Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Fil-mitoloġija Griega Apollo, magħruf ukoll bħala Deljan (laqam li ġej minn Delos, il-gżira li twieled fuqha), huwa iben Żeus u Leto, it-tifla ta' Titan. Skond il-leġġenda Omerika, Apollo kien alla tal-profezija u ġieli ta d-don tal-profezija lill-mortali li kien iħobb. Waħda minn dawn kienet il-prinċipessa Trojjana Cassandra. L-iktar oraklu importanti tiegħu hu dak ta' Delfi.
Mużiċista prim, Apollo kien ipaxxi lill-allat bid-daqq tal-lira. Kien magħruf ukoll bħala qawwas ħili ferm u bħala atleta - l-ewwel wieħed li rebaħ il-logħob Olimpiku. Oħtu t-tewmija, Artemis, kienet il-gwardjana tax-xebbiet, waqt li hu kien iħares il-ġuvintur. Minbarra dan, jingħad li Apollo kien anke l-alla ta' l-agrikoltura, tal-merħliet, tad-dawl u tal-verità. Ġieli ġie mfixkel ma' Eljos, l-alla tax-xemx, u oħtu ma' Selene, l-alla tal-qamar. Kien hu li għallem lill-mortali l-arti tal-fejqan. Frott is-sbuħija fiżika tiegħu, Apollo ġie rraffigurat fl-arti antika iktar minn kull divintà oħra. L-iktar li tpenġa hu bħala żagħżugħ sabiħ, kważi dejjem bla leħja, u b'lira jew b'qaws f'idejh.
|
Mitoloġija Griega
|
Divinità | Ġganti | Nimfi | Muże | Personifikazzjoni |
Ade | Afrodite | Apollo | Ares | Artemide | Asclepio | Atena | Demetra | Dijonisju
Efestu | Eljo | Eolo | Era | Erme | Estia | Ge | Krono | Posejdone | Urany | Żews
|
Persunaġġi | Argonawti | Sette contro Tebe | Epigoni | Eroj |
Agamennone | Akille | Atalanta | Bellerofonte | Dedalo | Deucalione Diomede | Epimeteo
Eracle | Ettore | Giasone | Ikaro | Io | Kassandra | Medusa | Menelao | Minosse
Pan | Penelope | Sisifo | Talo | Tesew | Ulisse
|
Annimali u mostri | Festi | Gwerra ta' Trojja | Postijiet | Odissea | Popli |
|
|
Mitoloġija Rumana
|
Ġove | Ġunone | Nettunu | Apollo | Merkurju | Venere | Marte | Minerva | Diana | Bakku | Plutone | Muse
Kupidu | Saturno | Vulkan | Giano | Nike | Cerere | Ruma | Abbondanza | Esculapio | Flora | Awrora
|
Persunaġġi |
Enea | Romolo | Remo | Erkole | Karonte | Didone | Askanjo
|
|