Web Analytics Made Easy - Statcounter

See also ebooksgratis.com: no banners, no cookies, totally FREE.

CLASSICISTRANIERI HOME PAGE - YOUTUBE CHANNEL
Privacy Policy Cookie Policy Terms and Conditions
Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2002 - Wikipedija

Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2002

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.

Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2002
2002 FIFA 월드컵 한국/일본

2002 FIFAワールドカップ 韓国/日本

L-Emblema uffiċċjali
Timijiet Parteċipanti
• Fażi Finali
199 tim
32 tim kwalifikat
Ospitu Korea t'Isfel / Ġappun
Data 31 ta' Mejju 2002
30 ta' Ġunju 2002
Pożizzjonijiet
• Rebbieħ
• Tieni Post
• Tielet Post
• Raba Post

Brażil
Ġermanja
Turkija
Korea t'Isfel
Partiti 64
Total ta' Gowls 161 (2.516 gowl f'kull partita)
Spettaturi 2,705,197 (42,269 f'kull partita)
Top-Scorer Ronaldo (8)
Unur għal-Logħob Rett Belġju
Premju Lev Yashin Oliver Kahn
Pajjiżi kwalifikati
Pajjiżi kwalifikati

It-Tazza tad-Dinja 2002 kienet is-sbatax-il edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja, li hu avveniment mondjali tal-futbol li jsir kull erba' snin. Dan kien miżmum f'żewġ pajjiżi bejn il-31 ta' Mejju u t-30 ta' Ġunju 2002. Din kienet l-ewwel darba li l-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja saret f'pajjiż Ażjatiku u l-ewwel darba li saret barra mill-Amerika t'Isfel, l-Ewropa u l-Amerika ta' Fuq. Il-Brażil rebaħ il-ħames titlu tiegħu meta fil-finali rebaħ lill-Ġermanja 2-0.

Werrej

[editja] Kwalifikazzjoni

Total ta' 32 tim ikkwalifikaw għall-edizzjoni ta' l-2002. Mit-32 tim, iċ-champions tat-Tazza tad-Dinja 1998, Franza, flimkien ma' l-ospiti l-Korea t'Isfel u Ġappun, ikkwalifikaw awtomatikament u ma lagħbu l-ebda logħba għall-kwalifikazzjoni. Din kienet l-aħħar darba li ċ-champions ta' l-edizzjoni ta' qabel ikollhom post garantit. Hawn taħt hawn il-lista tal-pajjiżi li kkwalifikaw għall-fażi finali:


  • Afrika (CAF)
    • Afrika t'Isfel
    • Kamerun
    • Niġerja
    • Senegal (ikkwalifika għall-ewwel darba)
    • Tuniżija
  • Asja (AFC)
    • Ċina (ikkwalifika għall-ewwel darba)
    • Ġappun (ospiti)
    • Korea t'Isfel (ospiti)
    • Sawdi Għarabja
  • Amerika t'Isfel (CONMEBOL)
    • Arġentina
    • Brażil
    • Ekwador (ikkwalifika għall-ewwel darba)
    • Paragwaj
    • Urugwaj
  • Ewropa (UEFA)
    • Belġju
    • Danimarka
    • Franza (champions ta' l-edizzjoni 1998)
    • Ġermanja
    • Ingilterra
    • Repubblika Irlandiża
    • Italja
    • Kroazja
    • Poland
    • Portugall
    • Spanja
    • Russja
    • Slovenja (ikkwalifika għall-ewwel darba)
    • Svezja
    • Turkija
  • Amerika ta' Fuq u Ċentrali u l-Karibew (CONCACAF)
    • Kosta Rika
    • Messiku
    • Stati Uniti

[editja] Ħarsa Ġenerali

[editja] Grupp A-D

It-Tazza tad-Dinja bdiet b'ħasda hekk kif ir-rebbieħ ta' l-edizzjoni ta' l-1998, Franza, tilfu l-ewwel partita tagħhom kontra l-parteċipanti l-ġodda, is-Senegal, b'gowl ta' Papa Bouba Diop fejn Franza lagħbu mingħajr Zinedine Zidane. Fil-fatt, il-Franċiżi naqqsu li jiskurjaw gowl matul l-edizzjoni u spiċċaw l-aħħar post fi Grupp A. L-uniku punt li kisbu kien kontra l-Urugwaj fi draw ta' mingħajr gowls. Id-Danimarka rebħet il-grupp flimkien mas-Senegal li mxew għar-rawnd ta' wara.

