1 ta' Jannar
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
L-1 ta' Jannar hu l-ewwel jum tas-sena fil-kalendarju Gregorjan. Fadal 364 jum (365 jum f'sena biżestilibiex tintem is-sena. Il-jum ta' qabel hu l-31 ta' Diċembru tas-sena ta' qabel.
[editja] Ġrajjiet
- 153 Q.K. - Il-konsilji Rumani bdew is-sena fl-uffiċċju tagħhom.
- 45 Q.K. - Il-kalendarju Ġuljan beda jintuża' għall-ewwel darba.
- 404 - L-aħħar kompetizzjoni bejn il-gladjaturi saret f'Ruma.
- 630 - Il-Profeta Mawmettu lesta postu barra l-belt ta' Mekka bl-armata tiegħu.
- 1001- Il-Gran Prinċep Stiefnu I ta' l-Ungerija ġie mlaħaq l-ewwel Re ta' l-Ungerija mill-Papa Silvestru II.