Morena Camilleri
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Morena | |
---|---|
Morena fil-Festival tal-Eurovision 2008, Belgrad
|
|
Informazzjoni ġenerali | |
Isem sħiħ | Margerita Camilleri Fenech |
Oriġini | Sannat, Għawdex |
Okkupazzjoni | Kantanta |
Sit elettroniku | morenaofficial.com |
Morena (Margaret Camilleri, isem sħiħ Margerita Camilleri Fenech[1]) twieldet fis-sena 1984.[1] Morena saret magħrufa bħala l-"Vulkan tal-Mediterran" (bl-Ingliż: Mediterranean Volcano).
[editja] Eurovision
Fl-2006, Morena daħlet fil-kompetizzjoni tal-Malta Song For Europe flimkien ma' Paul Giordimaina bil-kanzunetta "Time". Huma spiċċaw fid-9 post b'total ta' 3046 vot.
Sentejn wara, Morena reġgħet ipparteċipat, din id-darba b'żewġ kanzunetti, "Casanova" u "Vodka". It-tnejn li huma avvanzaw mis-semi-finali għall-finali. Casanova spiċċat fil-5 post bi 3607 vot u 40 vot tal-ġurija, waqt li Vodka rebħet il-festival b'49 punt mill-ġurija u 16,979 voti mill-pubbliku (33% tal-voti kollha).[2]
Morena ħadet sehem fit-tieni semi-finali tal-Festival tal-Eurovision 2008 f'Belgrad, fit-22 ta' Mejju. Madankollu, Morena naqset li tagħmilha sal-finali meta kklassifikat fl-erbatax-il post bi 38 punt.
[editja] Referenzi
- ↑ 1.0 1.1 Morena Vodka. The full picture! (Ingliż)
- ↑ The dark one relishes the limelight (Ingliż)
[editja] Ħoloq oħra
Predeċessur: | Malta fil-Festival tal-Eurovision | Suċċessur: |
---|---|---|
Olivia Lewis | 2008 | |