Spanja kellha bidu ħafif fi Grupp B, bil-Paragwaj jiskurjaw gowl fl-aħħar minuti kontra l-iSlovenja biex ġew l-istess punti ma' l-Afrika t'Isfel kif ukoll l-istess fid-differenza tal-gowls; minħabba li l-Paragwaj skorja gowl iktar mill-Afrika t'Isfel huma ngħaqdu ma' Spanja fit-tieni rawnd. Il-tim tal-Brażil iddomina Grupp Ċ u t-Turkija ngħaqdu magħhom meta rnexxielhom jikkwalifikaw minħabba differenza ta' gowls aħjar fuq il-Kosta Rika. Iċ-Ċina naqset li tħalli mpressjoni hekk kif spiċċat l-aħħar mingħajr punt u mingħajr gowl. Grupp D ra sorpriżi differenti hekk kif l-Istati Uniti għelbet lill-qawwa tradizzjonali Portugiża bl-iskor ta' 3-2. Wara, il-gowler Brad Friedel kiseb għall-Amerikani draw ta' 1-1 kontra l-Korea t'Isfel. Il-Korea t'Isfel, li kienet diġà fit-tieni rawnd wara li rebħet lill-Polonja 2-0, u rebħet lill-Portugall, tat lill-Istati Uniti post fir-rawnd ta' wara.

[editja] Grupp E-H

Il-Ġermanja għelbet bl-iskor kbir ta' 8-0 lis-Sawdi Għarabja fi Grupp E grazzi għal tliet gowls ta' Miroslav Klose. L-Irlanda, li kienu qed jilgħabu mingħajr Roy Keane, li ntbagħat id-dar qabel it-Tazza tad-Dinja, ikkwalifikaw għall-fażi ta' wara fuq ċ-champions Afrikani, il-Kamerun.

Fi Grupp F, jew kif kien aħjar magħruf bħala "il-Grupp tal-Mewt" (bl-Ingliż: Group of Death), kien hemm il-favoriti l-Arġentina li naqsu li jimxu fil-grupp. Telfa ta' 1-0 kontra l-Ingilterra b'gowl ta' David Beckham u draw kontra l-Isvezja żamm lis-Sud-Amerikani milli javanzaw. L-Iskandinavi rebħu l-grupp u bl-Ingilterra jsegwu. Fi Grupp Ġ, l-Italja, il-Kroazja u l-Ekwador kollha rebħu darba lil xulxin darba, imma d-draw kontra r-rebbieħa tal-grupp, il-Messiku, filwaqt li ż-żewġ timijiet l-oħra jitilfu kontra l-Amerikani, ta lill-Italja t-tieni post fil-grupp.

L-ospiti ta' l-edizzjoni flimkien mal-Korea t'Isfel, il-Ġappun rebħu Grupp H, u l-Belġju akkompanjathom għat-tieni rawnd. Ir-Russja u t-Tuniżija kienu tnejn mid-diżappunt tal-kampjonat, u dan il-grupp kien ikkunsidrat bħala l-inqas kompetittiv f'din l-edizzjoni ta' l-2002.

[editja] L-Aħħar Sittax

Fl-Aħħar Sittax, il-Ġermanja rebħet b'gowl fl-aħħar minuti minn Oliver Neuville, kontra l-Paragwaj. L-Ingilterra rebħet lit-tim Daniż bl-iskor ta' 3-0. Is-Senegal komplew jimpresjonaw hekk kif rebħu bil-golden goal kontra t-tim ta' l-Isvezja bl-iskor ta' 2-1. Il-gowl ta' Robbie Keane fl-aħħar minuti tal-logħba kontra Spanja ma serviex għall-Irlanda biex jikkwalifikaw meta tilfu bil-penalties kontra t-tim Spanjol. Fil-partita kollha Amerikana, bejn l-Istati Uniti u l-Messiku, l-Istati Uniti ħarġu rebbieħa bl-iskor ta' 2-0 b'gowls ta' Brian McBride u Landon Donovan. Il-Belġju lagħbu tajjeb kontra l-Brażil, però arrendew fl-aħħar taqsima meta l-Brażil ħarġu rebbieħa 2-0. It-Turkija waqfet is-serje pożittiva tal-Ġappun meta rebħu bl-iskor minimu ta' 1-0. L-ospiti l-oħra, il-Korea t'Isfel, għelbu lill-Italja, f'partita kontroversjali, b'golden goal biex rebħu 2-1.

