Web Analytics

See also ebooksgratis.com: no banners, no cookies, totally FREE.

CLASSICISTRANIERI HOME PAGE - YOUTUBE CHANNEL
Privacy Policy Cookie Policy Terms and Conditions
Rużar Briffa - Wikipedija

Rużar Briffa

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.

Rużar Briffa
Rużar Briffa

Dr. Rużar Briffa (1906 - 1963) kien poeta u dermatologu Malti daqskemm figura ewlenija fil-letteratura Maltija.


"Qatt ma kelli l-ħsieb li nistampa dawn il-poeżiji fi ktieb. Uħud minnhom ktibthom fi żmien ta’ dwejjaq kbar, oħrajn ta’ ferħ. U ktibthom għalija…."


Dan kien kliem il-poeta nnifsu li deher fl-ewwel ġabra ta’ poeżiji li ppubblika bl-isem Poeżiji fl-1971 grazzi għall-insistenza tat-tieni mara tiegħu Louisette u ta’ ħabibu P. Valentin Barbara. Il-biċċa l-kbira tal-poeżiji tiegħu kitibhom fuq folji maqtugħa ta’ xi ktejjeb tal-but jew fuq in-naħa ta’ ġewwa ta’ pakketti vojta tas-sigaretti. Oħrajn kitibhom fuq karti tar-riċetti mediċi, fuq boroż, insomma, fuq kulma kien jiġi għal idejh f’waqt ta’ muża.

Werrej

[editja] Ħajtu

Rużar Briffa baqa’ magħruf bħala l-poeta taċ-ċokon u tas-sempliċità. Studja fl-iskola elementari tal-Gvern f’Sant’ Iermu u l-Liċeo tal-Belt u wara li għadda mill-eżamijiet tal-Matrikola, fl-1923 beda jgħallem fl-iskejjel elementari. Kellu jkun l-ewwel għalliem bil-matrikola fid-Dipartiment. Ftit xhur wara, fl-1924, beda l-istudju tiegħu fil-mediċina, fl-Università ta’ Malta u ssoktah f’Londra fil-Venereoloġija u d-Dermatoloġija. Fl-1932 sar speċjalista tal-mard tal-ġilda. Baqa’ magħruf għall-umiltà u l-qalb kbira li wera mal-morda, speċjalment mal-lebbrużi.

Skond martu Louisette, ix-xewqa tiegħu fil-professjoni medika kienet li jkabbar il-ġmiel fil-ġilda u jnaqqas il-kruha tagħha, u dan l-aspett jixref sikwit fil-versi tiegħu, tant li fi żmienu kien magħruf bħala l-Poeta tas-Sbuħija.

Flimkien ma’ sieħbu Ġużè Bonnici, fl-1931 waqqaf l-Għaqda tal-Malti - Università, li għadha attiva sal-lum, u beda joħroġ ir-rivista Leħen il-Malti.

Rużar Briffa miet nhar it-22 ta’ Frar, 1963. Il-bijografija sħiħa tiegħu dehret fl-1984 f'xogħol tal-Professur Oliver Friggieri.

[editja] Il-Poeżija

Għalkemm kiteb ftit, Briffa kien apprezzat fit-tul minn diversi kritiċi letterarji. Bosta kitbu fuqu. Dawn huma xi kummenti li hu nnifsu għadda fuq il-poeżija bħala interpretazzjoni individwali u bħala espressjoni artistika, universali:


"Il-poeżiji tiegħi la huma ġrajjiet kbar, la ħsibijiet profondi fuq il-Ħajja u lanqas xewqat għolja ta’ Dinja oħra. Huma biss impressjonijiet, biex ngħid hekk ‘snapshots’ tal-ħajja ta’ kuljum kif tħosshom qalbi. Anki s-‘snapshot’ għandu l-qawwa tiegħu għax ħafna drabi fiċ-ċokon tiegħu jiġbor irqaqat li f’ritratt kbir kienu jitilfu mir-reqqa tagħhom ... jiena wkoll inħoss li l-poeżiji tiegħi għandhom il-qawwa tas-sempliċità."


