Fwied
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Il-fwied huwa organu li jinsab fil-vertebrati. Għandu rwol importanti ħafna fil-metaboliżmu u għandu bosta funzjonijiet oħra relatati mad-ditossifikazjoni ta' drogi, mal-ħażna ta' glikoġenu (en: glycogen) u s-sintesi tal-proteini li jinsabu fid-demm u l-plażma. Il-fwied jipproduċi wkoll il-bili (en: bile), li għandu importanza kbira fid-diġestjoni, partikolarment taż-żjut u xaħmijiet oħra. It-termini mediċi relatati mal-fwied bosta drabi jibdew bil-prefiss epato- jew epatiku, li ġejja mill-kelma Griega hepar li tfisser fwied.
Dan l-artiklu huwa abbozz. Jekk tista', tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skond il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija.
Għal lista kompluta ta' abbozzi, ara l-kategorija relatata. |