Copa América
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Copa América | |
---|---|
Copa América 2011 | |
Dixxiplina: | Futbol |
Fundazzjoni: | 1916 |
Ftuħ: | Ġunju / Lulju |
Parteċipanti: | 12-il tim |
Tip: | Nazzjonali |
Kadenza: | Kwadrijennali |
Format: | Gruppi u eliminazzjoni diretta |
Konfederazzjoni: | CONMEBOL |
Ċampjin: | Brażil |
Sit elettroniku: | conmebol.com |
Il-Copa América (jew "Tazza Amerikana") hi l-kompetizzjoni għat-timijiet nazzjonali ta' l-irġiel taħt il-konfederazzjoni tal-CONMEBOL (Amerika t'Isfel). Din il-kompetizzjoni hi l-eqdem kompetizzjoni tal-futbol fid-dinja hekk kif din tmur lura l-1916. Ġeneralment żewġ jew tliet timijiet tal-CONCACAF jirċievu invit biex jipparteċipaw. Il-Messiku hu pajjiż regulari f'din il-kompetizzjoni mill-ewwel invitazzjoni fl-1993. Hemm għaxar timijiet tal-konfederazzjoni Sud-Amerikana u żewġ timijiet oħra invitati li jagħqdu l-grupp ta' tnax-il tim. Għal din il-kompetizzjoni m'hemmx partiti ta' kwalifikazzjoni minħabba n-numru żgħir ta' parteċipanti. Allura l-logħob jikkonsisti fuq fażi ta' gruppi.
Werrej |
[editja] Storja
Il-Copa América hi l-iktar kompetizzjoni qadima u li għadha attiva fl-istorja tal-kompetizzjonijiet tal-futbol madwar id-dinja. L-ewwel edizzjoni saret nhar it-2 ta' Lulju u s-17 ta' Lulju u kienet mirbuħa mill-Urugwaj, bħala parti mill-kommemorazzjonijiet għaċ-ċentinarju mill-Indipendenza ta' l-Arġentina. Il-CONMEBOL ġiet iffurmata fil-ġurnata ta' l-indipendeza ta' l-Arġentina (9 ta' Lulju). Il-kompetizzjoni kienet tkun ospitata normalment kull sentejn (imma l-intervalli xi kultant inbidlu) sakemm fl-2007, il-CONMEBOL ddeċiedet li l-kompetizzjoni issir kull erba' snin.[1]
Il-kampjonat kien magħruf aħjar bħala Campeonato Sudamericano de Selecciones (Kampjonat Sud-Amerikan tat-Timijiet Nazzjonali). Dan l-isem kien użat sa l-1975. Bejn l-1975 u fl-1983 il-kompetizzjoni ma ġiet ospitata fl-ebda pajjiż. Il-CONMEBOL fl-1984 iddeċidiet li kull pajjiż li hu parti mill-assoċazzjoni għandu jospita l-kompetizzjoni. L-ewwel ronda ġie kompluta fil-Copa América 2007 li ġiet ospitata fil-[Veneżwela]]. It-tieni ronda ġiet imfassla għas-sena 2011, bil-pajjiżi ospiti jintgħażlu skond l-ordni alfabetiku, fejn jibdew bl-Arġentina.[2]
Mill-1993, żewġ timijiet minn konfederazzjonijiet differenti (preferibilment il-CONCACAF, minħabba l-qagħda ġeografika tagħha) bdew jiġu invitati. Il-pajjiżi invitati kienu l-Kosta Rika (1997, 2001, 2004), il-Ħonduras (2001), il-Ġappun (1999), il-Messiku (1993, 1995, 1997, 1999, 2001, 2004, 2007) u l-Istati Uniti (1993, 1995, 2007).