"Ma ktibtx għall-fama. Il-Poeżija għalija xejn ma hi ħaġa ta’ gost imma aktarx ta’ tbatija kbira."


"Jolqotni ħsieb u jdum iberren f’moħħi għal xhur sħaħ – xi drabi għal snin. Imbagħad f’daqqa jtini ferħ ta’ ġenn. Inkun fejn inkun ikolli nieħu lapis u karta u f’temp ta’ minuta toħroġ weħidha l-poeżija. Ebda poeżija ma ħaditli iżjed minn ħames minuti biex niktibha."


"l-poeżija m’għandhiex tfittex ħlief li tilħaq il-qalb tal-qalb tal-bniedem, u jekk anki jirnexxilha tagħmel dan darba biss, allura l-poeżija tkun laħqet l-aqwa tagħha."

[editja] Jum ir-Rebħ

U l-Kotra qamet f’daqqa – u għajtet: “Jien Maltija!
Miskin min ikasbarni, - miskin min jidħak bija!”
U l-Kotra għanniet f’daqqa – u semmgħet ma’ l-irjieħ
L-Innu ta’ Malta tagħna, – u l-leħen kien rebbieħ
Fuq ngħas l-imgħoddi ġwejjef, – in-ngħas ta’ l-Apatija,
Xħin ruħna kienet rieqda – ġo sodda barranija;
U l-ombra ta’ Vassalli – qamet minn qiegħ il-qabar,
U għajtet: “Issa fl-aħħar – jiena se nsib is-sabar.”


Dawn il-versi jalludu għall-protesta li kienet saret fl-Empire Stadium mis-sapporters Maltin fit-2 ta’ Marzu, 1945 qabel ma bdiet il-logħba ta’ ħbiberija bejn Malta u t-tim Jugoslav, Hadjuk ta' Split (Hrvatski nogometni klub Hajduk Split), li dik il-ħabta kien magħruf mad-dinja kollha. L-King’s Own Band daqqew kemm l-innu nazzjonali Jugoslav u kemm il-God Save the King, mingħajr ma daqqew l-Innu Malti. Il-folla maqrusa fil-laħam il-ħaj qamet bil-wieqfa u bdiet tkanta spontanjament il-versi ta’ Dun Karm fuq mużika ta’ Dr Robert Sammut. Dan il-waqt emozzjonanti ferm li kien baqa’ fuq fomm kulħadd għal ġimgħat sħaħ, tpenġa permezz tal-kelma minn Rużar Briffa fil-poeżija t’hawn fuq.

[editja] Lil Ommi

Benninni ħa norqod,
Benninni bil-ħlewwa,
Kull diqa nessini,
Nessini kull dnewwa;


benninni bil-lajma
ta’ leħnek jirtogħod,
benninni, benninni,
hekk, hekka, bil-mod.


Aħbili li hemm barra
Qed jokrob ir-riħ,
bħal ruħ qiegħda tfittex,
għalxejn il-mistrieħ.


Benninni, benninni,
nessini kull diqa,
benninni, bħal meta
kont ċkejken fin-nieqa,


u l-għanja tennili
– il-għanja ta’ dari –
tat-tfajjel imqareb
mitluf ġewwa x-xagħri:


“Iżd’ommu wisq talbet
lit-twajjeb Bambin,
u Dan it-triq sablu,
għaliex hu ħanin.”


Jien ġrali bħat-tfajjel,
tbegħidt wisq mid-dar,
u kollox sibt hieni,
sakemm il-lejl sar,


u nfirxet ir-reżħa
u d-dlam fuq ix-xagħri,
u sfajt għajjien mejjet,
imriegħex minn dwari.


Fejn taf, għażiż’ommi,
kemm ra l-iben tiegħek
minn xħin telaq daru
u nfired minn miegħek!


Benninni, benninni,
fissidni bħal dari …
hekk … hekk … iva, daħhal
subgħajk ġewwa xagħri;


W għannili, bil-ħlewwa,
il-għanja tas-sewwa.


