Tim Nazzjonali tal-Futbol tad-Danimarka
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
It-tim tal-futbol Daniż mill-bidu nett tal-kariera tiegħu kienet ta' suċess, fil-fatt dan jidher mill-ewwel logħba fix-xena internazzjonali fejn fid-19 t'Ottubru 1908 kien skorja 9 gowls ma' tim Franċiż (Danimarka 9 - 0 Franza B) u tlett ijiem wara kiseb ukoll l-ikbar rebħa fl-istorja tiegħu meta fit-22 t'Ottubru 1908 rebaħ bi skor ta' 17-il gowl (Danimarka 17 - 1 Franza A). Ma nistgħux ngħidu li dan it-tim dejjem sab il-logħba faċli, għax fl-1937 kiseb l-agħar żewġ logħbiet li qatt lagħab. L-ewwel waħda hi kontra l-Ġermanja li saret fis-16 ta' Mejju 1937 (Ġermanja 8 - 0 Danimarka) u l-logħba l-oħra għalkemm ma tiġix ikkalkulata bħala logħba uffiċjali saret fid-29 t'Awissu kontra l-Pajjiż Bask fejn sofrew 11-il gowl (Danimarka 1 - 11 Pajjiż Bask).
Dan it-tim bil-laqam Danish Dynamite (Splussiv Qawwi Daniż) jew Olsen Banden (peress li jikkowċjah il-kowċ Morten Olsen) daħal għall-ewwel darba fit-Tazza tad-Dinja fl-1986 u wara fl-1998 u fl-2002. Wieħed mis-suċċessi li kiseb kien fl-1992 meta rebaħ l-European Championship, barra f'dik is-sena li rebaħ f'dan il-kampjonat ħa sehem ukoll fl-1964, 1984, 1988, 1996, 2000 u fl-2004.
Fil-Logħob Olimpiku wkoll ħareġ ta' nies, għax b'kollox rebaħ 4 midalji. Il-midalja tal-Bronż rebaħha darba fl-1948 ġewwa Londra (l-Ingliterra). Iżda l-midalja tal-Fidda raha tliet darbiet fl-1908 (Londra), fl-1912 (Stokkħolm) u fl-1960 (Ruma).
Assoċjazzjoni: Dansk Boldspil-Union (L-Assoċjazzjoni Daniża tal-Futbol)
Il-Kowċ: Morten Olsen (2000- )
It-Top Scorer: Paul "Tist" Nielsen (b' 52 gowl)
Il-Kodiċi tal-FIFA: DEN
Ir-Ranking tal-FIFA: 22 post
L-Aħjar Ranking: 3 post (Mejju ta' l-1997)
L-Agħar Ranking: 27 post (Mejju ta' l-1998)
Ir-Ranking tal-Elo: 8
L-Istadjum li jużaw: Parken Stadium