[editja] Kwarti tal-Finali

Ir-rebħa tal-Korea t'Isfel assigurat, li għall-ewwel darba fl-istorja ta' din il-kompetizzjoni, it-timijiet mill-Ewropa, l-Amerika ta' Fuq, l-Amerika t'Isfel, l-Afrika u l-Asja waslu sal-kwarti tal-finali. Fil-kwarti tal-finali, il-gowl ta' Ronaldinho kien il-gowl rebbieħ fil-konfront kontra l-Ingilterra, meta l-Brażil rebħu 2-1. L-Istati Uniti tilfu kontra l-Ġermanja b'gowl minn Michael Ballack. L-Amerikani ddominaw il-logħba u talbu lir-referì għal penalty wara li plejer Ġermaniż għamel kuntatt mal-ballun b'idejh fil-kaxxa tal-gowler. Korea t'Isfel rebħet bil-penalties kontra Spanja, fl-logħba oħra kontroversjali. B'hekk il-Korea t'Isfel saret l-ewwel pajjiż Ażjatiku li kkwalifika għas-semi-finali tat-Tazza tad-Dinja. It-Turkija komplew il-mixja pożittiva tagħhom b'rebħa ta' 1-0 (golden goal) kontra s-Senegal li wkoll ħallew impressjoni fl-ewwel dehra tagħom f'dan il-kampjonat.

[editja] Semi-Finali

Is-Semi-Finali raw ż-żewġ logħbiet jispiċċaw 1-0; l-ewwel, il-gowl ta' Ballack kien biżżejjed biex poġġa lill-Ġermanja fil-finali u l-Korea t'Isfel għall-partita għat-tielet u r-raba' post. Minkejja l-gowl tiegħu, Ballack tilef il-finali minħabba numru ta' karti sofor. Ronaldo skorja s-sitt gowl fil-kompetizzjoni għall-Brażil, li rebħu lit-Turkija.

[editja] It-Tielet Post

Fil-partita għat-tielet u r-raba' post, it-Turkija rebħet 3-2 lill-Korea t'Isfel biex kisbet it-tielet post. L-ewwel gowl ġie skurjat minn Hakan Şükür ftit sekondi mill-bidu tal-konfront, li hu l-iktar gowl kmieni li qatt sar fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja.

[editja] Finali

Żewġ gowls minn Ronaldo assiguraw lill-Brażil ir-rebħ tat-Tazza tad-Dinja fuq il-Ġermanja f'Yokohama. L-istilla ta' Inter skorja darbtejn fit-tieni taqsima f'partita eċitanti. Dan kien il-ħames unur tal-Brażil, biex assiguraw ruħhom bħala l-aktar rebbieħa ta' din il-kompetizzjoni. Il-captain tal-Brażil Cafu, li sar l-ewwel plejer li deher fi tliet edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja, aċċetta t-trofew: Ir-rebħa kompliet vjaġġ rimarkabbli għall-Luiz Felipe Scolari li ma tantx wera s-saħħa tiegħu fil-fażi ta' kwalifikazzjoni filwaqt li Ronaldo kkonferma r-reputazzjoni tiegħu bħala l-aqwa attakkant.

[editja] Grawnds

Il-Korea t'Isfel u l-Ġappun provdew kull wieħed għaxar grawnds, il-maġġornaza taggħhom mibnijin mill-ġdid.

[editja] Korea t'Isfel

Sapporo Dome
Sapporo Dome
Belt Isem tal-Grawnd Kapaċità Infetaħ
Busan Busan Asiad Stadium 55,983 Lulju 2001
Daegu Daegu World Cup Stadium 68,014 Mejju 2001
Daejeon Purple Arena 40,407 Settembru 2001
Gwangju Guus Hiddink Stadium 42,880 Settembru 2001
Incheon Incheon Munhak Stadium 52,179 Diċembru 2001
Jeonju Jeonju Castle 42,391 Settembru 2001
Seogwipo Jeju World Cup Stadium 42,256 Diċembru 2001
Seoul Seoul Sang-am Stadium 64,677 Marzu 2001
Suwon Suwon Bigbird Stadium 43,188 Mejju 2001
Ulsan Munsu Cup Stadium 43,550 April 2001

[editja] Ġappun

Belt Isem tal-Grawnd Kapaċità Infetaħ
Fukuroi, Shizuoka Shizuoka Stadium 50,600 Marzu 2001
Kashima, Ibaraki Kashima Stadium 42,000 Mejju 2001
Kobe, Hyogo Kobe Wing Stadium 42,000 Ottubru 2001
Niigata, Niigata Niigata Stadium 42,300 Marzu 2001
Ōita, Ōita Ōita Stadium 43,000 Marzu 2001
Osaka, Osaka Nagai Stadium 50,000 Mejju 1996
Rifu, Miyagi Miyagi Stadium 49,000 Marzu 2000
Saitama, Saitama Saitama Stadium 63,000 Lulju 2001
Sapporo, Hokkaido Sapporo Dome 42,000 Mejju 2001
Yokohama, Kanagawa International Stadium Yokohama 70,000 Ottubru 1997