Hawn jinħass il-poeta introvers li bil-lirika tiegħu fassal il-pedament tal-poeżija moderna Maltija

[editja] Link

Lingwi oħrajn

Static Wikipedia (no images)

aa - ab - af - ak - als - am - an - ang - ar - arc - as - ast - av - ay - az - ba - bar - bat_smg - bcl - be - be_x_old - bg - bh - bi - bm - bn - bo - bpy - br - bs - bug - bxr - ca - cbk_zam - cdo - ce - ceb - ch - cho - chr - chy - co - cr - crh - cs - csb - cu - cv - cy - da - de - diq - dsb - dv - dz - ee - el - eml - en - eo - es - et - eu - ext - fa - ff - fi - fiu_vro - fj - fo - fr - frp - fur - fy - ga - gan - gd - gl - glk - gn - got - gu - gv - ha - hak - haw - he - hi - hif - ho - hr - hsb - ht - hu - hy - hz - ia - id - ie - ig - ii - ik - ilo - io - is - it - iu - ja - jbo - jv - ka - kaa - kab - kg - ki - kj - kk - kl - km - kn - ko - kr - ks - ksh - ku - kv - kw - ky - la - lad - lb - lbe - lg - li - lij - lmo - ln - lo - lt - lv - map_bms - mdf - mg - mh - mi - mk - ml - mn - mo - mr - mt - mus - my - myv - mzn - na - nah - nap - nds - nds_nl - ne - new - ng - nl - nn - no - nov - nrm - nv - ny - oc - om - or - os - pa - pag - pam - pap - pdc - pi - pih - pl - pms - ps - pt - qu - quality - rm - rmy - rn - ro - roa_rup - roa_tara - ru - rw - sa - sah - sc - scn - sco - sd - se - sg - sh - si - simple - sk - sl - sm - sn - so - sr - srn - ss - st - stq - su - sv - sw - szl - ta - te - tet - tg - th - ti - tk - tl - tlh - tn - to - tpi - tr - ts - tt - tum - tw - ty - udm - ug - uk - ur - uz - ve - vec - vi - vls - vo - wa - war - wo - wuu - xal - xh - yi - yo - za - zea - zh - zh_classical - zh_min_nan - zh_yue - zu -

Static Wikipedia 2007 (no images)

aa - ab - af - ak - als - am - an - ang - ar - arc - as - ast - av - ay - az - ba - bar - bat_smg - bcl - be - be_x_old - bg - bh - bi - bm - bn - bo - bpy - br - bs - bug - bxr - ca - cbk_zam - cdo - ce - ceb - ch - cho - chr - chy - co - cr - crh - cs - csb - cu - cv - cy - da - de - diq - dsb - dv - dz - ee - el - eml - en - eo - es - et - eu - ext - fa - ff - fi - fiu_vro - fj - fo - fr - frp - fur - fy - ga - gan - gd - gl - glk - gn - got - gu - gv - ha - hak - haw - he - hi - hif - ho - hr - hsb - ht - hu - hy - hz - ia - id - ie - ig - ii - ik - ilo - io - is - it - iu - ja - jbo - jv - ka - kaa - kab - kg - ki - kj - kk - kl - km - kn - ko - kr - ks - ksh - ku - kv - kw - ky - la - lad - lb - lbe - lg - li - lij - lmo - ln - lo - lt - lv - map_bms - mdf - mg - mh - mi - mk - ml - mn - mo - mr - mt - mus - my - myv - mzn - na - nah - nap - nds - nds_nl - ne - new - ng - nl - nn - no - nov - nrm - nv - ny - oc - om - or - os - pa - pag - pam - pap - pdc - pi - pih - pl - pms - ps - pt - qu - quality - rm - rmy - rn - ro - roa_rup - roa_tara - ru - rw - sa - sah - sc - scn - sco - sd - se - sg - sh - si - simple - sk - sl - sm - sn - so - sr - srn - ss - st - stq - su - sv - sw - szl - ta - te - tet - tg - th - ti - tk - tl - tlh - tn - to - tpi - tr - ts - tt - tum - tw - ty - udm - ug - uk - ur - uz - ve - vec - vi - vls - vo - wa - war - wo - wuu - xal - xh - yi - yo - za - zea - zh - zh_classical - zh_min_nan - zh_yue - zu -