[editja] Riżultati
1916 Urugwaj - Arġentina
1917 Urugwaj - Arġentina
1919 Brażil 1-0 Urugwaj (playoff)
1920 Urugwaj - Arġentina
1921 Arġentina - Brażil
1922 Brażil 3-0 Paragwaj (playoff)
1923 Urugwaj - Arġentina
1924 Urugwaj - Arġentina
1925 Arġentina - Brażil
1926 Urugwaj - Arġentina
1927 Arġentina - Urugwaj
1929 Arġentina - Paragwaj
1935 Urugwaj - Arġentina
1937 Arġentina 2-0 Brażil (playoff)
1939 Peru - Urugwaj
1941 Arġentina - Urugwaj
1942 Urugwaj - Arġentina
1945 Arġentina - Brażil
1946 Arġentina - Brażil
1947 Arġentina - Paragwaj
1949 Brażil 7-0 Paragwaj (playoff)
1953 Paragwaj 3-2 Brażil (playoff)
1955 Arġentina - Ċili
1956 Urugwaj - Ċili
1957 Arġentina - Brażil
1959 Arġentina - Brażil
1959 Urugwaj - Arġentina
1963 Bolivja - Paragwaj
1967 Urugwaj 1-0 Arġentina
1975 Peru 3-1 Colombia (Peru jirbħu b'dawn ir-riżultati: 0-1, 2-0, 1-0)
1979 Paragwaj 3-1 Ċili (Peru jirbħu b'dawn ir-riżultati: 3-0, 0-1, 0-0)
1983 Urugwaj 3-1 Brażil (Urugwaj jirbħu b'dawn ir-riżultati: 2-0, 1-1)
1987 Urugwaj 1-0 Ċili
1989 Brażil 1-0 Urugwaj
1991 Arġentina 3-2 Brażil
1993 Arġentina 2-1 Messiku
1995 Urugwaj 1-1 Brażil (Urugwaj jirbħu 5-3 bil-penalties)
1997 Brażil 3-1 Bolivja
1999 Brażil 3-0 Urugwaj
2001 Kolombja 1-0 Messiku
2004 Brażil 2-2 Arġentina (Brażil jirbħu 4-2 bil-penalties)
2007 Brażil 3-0 Arġentina
2011
- Nota: Xi riżultati mhumiex imniżżla minħabba li f'dawk is-snin ma kinitx tiġi użata l-format ta' kompetizzjoni bit-timijiet li jikkwalifikaw għas-Semi Finali u fażijiet oħra. F'dawk is-snin it-timijiet kienu kollha fi grupp wieħed u min jikseb l-iktar punti jirbaħ il-kompetizzjoni.
[editja] Rekords u Statistika
[editja] Rebbieħa
[editja] L-Aqwa skorers
Plejer | Gowls |
---|---|
Norberto Méndez |
|
Zizinho |
|
Severino Varela |
|
Teodoro Fernández |
|
Gabriel Batistuta |
|
Ademir |
|
Jair da Rosa Pinto |
|
Héctor Scarone |
|
Jose Manuel Moreno |
|
Angel Romano |
|
Herminio Masantonio |
|
Victor Ugarte |
|
Ronaldo |
|
Oscar Gómez |
|
Héctor Castro |
|
Didí |
|
Enrique Hormazábal |
|
Enrique Hormazábal |
|
Angel Labruna |
|
[editja] Ospiti
L-Arġentina ospitat tmien darbiet il-kompetizzjoni tal-Copa América u f'seba' okkażżjonijiet spiċċat rebbieħa ġewwa darha. L-Urugwaj isegwu wara b'seba' kampjonati fejn kollha spiċċaw mirbuħa mill-istess pajjiż. Sitt darbiet għaċ-Ċili u l-Peru fejn huma rnexxielhom biss jirbħu darba biss. Il-Brażil ospitaw il-kompetizzjoni għal erba' darbiet, l-Ekwador tliet darbiet, il-Bolivja darbtejn waqt li l-Kolombja, il-Paragwaj u l-Veneżwela (l-aħħar ospitu tal-kompetizzjoni fl-2007) ospitaw il-kompetizzjoni darba biss. Fi tliet okkażżjonijiet (1975, 1979, 1983) il-kompetizzjoni ma ġiet ospitata fl-ebda pajjiż partikulari.
[editja] Statistika ġenerali
[editja] Ħoloq Oħra
- Arkivju fuq RSSSF - jinkludi wkoll rapporti estensivi tal-logħob
Futbol Internazzjonali | |||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
FIFA | Tazza tad-Dinja | Tazza tad-Dinja tan-Nisa | Tazza tad-Dinja Under-20 | Tazza tad-Dinja Under-17 | Tazza tal-Konfederazzjonijiet | Olimpjadi | Logħob Ażjatiku | Rankings Mondjali | Plejer tas-Sena | Timijiet | Kodiċi | |||||||||||
|