[editja] L-Ewwel Rawnd

Fit-tabelli li jsegwu:

  • Punti = total ta' punti
  • Logħob = total ta' logħob
  • R = total ta' rebħiet
  • P = total ta' pari (draw)
  • T = total ta' telfiet
  • GF = total ta' gowls favur
  • GK = total ta' gowls kontra
  • +/- = differenza tal-gowls


It-timijiet li spiċċaw fl-ewwel żewġ postijiet, ikkwalifikaw għar-rawnd ta' l-aħħar sittax.

[editja] Grupp A

Tim Punti Logħob R P T GF GK +/-
Danimarka 7 3 2 1 0 5 2 +3
Senegal 5 3 1 2 0 5 4 +1
Urugwaj 2 3 0 2 1 4 5 -1
Franza 1 3 0 1 2 0 3 -3

[editja] Logħob


31 ta' Mejju 2002
20:30
Franza 0 – 1 Senegal Seoul World Cup Stadium, Seoul
Attendenza: 62,561
Referì: Bujsaim (Emirati Għarab Magħquda)
30' Diop

1 ta' Ġunju 2002
18:00
Urugwaj 1 – 2 Danimarka Munsu Football Stadium, Ulsan
Attendenza: 30,157
Referì: Saad Mane (Kuwajt)
47' Rodriguez 45', 83' Tomasson

6 ta' Ġunju 2002
15:30
Danimarka 1 – 1 Senegal Daegu World Cup Stadium, Daegu
Attendeza: 43,500
Referì: Batres (Gwatemala)
16' Tomasson (pen) 52' Diao

6 ta' Ġunju 2002
20:30
Franza 0 – 0 Urugwaj Busan Asiad Main Stadium, Busan
Attendenza: 38,289
Referì: Ramos Rizo (Messiku)

11 ta' Ġunju 2002
15:30
Danimarka 2 – 0 Franza Incheon Munhak Stadium, Incheon
Attendenza: 48,100
Referì: Melo Pereira (Portugall)
22' Rommedahl,

67' Tomasson


11 ta' Ġunju 2002
15:30
Senegal 3 – 3 Urugawj Suwon World Cup Stadium, Suwon
Attendenza: 33,681
Referì: Wegereef (Olanda)
20' Fadiga (pen),

26', 38' Diop

46' Morales,

69' Forlan,

88' Recoba (pen)


[editja] Grupp B

Tim Punti Logħob R P T GF GK +/-
Spanja 9 3 3 0 0 9 4 +5
Paragwaj 4 3 1 1 1 6 6 0
Afrika t'Isfel 4 3 1 1 1 5 5 0
Slovenja 0 3 0 0 3 2 7 -5

[editja] Logħob


2 ta' Ġunju 2002
16:30
Paragwaj 2 – 2 Afrika t'Isfel Busan Asiad Main Stadium, Busan
Attendenza: 25,186
Referì: Ľuboš Micheľ (Slovakkja)
39' Santa Cruz,

55' Arce

63' Mokoena,

90' Fortune (pen)


2 ta' Ġunju 2002
20:30
Spanja 3 – 1 Slovenja Gwangju World Cup Stadium, Gwangju
Attendenza: 28,598
Referì: Guezzaz (Marokk)
44' Raul,

74' Valeron,

87' Hierro (pen)

82' Cimirotic

7 ta' Ġunju 2002
18:00
Spanja 3 – 1 Paragwaj Jeonju World Cup Stadium, Jeonju
Attendenza: 24,000
Referì: Gamal Ghandour (Eġittu)
53', 69' Morientes,

83' Hierro (pen)

10' Puyol (og)

8 ta' Ġunju 2002
15:30
Afrika t'Isfel 1 – 0 Slovenja Daegu World Cup Stadium, Daegu
Attendenza: 47,226
Referì: Angel Sanchez (Arġentina)
4' Nomvethe

12 ta' Ġunju 2002
20:30
Afrika t'Isfel 2 – 3 Spanja Daejeon World Cup Stadium, Daejeon
Attendenza: 31,024
Referì: Saad Mane (Kuwajt)
31' Mc Carthy,

