Web Analytics Made Easy - Statcounter

See also ebooksgratis.com: no banners, no cookies, totally FREE.

CLASSICISTRANIERI HOME PAGE - YOUTUBE CHANNEL
Privacy Policy Cookie Policy Terms and Conditions
Aħbarijiet - Wikipedija

Aħbarijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.

F'din il-paġna ħa nibdew ngħatu ħarsa lejn l-Aħbarijiet interesanti li ġraw fil-Gżejjer Maltin, jew li b'xi mod jagħmlu efett fuq Malta u l-Maltin.

Kull nhar ta' Ħadd ħa niktbu x'ġara fis-sebgħa t'ijiem ta' qabel. Matul l-2007 b'kollox 52 ġimgħa. Fl-aħbarijiet li ħa niktbu mhux ħa nsemmu l-ebda isem ta' persuna, sa kemm din il-persuna mhux ta' grad għoli fis-soċjetà u għamel jew għamlet xi unur lil Malta.

Dawn l-aħbarijiet ħa jitiħdu minn midja lokali kemm bil-lingwa Maltija kif ukoll Ingliża. Importanti wkoll li mhux ħa ngħatu l-opinjoni tagħna, u kull jgħoġbu li jikteb aħbar hu din tried tkun vera, reali u bla opinjoni.

(Biex ngħatu eżempju kif ħa jiġi mibni dan l-aħbarijiet lokali, bdejna mill-aħħar xahar tas-sena 2006.)

Werrej

[editja] Il-Ħadd 31 ta' Diċembru, 2006

  • It-Tnejn 25 ta' Diċembru Malta kienet qegħda tiċċelebra l-festa tant maħbuba tal-Milied, il-festa ta' twelied ta' Ġesù.
  • Żewġ persuni mill-Isla, l-Erbgħa (27 ta' Diċembru) ġew akkużati b'pussess t' eroina u bi ħsieb li jbiegħuha 100 metru biss il-bogħod minn skola jew ċentru ta' żgħażagħ. Dawn iż-żewġ persuni qalu li mhux ħatja. Wieħed minnhom ġie akkużat b'traffikar ta' droga. It-Tnejn li huma żammu f'kustodja tal-pulizija.
  • Il-President Edward Fenech Adami u s-Sinjura Fenech Adami l-Erbgħa (27 ta' Diċembru) ppreżentaw is-somma ta' Lm19,500 li diversi assoċjazzjoniet filantropiċi u stituti għan-nom tal-Community Chest Fund.

Id-19-il għaqda li vvantaġaw minn din l-għajnuna huma: Angela House, Arka Resite Centre, Il-Moviment ta' Kana, Dar l-Emigranti, Dar Qalb ta' Ġesù, is-Sorijiet Franġiskani, Friends of Sapport Agency, Lourdes Home, il-MUSEUM tal-Bniet ta' Ħad-Dingli, il-MUSEUM ta' Bormla, OASI, Pompeii Home, Stand, YMCA, Dar San Franġisk de Paule, l-Iskola Laura Vicuna, Society of Ladies of Charity (San Vinċenz de Paul), is-Sorijiet Dumnikani f'Trionfi Home, u l-Physically Handicapped Society ta' Kordin. Matul is-sena 2006, il-Community Chest Fund qasmet Lm521,755, li jinkludu Lm48,053 lil assoċjazzjoniet filantropi u stituti, filwaqt li Lm373,704 inatgħu l-fuq minn 3,000 persuna individwali u l-fuq minn Lm100,000 lill-familji ta' pazjenti li qed jirċievu l-kura barra minn Malta.

  • Wieħed mill-ġuvintur ta' 17-il sena mix-Xagħra, Għawdex, li kienu nvoluti f'aċċident ta' traffiku fix-Xagħra stess fil-21 ta' Diċembru, 2006, miet il-ġimgħa l-oħra. Dawn iż-żewġ ġuvintur kienu f'kundizzjoni kritika wara ħabta bejn Pajero u scrambler. Iż-żgħażagħ kienu fuq l-iscrambler.

Il-ġuvni l-ieħor sal-Ħadd 31 ta' Diċembru, kien għaddu f'pożizzjoni kritika imma f'kundizzjoni stabli.

  • Il-gvern nhar il-Ġimgħa 29 ta' Diċembru, qal li s-surcharge tal-fuel din is-sena huwa stmat li laħaq Lm32.11 miljun, ibbażat fuq il-prezzijiet tal-fuel u l-konsum t'elettriku f'Novembru u Diċembru. Fl-istess ħin il-gvern ikkonferma tnaqis fis-surcharge ta' l-elettriku u l-ilma għal 54 fil-mija, minn 59.5 fil-mija. Dan is-surcharge, l-inqas wieħed tas-sena, ħa jgħodd għal Jannar u Frar li ġejin.

