Web Analytics Made Easy - Statcounter

See also ebooksgratis.com: no banners, no cookies, totally FREE.

CLASSICISTRANIERI HOME PAGE - YOUTUBE CHANNEL
Privacy Policy Cookie Policy Terms and Conditions
Aħbarijiet: Frar 2007 - Wikipedija

Aħbarijiet: Frar 2007

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.

F'din il-paġna ħa naraw l-aħbarijiet prinċipali li ġraw fil-Gżejjer Maltin, fi Frar 2007.

Biex tara' x'ġara fix-xhur ta' qabel idħol: Aħbarijiet

[editja] Il-Ħadd 4 ta' Frar

  • Is-Sibt 3 ta' Frar sar il-Go Mobile Malta Song for Europe Festival 2007, taħt it-tinda tal-MFCC, ġewwa Ta' Qali. Din id-darba rebħet Olivia Lewis, wara 11-il sena tipprova, bil-kanzunetta tagħha Vertigo. Vertigo li ġabet b'kollox 30,977 punt (rekord totali) għandha kompożizzjoni ta' Philip Vella u lirika ta' Gerard James Borg.

Fit-tieni post b'7,647 punt ġew il-grupp Trilogy, bil-kanzunetta Starlight, b'kompożizzjoni ta' Paul Abela u kitba ta' Joe Julian Farrugia. U fit-tilett post il-kantant ta' 16-il sena Klinsmann Coleiro, flimkien mal-mużiċisti Għawdxin Brian u Paul, b'7,550 punt għall-kanzunetta She Gives Me Wings. Kantanti oħra li ħadu sehem fil-finali huma Kevin Borg, Pamela u l-band SCAR.

  • Bejn il-Ħamis 1 ta' Frar u s-Sibt 3 ta' Frar, il-Kummisjoni Elettorali kien qed tilqa n-nominazzjoniet għall-elezzjoniet lokali ta' l-10 ta' Marzu li ġej, f'22 lokalità biex jiġu eletti 140 kunsillier. B'kollox nominazzjoniet ġew mitfgħuha 242, li jinkludu 121 kandidat Nazzjonalista, 110 kandidati Laburisti, 7 għall-Alternattiva Demokratika u 4 indipendenti.

[editja] Il-Ħadd 11 ta' Frar

  • Il-ġimgħa l-oħra tliet irġiel waħlu multa ta' Lm5,500 bejnithom, peress li biegħu brieret, T-shirts u arloġġi bil-kutrabandu, ġewwa r-Rabat Għawdex
  • Il-bini ta' madwar il-Pizza Hut f'Triq Nofs in-Nhar, il-Belt Valletta, ġie evakkwat wara li ż-żona tal-bar ta' dan il-ħanut ħadet in-nar, it-Tlieta 6 ta' Frar filgħodu kmieni.
  • Minn ta' l-inqas Lm100,000 f'djamanti, deheb u arloġġ ġew misruqa minn ġojellerija f'Portomaso, San Ġiljan, il-Ħamis 8 ta' Frar meta madwar it-8.00 p.m., żewġ irġiel libsien ta' għassiesa pparkjaw quddiem l-istabilment u ħabtu fuq il-bieb tal-ħġieġ. Hekk kif żewġ impjegati nisa fetħu l-bieb, l-irġiel għamdu wiċċhom.
  • Refuġjat mill-Eritrea sofra ċertu feriti wara li sparrawli f'ġlied bejn grupp ta' Maltin u barranin ħdejn ħanut tax-xorb f'Xatt il-Mollijiet, il-Marsa, il-Ġimgħa 9 ta' Frar filgħodu.
  • Il-KRS Film Distributors il-ġimgħa l-oħra qalu li l-ewwel produzzjoni ċinematografika Maltija, Qerq, li ġiet maħruġa minn din il-kumpanija din il-ġimgħa kienet fil-lista ta' l-Aqwa Għaxar Films li qed jidhru fis-swali taċ-ċinema lokali.

Qerq (12), jinsab għall-wiri fl-Eden Century Cinemas, San Ġiljan, The Empire f'Buġibba, l-Embassy tal-Belt Valletta, u fin-New Sun City Cine Palais ta' Wied il-Għajn. Dan il-film ġibed l-udjenza mill-ewwel darba li ħareġ għall-wiri mill-Erbgħa. Qerq hu film tal-Bronk Productions b'direzzjoni ta' Louis Cuschieri.