53' Radebe

4', 56' Raul,

46' Mendieta


12 ta' Ġunju 2002
20:30
Slovenja 1 – 3 Paragwaj Jeju World Cup Stadium, Seogwipo
Attendenza: 30,176
Referì: Ramos Rizo (Messiku)
46' Acimovic 65', 84' Cuevas,

73' Campos


[editja] Grupp Ċ

Tim Punti Logħob R P T GF GK +/-
Brażil 9 3 3 0 0 11 3 +8
Turkija 4 3 1 1 1 5 3 +2
Kosta Rika 4 3 1 1 1 5 6 -1
Ċina 0 3 0 0 3 0 9 -9

[editja] Logħob


3 ta' Ġunju 2002
18:00
Brażil 2 – 1 Turkija Munsu Football Stadium, Ulsan
Attendenza: 33,842
Referì: Young Joo Kim (Korea t'Isfel)
50' Ronaldo,

87' Rivaldo (pen)

47' Hasan Sas

4 ta' Ġunju 2002
15:30
Ċina 0 – 2 Kosta Rika Gwangju World Cup Stadium, Gwangju
Attendenza: 27,217
Referì: Vassaras (Greċja)
61' Gomez,

65' Wright


8 ta' Ġunju 2002
20:30
Brażil 4 – 0 Ċina Jeju World Cup Stadium, Seogwipo
Attendenza: 36,750
Referì: Anders Frisk (Svezja)
15' Roberto Carlos,

32' Rivaldo,

45' Ronaldinho (pen),

55' Ronaldo


9 ta' Ġunju 2002
18:00
Kosta Rika 1 – 1 Turkija Incheon Munhak Stadium, Incheon
Attendenza: 42,299
Referì: Codjia (Benin)
86' Parks 56' Belozoglu

13 ta' Ġunju 2002
15:30
Kosta Rika 2 – 5 Brażil Suwon World Cup Stadium, Suwon
Attendenza: 38,524
Referì: Gamal Ghandour (Eġittu)
39' Wanchope,

56' Gomez

10', 13' Ronaldo,

38' Edmilson,

62' Rivaldo,

64' Junior


13 ta' Ġunju 2002
15:30
Turkija 3 – 0 Ċina Seoul World Cup Stadium, Seoul
Attendenza: 43,605
Referì: Oscar Ruiz (Kolombja)
6' Sas,

9' Korkmaz,

85' Davala


[editja] Grupp D

Tim Punti Logħob R P T GF GK +/-
Korea t'Isfel 7 3 2 1 0 4 1 +3
Stati Uniti 4 3 1 1 1 5 6 -1
Portugall 3 3 1 0 2 6 4 +2
Polonja 3 3 1 0 2 3 7 -4

[editja] Logħob


4 ta' Ġunju 2002
20:30
Korea t'Isfel 2 – 0 Polonja Busan Asiad Main Stadium, Busan
Attendenza: 48,760
Referì: Oscar Ruiz (Kolombja)
26' Hwang,

53' Yoo


5 ta' Ġunju 2002
18:00
Stati Uniti 3 – 2 Portugall Suwon World Cup Stadium, Suwon
Attendenza: 37,306
Referì: Byron Moreno (Ekwador)
4' O Brien,

29' Jorge Costa (og),

36' McBride

39' Beto,

71' Agoos (og)


10 ta' Ġunju 2002
15:30
Korea t'Isfel 1 – 1 Stati Uniti Daegu World Cup Stadium, Daegu
Attendenza: 60,778
Referì: Urs Meier (Svizzera)
78' Ahn 24' Mathis

10 ta' Ġunju 2002
20:30
Portugall 4 – 0 Polonja Jeonju World Cup Stadium, Jeonju
Attendenza: 31,000
Referì: Hugh Dallas (Skozja)
14', 65', 77' Pauleta,

88' Rui Costa


14 ta' Ġunju 2002
20:30
Polonja 3 – 1 Stati Uniti Daejeon World Cup Stadium, Daejeon
Attendenza: 26,482
Referì: Jun Lu (Ċina)
3' Olisadebe,

5' Kryszalowicz,

66' Zewlakow

83' Donovan

14 ta' Ġunju 2002
20:30
Portugall 0 – 1 Korea t'Isfel Incheon Munhak Stadium, Incheon
Attendenza: 50,239
Referì: Angel Sanchez (Arġentina)
70' Park