Il-prezz tal-petrol bla ċomb (unleaded), tal-LRP, ta' diesel, tal-pitrolju, u tal-light heating oil mhux ħa jinbidel sa Frar - 42ċ6, 45ċ6, 38ċ9, 39ċ u 24ċ kull litru rispetivament. Il-prezz ta' thin fuel ukoll mhux ħa jinbidel.

  • Żewġ Taljani u Sloven ġew akkużati li għamlu frodi ta' Lm74,000 fuq każinò, dawn ġew imwaħla pleġġ taħt kundizzjoniet stretti. Il-maġistrat tefgħa/t lil dawn l-irġiel arrestati f'darhom u multa ta' Lm5,000 u garanzija personali ta' Lm15,000.

Dawn ma jistgħux joħorġu mill-apartament tagħhom f'San Ġiljan, ħlief biex imoru għand it-tabib u biex jixtru l-bżonnijiet darbtejn fil-ġimgħa għal sgħatejn kull darba.

  • Is-Sibt 30 ta' Diċembru, 2006, fis-siegħa u kwart ta' filgħodu, il-pulizija rċeviet rapport li tliet karozzi pparkjati f'Misraħ Sant' Elena, Birkirkara, ħadu n-nar. U żewġ karozzi f'toroq qrib kienu qed jaqbdu wkoll. Il-pumpiera tal-Protezzjoni Ċivili ġew immsejħa fuq il-post biex jitfgħu n-nar. It-tliet karozzi li qabdu f'Misraħ Sant' Elena kienu Skoda Favorit, Opel Kadett u Toyota Corolla.

Iż-żewġ karozzi l-oħra kienu Fiat 127 fi Triq Tal-Ħerba u Morris Marina fi Triq Tumas Fenech, kollha f'Birkirkara. Fuq dan il-każ ġie arrestat raġel minn Birkirkara. Fl-istess lejl Bring-in-Sites fi Triq Dun Karm, l-Iklin ħadu n-nar ukoll. Mhux mgħaruf jekk dan il-każ sarx mill-istess raġel li qabad il-karozzi.

  • Madwar Lm500,000 ġew miġbura s-Sibt 30 ta' Diċembru, 2006, matul L-Istrina, il-maratona televiżiva ta' karità nazzjonali li nġabru fondi għal sittax-il għaqda filantropa. Is-sena l-oħra l-ammont miġbur kien dak ta' Lm1,292,849, li jinkuldu Lm590,000 mill-irkant tal-bejgħ ta' 59 karozza BMW li ntużaw matul il-laqgħa tal-kapijiet ta' l-istati tal-Commonwealth.

Din il-maratona ta' 12-il siegħa saret taħt it-tinda l-ġdida f'Ta' Qali. F'din il-maratona ħadu sehem il-fuq minn 60 preżentatur għal l-ewwel darba, iżda bis-saħħa ta' 4 personalitajiet nisa. Ħadu sehem ukoll 400 volontir.

  • Sports Lokali:
    • Mill-Ewwel Diviżjoni San Ġwann li jinsab fl-aħħar tal-klassifika rebaħ lil Qormi li jinsab l-ewwel flimkien ma' l-Imqabba. (San Ġwann 2-1 Qormi).
    • Il-Ħamrun Spartants komplew jitilgħu l-fuq tal-klassifika ta' l-Ewwel Diviżjoni wara li rebħu lil Vittoriosa Stars (Vittoriosa Stars 0-1 Ħamrun Spartans).
    • Fil-Premier League Marsaxlokk spiċaw l-ewwel fit-tmiem is-sena 2006, b'rebħa fuq Floriana (Floriana 0-1 Marsaxlokk).
    • Spiċaw bi draw ta mingħajr gowls fl-logħba bejn żewġ timijiet li jinsabu fl-aħħar klassifika tal-Premier League, li huma Pietà Hotspurs u St. George's.
    • Mit-Tieni/Tielet KO kwarti finali Rabat Ajax rebħu lil Melita bi skor ta 4 b'1, u Balzan Youths rebħu lil Mellieħa bi skor ta' 2 b'1.
    • Fl-Ewwel Diviżjoni t'Għawdex Nadur Youngsters kontra Xagħra United spiċaw bi draw ta' bla gowls.

