-isem ta' Real Madrid u għalhekk ma kienx eliġibbli li jieħu sehem. L-aktar qrib għal Ronaldo li jirbaħ dan il-kampjonat Ewropew kien fl-2003 fejn ma' Real Madrid waslu sas-semi-finali imma spiċċaw eliminati minn Juventus.
Fit-13 ta' Frar 2008, Ronaldo sofra minn uġiegħ f'irkubbtejh waqt il-partita li Milan spiċċaw pari ta' 1-1 kontra AS Livorno Calcio, u b'hekk kien meħud l-isptar. Milan ikkonfermaw li Ronaldo weġġa' l-ligament ta' l-irkoppa. Din kienet it-tielet darba li Ronaldo sofra dan l-uġigħ, bid-darbtejn l-oħra jkunu fl-1998 u fis-sena 2000.
[editja] Internazzjonali
Id-debutt mat-tim nazzjonali imur lura lejn l-1994 f'logħba ta' ħbiberija kontra l-Arġentina. Hu mar fit-Tazza tad-Dinja 1994 fl-Istati Uniti bħala żagħżugħ ta' sbatax-il sena. Hu sar magħruf bħala Ronaldinho, fejn Ronaldo Rodrigues de Jesus, sieħbu li kien miegħu fl-iskwadra tal-kampjonat, kien ukoll imsejjaħ Ronaldo (u mlaqqam Ronaldão biex ikun aktar distingwit). Plejer Brażiljan ieħor, Ronaldo de Assis Moreira, li hu aktar magħruf bħala Ronaldinho, sar msejjaħ Ronaldinho Gaúcho meta ngħaqad mat-tim nazzjonali Brażiljan fl-1999.
Matul it-Tazza tad-Dinja 1998 hu ggwida lit-tim Brażiljan permezz ta' erba' gowls u tliet assists[2] Il-lejl qabel il-finali, hu sofra minn konvulzjoni. Hu kien inizzjalment imneħħi mill-ewwel ħdax tal-finali 72 minuti qabel il-bidu tal-logħba, imma hu xtaq li jilgħab u Mario Zagallo daħlu fl-iskwadra. Ronaldo ma tantx għamel prestazzjoni tajba fejn weġġa' wara daħla mal-gowler Franċiż Fabien Barthez. Il-Brażil tilfu l-finali 3-0 kontra Franza.
Fit-Tazza tad-Dinja 2002, li ntlagħbet fil-Korea t'Isfel u l-Ġappun, Ronaldo rebaħ il-klassifika ta' l-aqwa skorers bi 8 gowls u kien l-istilla tat-tim li wasal fil-finali għat-tielet darba konsekuttivament. Din id-darba l-avversarja kienet il-Ġermanja, fejn il-Brażil ittrijonfaw permezz ta' żewġ gowls ta' l-istess Ronaldo. Ir-rebħa mondjali tatu t-tieni titlu tal-Ballun tad-Deheb (2002).
Minkejja l-eliminazzjoni mit-Tazza tad-Dinja 2006 b'telfa ta' 1-0 kontra Franza fil-kwarti tal-finali, Ronaldo rnexxielu jsir l-aqwa skorer tat-Tazza tad-Dinja fejn fi tlett edizzjonijiet hu skorja 15-il gowl (4 fl-1998, 8 fl-2002 u 3 fl-2006), gowl iktar mir-rekord ta' Gerd Müller (14) u tnejn iktar minn Just Fontaine (13).
Fit-tim nazzjonali rnexxielu jagħmel 97 apparenza u jiskorja 62 gowl, fejn hu t-tieni l-aqwa skorer tat-tim nazzjonali Brażiljan, 15-il gowl 'il bogħod mir-rekord ta' Pelé.
[editja] Unuri
[editja] Nazzjonal
- Tazza tad-Dinja
- L-Aqwa skorer ta' kull żmien tat-Tazza tad-Dinja - 15-il gowl f'dsatax-il logħba fi tliet edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja
- Żarbun tal-Bronż - 2006
- Żarbun tad-Deheb - 2002
- Ballun tal-Fidda - 2002
- Rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja 2002
- Ballun tad-Deheb - 1998
- Żarbun tal-Bronż - 1998
- Finalista tellief fit-Tazza tad-Dinja 1998
- Rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja 1994
- Tazza tal-Konfederazzjonijiet: 1997
- Copa América: 1997, 1999
- Logħob Olimpiku: 1996 (tielet post)
[editja] Klabb
- Tazza Brażiljana: 1993
- Tazza Olandiża: 1996
- Tazza tat-Tazez Ewropej: 1997
- Super Cup Spanjola: 1996
- Tazza UEFA: 1998
- Tazza Interkontinentali: 2002
- La Liga: ċampjins 2002/03
- Super Cup Spanjola: 2003
- Tazza tad-Dinja tal-Futbol għall-Klabbs: 2007
- Super Cup Ewropeja: 2007
[editja] Individwali
- Plejer tas-Sena tal-FIFA: 1996 (l-iżgħar rebbieħ), 1997, 2002
- Plejer tas-Sena tal-Futbol: 1996 (l-iżgħar rebbieħ), 1997, 2002
- Plejer tas-Sena ta' l-Ewropa (Ballon d'Or): 1997 (l-iżgħar rebbieħ), 2002
- Onze d'Or: 1997, 2002
- UEFA Most Valuable Player - 1998
- Unuri tal-Futbol għall-klabbs tal-UEFA - L-aqwa attakkant (1998)
- FIFA World Cup All-Star Team - 1998, 2002
- Żarbun tad-Deheb Ewropew - 1997
- Copa América 1999 - L-aqwa skorer
- La Liga L-aqwa skorer tal-kampjonat Spanjol - 1996/97, 2003/04
- Eredivisie L-aqwa skorer tal-kampjonat Olandiż - 1994/95
- Tazza Interkontinentali MVP - 2002
- Personalita tas-Sena ta' l-Isports tal-BBC - 2002
- Unur tal-GoldenFoot - 2006