[editja] Grupp E

Tim Punti Logħob R P T GF GK +/-
Ġermanja 7 3 2 1 0 11 1 +10
Repubblika Irlandiża 5 3 1 2 0 5 2 +3
Kamerun 4 3 1 1 1 2 3 -1
Sawdi Għarabja 0 3 0 0 3 0 12 -12

[editja] Logħob


1 ta' Ġunju 2002
15:30
Irlanda 1 – 1 Kamerun Niigata Stadium Big Swan, Niigata
Attendenza: 33,679
Referì Toru Kamikawa (Ġappun)
52' Holland 39' Mboma

1 ta' Ġunju 2002
20:30
Ġermanja 8 – 0 Għarabja Sawdita Sapporo Dome, Sapporo
Attendenza: 32,218
Referì: Ubaldo Aquino (Paragwaj)
20', 25', 70' Klose,

40' Ballack,

46' Jancker,

73' Linke,

84' Bierhoff,

90' Schneider


5 ta' Ġunju 2002
20:30
Ġermanja 1 – 1 Irlanda Kashima Stadium, Ibaraki
Attendenza: 35,854
Referì: Nielsen (Danimarka)
19' Klose 90' Keane

6 ta' Ġunju 2002
18:00
Kamerun 1 – 0 Għarabja Sawdita Saitama Stadium 2002, Saitama
Attendenza: 52 328
Arbitro: Terje Hauge (Norveġja)
66' Eto'o

11 ta' Ġunju 2002
20:30
Kamerun 0 – 2 Ġermanja Shizuoka Stadium Ecopa, Shizuoka
Attendenza: 47,085
Referì: Lopez Nieto (Spanja)
50' Bode,

79' Klose


11 ta' Ġunju 2002
20:30
Għarabja Sawdita 0 – 3 Irlanda International Stadium, Yokohama
Attendenza: 65,320
Referì: Falla Ndoye (Senegal)
7' Keane,

61' Breen,

87' Duff


[editja] Grupp F

Tim Punti Logħob R P T GF GK +/-
Svezja 5 3 1 2 0 4 3 +1
Ingilterra 5 3 1 2 0 2 1 +1
Arġentina 4 3 1 1 1 2 2 0
Niġerja 1 3 0 1 2 1 3 -2

[editja] Logħob


2 ta' Ġunju 2002
18:30
Ingilterra 1 – 1 Svezja Saitama Stadium 2002, Saitama
Attendenza: 52,721
Referì: Carlos Simon (Brażil)
24' Campbell 59' Alexandersson

2 ta' Ġunju 2002
14:30
Arġentina 1 – 0 Niġerja Ibaraki Kashima Stadium, Ibaraki
Attendenza: 34,050
Referì: Veissière (Franza)
63' Batistuta

7 ta' Ġunju 2002
15:30
Svezja 2 – 1 Niġerja Kobe Wing Stadium, Kobe
Attendenza: 36,194
Referì: René Ortube (Bolivja)
35', 63' Larsson (pen) 27' Aghahowa

7 ta' Ġunju 2002
20:30
Arġentina 0 – 1 Ingilterra Sapporo Dome, Sapporo
Attendenza: 35,927
Referì: Pierluigi Collina (Italja)
44' Beckham (pen)

12 ta' Ġunju 2002
15:30
Svezja 1 – 1 Arġentina Miyagi Stadium, Miyagi
Attendenza: 45,777
Referì: Bujsaim (Emirati Għarab Magħquda)
59' Svensson 88' Crespo

12 ta' Ġunju 2002
15:30
Niġerja 0 – 0 Ingilterra Osaka Nagai Stadium, Osaka
Attendenza: 44,864
Referì: Brian Hall (Stati Uniti)

[editja] Grupp Ġ

Tim Punti Logħob R P T GF GK +/-
Messiku 7 3 2 1 0 4 2 +2
Italja 4 3 1 1 1 4 3 +1
Kroazja 3 3 1 0 2 2 3 -1
Ekwador 3 3 1 0 2 2 4 -2

[editja] Logħob


3 ta' Ġunju 2002
15:30
Kroazja 0 – 1 Messiku Niigata Stadium Big Swan, Niigata
Attendenza: 32,239
Referì: Jun Lu (Ċina)
60' Blanco (pen)

3 ta' Ġunju 2002
20:30
Italja 2 – 0 Ekwador Ibaraki Kashima Stadium, Ibaraki
Attendenza: 31,081
Referì: Brian Hall (Stati Uniti)
7', 27' Vieri

8 ta' Ġunju 2002
18:00
Italja 1 – 2 Kroazja Ibaraki Kashima Stadium, Ibaraki
Attendenza: 36,472
Referì: Graham Poll (Ingilterra)
58' Vieri 73' Olic,