[editja] Il-Ħadd 7 ta' Jannar

  • It-Tnejn 1 ta' Jannar Malta kienet qed tiċċelebra l-festa pubblika ta' l-Ewwel tas-Sena.
  • It-Tnejn 1 ta' Jannar tifla ta' sebgħa snin kienet f'kundizzjoni kritika għax ġiet imtajra minn karozza li missierha kien qiegħad isewi fil-garaxx tiegħu ġewwa s-Swieqi, l-jum ta' qabel. Jidher li l-karozza ċċaqalqet u tajret it-tifla li kienet għadejja minn warajha.
  • Il-fuq minn Lm200,000 ġew miġbura, t-Tnejn 1 ta' Jannar, f'maratona ta' 14-il siegħa fi ġbir ta' fondi organizata mir-radju RTK f'ġieh id-Dar tal-Providenza. Din il-maratona saret għal 11-il darba konsukutiva biex jgħinu lil din id-dar li għandha nefqa ta' Lm1,600,000 biex tkompli tgħin nies fil-bżonn.
  • It-Tlieta 2 ta' Jannar beda s-Sale minn diversi ħwienet fil-Belt Valletta
  • Id-Dwana Maltija qabdet madwar tmien miljun sigarett li kien f'kontejner għalkemm il-kuntrabandisi għamlu li setgħu biex jeħilsu mill-X-RAY. Is-sigaretti kienu ppakjati wara ħajt tal-kaxxi li l-faċċata ta' barra kienet miksija bil-metall, biex forsi l-apparat ta' l-X-RAY ma jaqrax tajjeb. Id-Dwana Maltija qalet li din il-qabda saret fil-Port Ħieles (Freeport) wara investigazzjoni ta' diversi jiem.
  • It-Tlieta 2 ta' Jannar, miet ir-raġel ta' 43 sena minn Birkirkara li kien ġie mtajjar minn karozza f'San Ġiljan, ix-xahar l-ieħor. Dan ir-raġel Karkariż kien qed jaqsam Triq Sant' Andrija fis-siegħat bikrin tal-21 ta' Diċembru fejn ġie mtajjar minn karozza misjuqa minn ġuvni mill-Birgu.
  • Is-Sibt 6 ta' Jannar, f'jum it-Tre Re saret in-Notte Magica. Notte Magica ffukat l-iżjed fuq il-mużika lokali, u eluf laqgħu din l-istedina biex iġibu fit-tmiem l-istaġun tal-Milied billi joqgħdu dduru mal-Belt kapitali. L-attivitajiet ma' toroq - li saru f'diversi żoni fil-Belt Valletta - f'madwar 20 post differenti.

Dawk li ħobbu l-atmosfera tal-festa tradizzjonali setgħu gawdu l-baned Valletta King's Own, La Vallette, u l-Banda Ċittadina Sliema, idoqqu matul Triq ir-Repubblika, u l-grupp folkloristiku Nafra, idoqq l-istrumenti tradizzjonali Maltin f'Auberge d'Italie. Ix-xow kumidja ta' Zoo sar fil-fdal ta' Teatru Rjal. u f'Misraħ il-Ħelsien kien hemm kunċerti minn Winter Moods, il-band Irlandiża The Commitments u Ira Losco.

  • Sports
    • Is-sapporters ta' l-AC Milan kellhom opportunità unika din il-ġimgħa hekk kif ġew Malta l-plejers ta' Carlo Ancelotti għat-training camp ta' xitwa, u għal attivitajiet soċjali ma' sapporters Milanisti Maltin.