Static Wikipedia 2006 (no images)

aa - ab - af - ak - als - am - an - ang - ar - arc - as - ast - av - ay - az - ba - bar - bat_smg - bcl - be - be_x_old - bg - bh - bi - bm - bn - bo - bpy - br - bs - bug - bxr - ca - cbk_zam - cdo - ce - ceb - ch - cho - chr - chy - co - cr - crh - cs - csb - cu - cv - cy - da - de - diq - dsb - dv - dz - ee - el - eml - eo - es - et - eu - ext - fa - ff - fi - fiu_vro - fj - fo - fr - frp - fur - fy - ga - gan - gd - gl - glk - gn - got - gu - gv - ha - hak - haw - he - hi - hif - ho - hr - hsb - ht - hu - hy - hz - ia - id - ie - ig - ii - ik - ilo - io - is - it - iu - ja - jbo - jv - ka - kaa - kab - kg - ki - kj - kk - kl - km - kn - ko - kr - ks - ksh - ku - kv - kw - ky - la - lad - lb - lbe - lg - li - lij - lmo - ln - lo - lt - lv - map_bms - mdf - mg - mh - mi - mk - ml - mn - mo - mr - mt - mus - my - myv - mzn - na - nah - nap - nds - nds_nl - ne - new - ng - nl - nn - no - nov - nrm - nv - ny - oc - om - or - os - pa - pag - pam - pap - pdc - pi - pih - pl - pms - ps - pt - qu - quality - rm - rmy - rn - ro - roa_rup - roa_tara - ru - rw - sa - sah - sc - scn - sco - sd - se - sg - sh - si - simple - sk - sl - sm - sn - so - sr - srn - ss - st - stq - su - sv - sw - szl - ta - te - tet - tg - th - ti - tk - tl - tlh - tn - to - tpi - tr - ts - tt - tum - tw - ty - udm - ug - uk - ur - uz - ve - vec - vi - vls - vo - wa - war - wo - wuu - xal - xh - yi - yo - za - zea - zh - zh_classical - zh_min_nan - zh_yue - zu

Static Wikipedia February 2008 (no images)

aa - ab - af - ak - als - am - an - ang - ar - arc - as - ast - av - ay - az - ba - bar - bat_smg - bcl - be - be_x_old - bg - bh - bi - bm - bn - bo - bpy - br - bs - bug - bxr - ca - cbk_zam - cdo - ce - ceb - ch - cho - chr - chy - co - cr - crh - cs - csb - cu - cv - cy - da - de - diq - dsb - dv - dz - ee - el - eml - en - eo - es - et - eu - ext - fa - ff - fi - fiu_vro - fj - fo - fr - frp - fur - fy - ga - gan - gd - gl - glk - gn - got - gu - gv - ha - hak - haw - he - hi - hif - ho - hr - hsb - ht - hu - hy - hz - ia - id - ie - ig - ii - ik - ilo - io - is - it - iu - ja - jbo - jv - ka - kaa - kab - kg - ki - kj - kk - kl - km - kn - ko - kr - ks - ksh - ku - kv - kw - ky - la - lad - lb - lbe - lg - li - lij - lmo - ln - lo - lt - lv - map_bms - mdf - mg - mh - mi - mk - ml - mn - mo - mr - mt - mus - my - myv - mzn - na - nah - nap - nds - nds_nl - ne - new - ng - nl - nn - no - nov - nrm - nv - ny - oc - om - or - os - pa - pag - pam - pap - pdc - pi - pih - pl - pms - ps - pt - qu - quality - rm - rmy - rn - ro - roa_rup - roa_tara - ru - rw - sa - sah - sc - scn - sco - sd - se - sg - sh - si - simple - sk - sl - sm - sn - so - sr - srn - ss - st - stq - su - sv - sw - szl - ta - te - tet - tg - th - ti - tk - tl - tlh - tn - to - tpi - tr - ts - tt - tum - tw - ty - udm - ug - uk - ur - uz - ve - vec - vi - vls - vo - wa - war - wo - wuu - xal - xh - yi - yo - za - zea - zh - zh_classical - zh_min_nan - zh_yue - zu