76' Rapaic


9 ta' Ġunju 2002
15:30
Messiku 2 – 1 Ekwador Miyagi Stadium, Miyagi
Attendenza: 45,610
Referì: Mourad Daami (Tuniżija)
28' Borgetti,

57' Torrado

5' Delgado

13 ta' Ġunju 2002
20:30
Messiku 1 – 1 Italja Oita Stadium Big Eye, Oita
Attendenza: 39,291
Referì: Carlos Simon (Brażil)
34' Borgetti 85' Del Piero

13 ta' Ġunju 2002
20:30
Ekwador 1 – 0 Kroazja International Stadium, Yokohama
Attendenza: 65,862
Referì: Mattus Vega (Kosta Rika)
48' Mendez

[editja] Grupp H

Tim Punti Logħob R P T GF GK +/-
Ġappun 7 3 2 1 0 5 2 +3
Belġju 5 3 1 2 0 6 5 +1
Russja 3 3 1 0 2 4 4 0
Tuniżija 1 3 0 1 2 1 5 -4

[editja] Logħob


4 ta' Ġunju 2002
18:00
Ġappun 2 – 2 Belġju Saitama Stadium 2002, Saitama
Attendeza: 55,256
Referì: Mattus Vega (Kosta Rika)
59' Suzuki,

67' Inamoto

57' Wilmots,

75' Van Der Heyden


5 ta' Ġunju 2002
15:30
Russja 2 – 0 Tuniżija Kobe Wing Stadium, Kobe
Attendenza: 30,957
Referì: Peter Prendergast (Ġamajka)
59' Titov,

64' Karpin (pen)


9 ta' Ġunju 2002
20:30
Ġappun 1 – 0 Russja International Stadium, Yokohama
Attendenza: 66,108
Referì: Markus Merk (Ġermanja)
51' Inamoto

10 ta' Ġunju 2002
18:00
Tuniżija 1 – 1 Belġju Oita Stadium Big Eye, Oita
Attendenza: 39,700
Referì: Mark Shield (Awstralja)
17' Bouzaiene 13' Wilmots

14 ta' Ġunju 2002
15:30
Tuniżija 0 – 2 Ġappun Osaka Nagai Stadium, Osaka
Attendenza: 45,213
Referì: Veissière (Franza)
48' Morishima,

75' Nakata


14 ta' Ġunju 2002]
15:30
Belġju 3 – 2 Russja Shizuoka Stadium ECOPA, Shizuoka
Attendenza: 46,640
Referì: Kim Milton Nielsen (Danimarka)
7' Walem,

78' Sonck,

82' Wilmots

52' Beschastnykh,

88' Sychev


[editja] Fażi ta' l-Eliminazzjoni

Il-fażi ta' l-eliminazzjoni hija rawnd fejn fiha min jitlef jiġi eliminat direttament. Din tinvolvi sittax-il tim li kkwalfikaw mill-fażi tal-gruppi. Kien hemm erba' rawnds, fejn f'kull waħda jiġu eliminati nofs it-timijiet li kkompetew f'dik il-fażi. Ir-rawnds suċċessivi kienu: L-Aħħar Sittax, il-Kwarti tal-Finali, is-Semi-Finali u l-Finali. Kien hemm ukoll il-logħba għat-tielet u r-raba' post. Għal kull logħba f'din il-fażi, jekk il-logħba tispiċċa pari wara l-ħin normali, tletin minuta kienu jiġu milgħuba (żewġ taqsimiet ta' ħmistax-il minuta); jekk il-partita tibqa' pari, ikun imiss l-għoti tal-penalties biex jiġi ddeterminat ir-rebbieħ tal-konfront.

Riżultati wara l-ħin miżjud huma mmarkati bħala (a.e.t) u riżultati wara l-għoti tal-penalties huma mmarkati bħala (pen).

