Sport
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Sport huwa attività li, bħal kull ħaġa oħra, għandu numri ta' regoli, kif ukoll fih sens kbir ta' kompetitività. L-isports huwa magħruf bħala attività fejn il-punti fiżiċi tal-kompetitur huma l-uniċi jew primarjament jiddetermina ir-riżultat (tirbaħ jew titlef). Wieħed jista' jsib ħafna tipi ta' sport bħal sport tal-moħħ jew sport tal-muturi, fejn tintuża il-konċentrazzjoni tal-moħħ kif ukoll għodda oħra ta' kwalità.
Werrej |
[editja] Etimoloġija
"Sport" ġejja mill-kelma Franċiża desport li tfisser "pjaċir".
[editja] Storja
Għal iktar informazzjoni fuq dan is-suġġett ara l-artiklu prinċipali: Storja ta' l-Isports. |
Hemm diversi teoriji u strutturi li jsostnu li ċ-Ċiniżi bdew attivitajiet sportivi madwar 4000 sena q.K.[1] Il-ġinnastika tidher li kienet sport populari fiċ-Ċina tal-passat. Monumenti lil Farawni jidhru li numru ta' sports, inklużi l-għawm u s-sajd, kienu żviluppati u regulati diversi elef ta' snin ilu fl-Eġittu antika.[2] Sports tal-Persjani kienu jinkludu l-arti marzjali Iranjani u tradizzjonali ta' Zourkhaneh.[3] Sports oħra li oriġinaw mill-Persja jinkludi l-polo.
Varjeta kbira ta' sports kienu stabiliti fi Greċja l-Antika u l-kultura militari u l-iżbilupp ta' l-isports fil-Greċja influwenzaw lil xulxin. L-isports saru parti importanti tal-kultura li l-Griegi ħolqu l-Logħob Olimpiku, li fl-antik kien isir kull erba' snin f'villaġġ żgħir fil-Peloponneso, li kien iġib l-isem ta' Olimpja.[4]
L-Industrijalizzazzjoni ġabet aktar ħin liberu għaċ-ċittadini biex jiżvillupaw lilhom infushom u lil pajjiżhom, fejn b'hekk kien hemm aktar ħin biex in-nies jattendu u jsegwu sports għall-ispettaturi, parteċipazzjoni ikbar f'attivitajiet atletiċi, u aċċessibilità aħjar. Din il-"moda" kompliet bl-influwenza tal-medja u l-komunikazzjoni globali. Professjonaliżmu sar prevalenti, fejn għen lill-isports ikun aktar popolari, hekk kif il-fans bdew isegwu l-atleti professjonisti fuq ir-radju, televiżjoni, u l-internet; dawn kollha kienu jsiru waqt li huma kienu wkoll jeżerċizzaw u jieħdu sehem fi sports.
Fil-millenju l-ġdid, sports saru aktar iħarsu lejn aspett fiżiku għal dak mentali u psikoloġiku. Attivitajiet fejn ir-riżultat tagħhom hu ddeterminat minn ġudizzju skond kif tesegwixxi l-ispettaklu tiegħek, huma kkunsidrati bħala prestazzjonijiet jew kompetizzjonijiet.
[editja] Professjonaliżmu
Għal iktar informazzjoni fuq dan is-suġġett ara l-artiklu prinċipali: Sport professjonali. |
L-aspett tal-pjaċir ta' l-isport, flimkien mat-tixrid tal-medja u ħin aktar liberu, ġab lill-isports isir wieħed professjonist. Dan irriżulta f'xi ftit tal-kunflitt, fejn il-qligħ tal-flus jista' jidher bħala aktar importanti mill-aspett li wieħed jieħu gost, jew fejn l-isport huwa mibdul sempliċiment biex ikun aktar profittabli u popolari, u b'hekk jitlef tradizzjonijiet ta' valur.
[editja] Teknoloġija
It-teknoloġija tilgħab rwol importanti fl-isports, fejn kemm jekk għandu x'jaqsam mas-saħħa ta' l-atleta, it-teknika ta' l-atleta jew l-għodda li juża', it-teknoloġija hija importanti.
- Fornimenti - Hekk kif l-isports sar aktar kompetittiv, il-bżonn ta' fornimenti aħjar beda jinħass. Diversi għodda li jintużaw waqt l-isports bħal elmi, blalen, u oħrajn raw bidliet kosiderevoli hekk kif teknoloġiji ġodda dehru
- Saħħa - Minn nutrizzjoni għal trattament ta' xi korriment, hekk kif id-dehen fuq il-ġisem tal-bniedem kiber aktar, il-potenzjal ta' l-atleta kiber aktar. L-atleti issa jistgħu jilgħabu f'età iktar ikbar milli kienet qabel, jirkupraw aktar mill-uġiegħ li jkollhom, u jipprattikaw aktar effettivament minn ġenerazzjonijiet oħra ta' atleti.
- Struzzjoni - It-teknoloġija kkrejat opportunitajiet ġodda ta' riċerka fl-isports. Issa hu possibli li tanalizza l-aspetti ta' l-isports li qabel ma setgħux jintlaqħqu. Li tkun kapaċi li tara l-movimenti ta' atleta jew simulazzjonijiet fuq kompjuters avvanzati biex jimmudellaw xenarji fiżiċi, kabbar aktar l-abilita ta' l-atleta biex jifhem dak li qed jagħmel u kif jistgħu jiżviluppaw lilhom infushom.
[editja] Aqra aktar
- The Meaning of Sports (Tifsira ta' l-Isports) minn Michael Mandel (ISBN 1-58648-252-1)
- Journal of the Philosophy of Sport (Ġurnal tal-Filosofija ta' l-Isports)
[editja] Referenzi
[editja] Ara wkoll
- Lista
- Lista ta' sports
- Lista ta' personalitajiet sportivi
- Suġġetti relatati
- Sports femminili
- Sports għall-persuni b'diżabilità
- Logħob Olimpiku