[editja] Il-Ħadd 14 ta' Jannar

  • Numru ta' pitturi, kit tal-futbol ta' l-istilla Milanista Paolo Maldini, u nkwanti tar-rebbieħ tal-Formula 1 Fernando Alonso kien ftit mill-affarijiet li ġew irkantati s-Sibt 13 ta' Jannar, fl-Irkant ta' L-Istrina. Dan l-irkant sar fil-Kavallier ta' San Ġakbu, l-Belt Valletta u xxandar dirett fuq TVM. Bis-saħħa ta' dan l-irkant is-somma miġbura f'L-Istrina 2006 qabżet Lm500,000.
  • Madwar Lm8,000 ta' flus Maltin, Frank Svizzeru, Ewro, Sterlina u Dollaru Kanadiż, ġew misruqa f'serqa fuq burò li ssaraf l-flus fir-Rabat Għawdex. Is-sid tal-burò nduna b'din is-serqa s-Sibt 13 ta' Jannar hekk kif mar jiftaħ il-burò. Hu l-aħħar li kien fil-burò l-Ħamis 11 ta' Jannar.
  • Il-biljetti tal-Kanzunetta Maltija għall-Ewropa (Malta Song for Europe), li ħa ssir fit-tinda tal-'Malta Fairs and Convention Centre' ġewwa Ta' Qali fl-1 u 3 ta' Frar, ħa jkunu għall-bejgħ mit-Tnejn 15 ta' Jannar. Fl-ewwel lejl, minn 16-il finalist ħa jintgħażlu sitta biex jerġaw ikantaw fil-lejl tal-finali.
  • L-Arċisqof Ġużeppi Mercieca ħa jżomm l-appuntament annwali tiegħu mal-koppji miżżewġin friski, fl-laqgħa organizzata mill-Moviment ta' Kana fil-Kon-Katidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta, illum 14 ta' Jannar fis-6.30 p.m.
  • It-Tnejn, 8 ta' Jannar, raġel minn Ħal-Tarxien ġie akkużat li pprova joqtol lil martu u lil ġenituri tagħha b'sikkina l-Ħadd li għadda. Hu wieġeb mhux ħati.
  • Grupp ta' 19-il Niġerjan li kienu Malta bħala immigranti illegali ġew mibgħuta lura lejn in-Niġerja. Dawn telqu lura mill-ajruport il-qadim fuq ajruplan Taljan li telaq mill-Italja b'20 immigrant Niġerjan ieħor.
  • Ġie approvat it-tieni mirakli mill-Kongrezzjoni għall-Każijiet tal-Qdusija f'Ruma li dan jista' wwassal għall-Konaniżazzjoni tal-Beatu Ġorġ Preca, qalet il-Kurja ta' l-Arċisqof nhar l-Erbgħa 10 ta' Jannar. Il-mibki Papa Ġwanni Pawlu II kien ibbeatifika lil Dun Ġorġ f'Mejju 2001. Iżda xahar wara l-beatifikazzjoni tiegħu, ġie mfejaq tifel tarbija wara li saru xi talb lil dan il-beatu.

[editja] Il-Ħadd 21 ta' Jannar

  • Is-Sibt 20 ta' Jannar, bil-lejl, l-Arċisqof Elett Monsinjur Pawlu Cremona mar jintaqgħa maż-żgħażagħ ġewwa Paceville. L-ewwel żar Bay Street, u wara indirizza liż-żgħażagħ fil-knisja parrokkjali ta' San Ġiljan u wmbbad telaq bil-mixi lejn il-kappella tal-Millenju. U illum il-Ħadd 21 ta' Jannar, intaqgħa mat-tfal ġewwa Ta' Qali.
  • Id-Deputat Prim Ministru Ingliż, ħa jiġi Malta din il-ġimgħa li ġeja. Hu mistenni li jasal Malta l-Erbgħa waranofsinhar mir-Rumanija. Bħalissa jinsab fi żjara li qed jgħamel lill-istati membri ġodda ta' l-Unjoni Ewropea.
  • Ħareġ li iżjed minn 50,000 ruħ maru l-Belt Valletta f'Notte Magica - it-Tre Re, fis-6 ta' Jannar li għadda. Dawn bejnithom nefqu s-somma ta' Lm853,500, li jiġu li nefqu Lm16.77ċ ir-ras.
  • Il-MEPA ħa taħdem biex issalva l-importanza xjentifika u ekoloġika tal-biodiversità ta' flora u fawna li tinstab f'artijiet nidjin bħal dawk tas-Simar f'San Pawl il-Baħar u l-Magħluq f'Marsaskala.
  • Ħareġ li bejn Jannar u Novembru ta' sena l-oħra mietu 339 persuna b'kawża ta' tipjip li 239 minnhom kienu rġiel, qal il-Ministru tas-Saħħa, t-Tnejn 15 ta' Jannar.
  • L-Erbgħa 17 ta' Jannar, Libjan ġie mitfugħ 10 il-ħabs u weħel multa ta' Lm10,000 wara li nstab ħati li importa madwar 430 gramma eroina minn Tripli għal Malta, f'Novembru 2003.
  • Skond figuri mill-Uffiċju Nazzjonali ta' l-Istatistika (NSO) il-popolazzjoni ta' Malta laħqet l-404,346 ruħ sa l-aħħar ta' l-2005. Dan iffiser li l-popolazzjoni kibret b'1,678 ruħ f'sena. Il-figuri juru li Malta għandha l-ikbar densità ta' popolazzjoni fl-Unjoni Ewropea - b'1,282 ruħ f'kull kilometru kwadru - tliet darbiet iżjed mill-Olanda.
  • Il-Papa Benedittu XVI qal lil Prim Ministru Lawrence Gonzi, waqt laqgħa ta' kwarta fil-librerija privata tiegħu fil-Vatikan, il-Ħamis 18 ta' Jannar li ħa jgħamel mill-aħjar biex jiġi Malta, imma ma qalx id-data meta ġej. Il-Prim Ministru qal lil Papa biex jiprova jgħamel mill-aħjar biex jikkanoniża lil Dun Ġorġ Preca f'Malta. Dun Ġorġ li waqqaf l-għaqfa tal-MUSEUM jista' jikun l-ewwel qaddis Malti. Relikwa tal-fidda li turi 'Il-Qtugħ ir-Ras ta' San Ġwann' ta' Caravaggio ġiet ippreżentata lil papa. Is-Sinjur u s-Sinjura Gonzi maru żżuru wkoll il-qobra tal-Papa Pawlu VI, San Pietru, u fl-aħħar tal-Papa Ġwanni Pawlu t-Tieni.