  • Is-Sibt 10 ta' Frar, il-President Edward Fenech Adami fetaħ il-proġett ta' Lm300,000, il-ġnien tal-Palazz Spinola, f'San Ġiljan.
  • L-Arċisqof Pawlu Cremona, is-Sibt 10 ta' Frar, iċċelebra l-festa tal-qaddis patrun tiegħu billi qaddes quddiesa fil-knisja kolleġjata ta' San Pawl Nawfraggu fil-Belt Valletta, li għaliha kien hemm preżenti l-President u s-Sinjura Fenech Adami, il-Prim Ministru u s-Sinjura Gonzi, flimkien ma' personalitajiet oħra. Il-purċissjoni bil-vara ta' San Pawl ħarġet mill-knisja imma ftiet wara reġat daħlet minħabba x-xita. Imma, il-marċ tradizzjonali mill-Banda La Vallette sar waranofsinhar bħas-soltu.
  • Raġel miet u ieħor spiċċa fil-periklu tal-mewt wara li inċident ta' traffiku sar fit-triq li taqgħad lill-Mosta ma' l-Imġarr, il-bieraħ is-Sibt 10 ta' Frar, waranofsinhar.
  • Il-Ħadd 11 ta' Frar, kompliet il-Maratona tax-Xagħar 2007, maratona għall-karità ta' 36-siegħa. Mijiet ta' volontiera li jinkludu diversi personalitajiet distinti mill-qasam ta' divertiment iddedikaw ftiet ħin biex jgħinu lir-Razzaet tal-Ħbiberija. L-istudenti ta' l-MCAST flimkien mar-Razzett tal-Ħbiberija organizzaw din il-maratona, li xxandret fuq l-istazzjoniet ta' televiżjoni lokali.
  • Fil-qasam tal-futbol lokali- fil-BOV Premier League jinsab hekk (mill-ewwel sa l-aħħar): Marsaxlokk (45 punt), Msida (33 punt), Sliema (31 punt), Valletta u Birkirkara (30 punt il-wieħed), Hibernians (25punt), Floriana (24 punt), Bormla (12-il punt), Pietà Hotspurs (11-il punt) u Marsa (3 punti).


aa - ab - af - ak - als - am - an - ang - ar - arc - as - ast - av - ay - az - ba - bar - bat_smg - bcl - be - be_x_old - bg - bh - bi - bm - bn - bo - bpy - br - bs - bug - bxr - ca - cbk_zam - cdo - ce - ceb - ch - cho - chr - chy - co - cr - crh - cs - csb - cu - cv - cy - da - de - diq - dsb - dv - dz - ee - el - eml - en - eo - es - et - eu - ext - fa - ff - fi - fiu_vro - fj - fo - fr - frp - fur - fy - ga - gan - gd - gl - glk - gn - got - gu - gv - ha - hak - haw - he - hi - hif - ho - hr - hsb - ht - hu - hy - hz - ia - id - ie - ig - ii - ik - ilo - io - is - it - iu - ja - jbo - jv - ka - kaa - kab - kg - ki - kj - kk - kl - km - kn - ko - kr - ks - ksh - ku - kv - kw - ky - la - lad - lb - lbe - lg - li - lij - lmo - ln - lo - lt - lv - map_bms - mdf - mg - mh - mi - mk - ml - mn - mo - mr - mt - mus - my - myv - mzn - na - nah - nap - nds - nds_nl - ne - new - ng - nl - nn - no - nov - nrm - nv - ny - oc - om - or - os - pa - pag - pam - pap - pdc - pi - pih - pl - pms - ps - pt - qu - quality - rm - rmy - rn - ro - roa_rup - roa_tara - ru - rw - sa - sah - sc - scn - sco - sd - se - sg - sh - si - simple - sk - sl - sm - sn - so - sr - srn - ss - st - stq - su - sv - sw - szl - ta - te - tet - tg - th - ti - tk - tl - tlh - tn - to - tpi - tr - ts - tt - tum - tw - ty - udm - ug - uk - ur - uz - ve - vec - vi - vls - vo - wa - war - wo - wuu - xal - xh - yi - yo - za - zea - zh - zh_classical - zh_min_nan - zh_yue - zu -