[editja] Riżultati

L-Aħħar sittax Kwarti tal-finali Semi-finali Finali
                           
15 ta' Ġunju - Seogwipo            
  Ġermanja  1
21 ta' Ġunju - Ulsan
  Paragwaj  0  
  Ġermanja  1
17 ta' Ġunju - Jeonju
    Stati Uniti  0  
  Messiku  0
25 ta' Ġunju - Seoul
  Stati Uniti  2  
  Ġermanja  1
16 ta' Ġunju - Suwon
    Korea t'Isfel  0  
  Spanja (pen)  1 (3)
22 ta' Ġunju - Gwangju
  Rep. Irlandiża  1 (2)  
  Spanja  0 (3)
18 ta' Ġunju - Daejeon
    Korea t'Isfel (pen)  0 (5)  
  Korea t'Isfel (a.e.t)  2
30 ta' Ġunju - Yokohama
  Italja  1  
  Ġermanja  0
15 ta' Ġunju - Niigata
    Brażil  2
  Danimarka  0
21 ta' Ġunju - Shizuoka
  Ingilterra  3  
  Ingilterra  1
17 ta' Ġunju - Kobe
    Brażil  2  
  Brażil  2
26 ta' Ġunju - Saitama
  Belġju  0  
  Brażil  1
6 ta' Ġunju - Oita
    Turkija  0   Tielet post
  Svezja  1
22 ta' Ġunju - Osaka 29 ta' Ġunju - Daegu
  Senegal (a.e.t)  2  
  Senegal  0   Turkija  3
18 ta' Ġunju - Miyagi
    Turkija (a.e.t)  1     Korea t'Isfel  2
  Ġappun  0
  Turkija  1  


[editja] Rebbieħ

Rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja 2002

Brażil

BRAŻIL
(Ħames titlu)

[editja] Top-Scorers

8 gowls

5 gowls

4 gowls

  • Jon Dahl Tomasson
  • Christian Vieri

3 gowls

  • Marc Wilmots
  • Pauleta
  • Papa Bouba Diop
  • İlhan Mansız
  • Robbie Keane
  • Michael Ballack
  • Fernando Morientes, Raúl
  • Henrik Larsson

2 gowls

  • Ronaldinho
  • Rónald Gómez
  • Michael Owen
  • Junichi Inamoto
  • Jared Borgetti
  • Nelson Cuevas
  • Henri Camara
  • Ahn Jung-Hwan
  • Fernando Hierro
  • Umit Davala, Hasan Sas
  • Brian McBride, Landon Donovan

[editja] Ħoloq Oħra


Edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol

Urugwaj 1930 | Italja 1934 | Franza 1938 | Brażil 1950 | Svizzera 1954 | Svezja 1958 | Ċili 1962 | Ingilterra 1966 | Messiku 1970 | Ġermanja tal-Punent 1974 | Arġentina 1978 | Spanja 1982 | Messiku 1986 | Italja 1990 | Stati Uniti 1994 | Franza 1998 | Ġappun-Korea t'Isfel 2002 | Ġermanja 2006 | Afrika t'Isfel 2010 | Sud-Amerika 2014 | 2018


aa - ab - af - ak - als - am - an - ang - ar - arc - as - ast - av - ay - az - ba - bar - bat_smg - bcl - be - be_x_old - bg - bh - bi - bm - bn - bo - bpy - br - bs - bug - bxr - ca - cbk_zam - cdo - ce - ceb - ch - cho - chr - chy - co - cr - crh - cs - csb - cu - cv - cy - da - de - diq - dsb - dv - dz - ee - el - eml - en - eo - es - et - eu - ext - fa - ff - fi - fiu_vro - fj - fo - fr - frp - fur - fy - ga - gan - gd - gl - glk - gn - got - gu - gv - ha - hak - haw - he - hi - hif - ho - hr - hsb - ht - hu - hy - hz - ia - id - ie - ig - ii - ik - ilo - io - is - it - iu - ja - jbo - jv - ka - kaa - kab - kg - ki - kj - kk - kl - km - kn - ko - kr - ks - ksh - ku - kv - kw - ky - la - lad - lb - lbe - lg - li - lij - lmo - ln - lo - lt - lv - map_bms - mdf - mg - mh - mi - mk - ml - mn - mo - mr - mt - mus - my - myv - mzn - na - nah - nap - nds - nds_nl - ne - new - ng - nl - nn - no - nov - nrm - nv - ny - oc - om - or - os - pa - pag - pam - pap - pdc - pi - pih - pl - pms - ps - pt - qu - quality - rm - rmy - rn - ro - roa_rup - roa_tara - ru - rw - sa - sah - sc - scn - sco - sd - se - sg - sh - si - simple - sk - sl - sm - sn - so - sr - srn - ss - st - stq - su - sv - sw - szl - ta - te - tet - tg - th - ti - tk - tl - tlh - tn - to - tpi - tr - ts - tt - tum - tw - ty - udm - ug - uk - ur - uz - ve - vec - vi - vls - vo - wa - war - wo - wuu - xal - xh - yi - yo - za - zea - zh - zh_classical - zh_min_nan - zh_yue - zu -