[editja] Il-Ħadd 28 ta' Jannar

  • L-Arċisqof Pawlu Cremona għażel lill-Isqof Annetto Depasquale bħala l-Vigarju Ġenerali, u lil Dun Anton Gouder bħala Pro-Vigarju Ġenerali biex jassisti lil Monsinjur Depasquale. U Dun Jimmy Bonniċi inħatar bħala Rettur ta' Seminarju Maġġur.
  • Żagħżugħ Ingliż li joqgħod Birżebbuġa, ta' 17-il sena s-Sibt 27 ta' Jannar, ġie mressaq quddiem il-qorti b'akkuża li hedded lil żewġ uffiċjali tal-pulizija u uża l-forza fuq ommu u ħuh fid-dar tal-familja kmieni wara nofsinhar.
  • It-Tnejn, 22 ta' Jannar, ġie ssiġillat il-ftehim dwar l-iSmartCity Malta. Wara preżentazzjoni dettaljata mill-Ministru tal-IT, il-kabinett approva t-termini tal-ftehim. Il-proposta tal-proġett b'somma ta' LM110 miljuni, kienet ġiet diskussa fi Frar li għadda, dan il-proġett ħa jsir f'Rikażli.
  • It-Tnejn, 22 ta' Jannar, fit-8 a.m. mara mix-Xewkija ġiet mwaqqfa u misruqa minn raġel mgħammad, hekk kif kienet sejra tiddepożita l-flus fil-bank. Din is-serqa saret fi Triq il-Knisja, ix-Xewkija stess.

[editja] Aħbarijiet f'Xhur Oħra ta' l-2007


aa - ab - af - ak - als - am - an - ang - ar - arc - as - ast - av - ay - az - ba - bar - bat_smg - bcl - be - be_x_old - bg - bh - bi - bm - bn - bo - bpy - br - bs - bug - bxr - ca - cbk_zam - cdo - ce - ceb - ch - cho - chr - chy - co - cr - crh - cs - csb - cu - cv - cy - da - de - diq - dsb - dv - dz - ee - el - eml - en - eo - es - et - eu - ext - fa - ff - fi - fiu_vro - fj - fo - fr - frp - fur - fy - ga - gan - gd - gl - glk - gn - got - gu - gv - ha - hak - haw - he - hi - hif - ho - hr - hsb - ht - hu - hy - hz - ia - id - ie - ig - ii - ik - ilo - io - is - it - iu - ja - jbo - jv - ka - kaa - kab - kg - ki - kj - kk - kl - km - kn - ko - kr - ks - ksh - ku - kv - kw - ky - la - lad - lb - lbe - lg - li - lij - lmo - ln - lo - lt - lv - map_bms - mdf - mg - mh - mi - mk - ml - mn - mo - mr - mt - mus - my - myv - mzn - na - nah - nap - nds - nds_nl - ne - new - ng - nl - nn - no - nov - nrm - nv - ny - oc - om - or - os - pa - pag - pam - pap - pdc - pi - pih - pl - pms - ps - pt - qu - quality - rm - rmy - rn - ro - roa_rup - roa_tara - ru - rw - sa - sah - sc - scn - sco - sd - se - sg - sh - si - simple - sk - sl - sm - sn - so - sr - srn - ss - st - stq - su - sv - sw - szl - ta - te - tet - tg - th - ti - tk - tl - tlh - tn - to - tpi - tr - ts - tt - tum - tw - ty - udm - ug - uk - ur - uz - ve - vec - vi - vls - vo - wa - war - wo - wuu - xal - xh - yi - yo - za - zea - zh - zh_classical - zh_min_nan - zh_yue - zu -