Web Analytics Made Easy - Statcounter

See also ebooksgratis.com: no banners, no cookies, totally FREE.

CLASSICISTRANIERI HOME PAGE - YOUTUBE CHANNEL
Privacy Policy Cookie Policy Terms and Conditions
Michael Mifsud - Wikipedija

Michael Mifsud

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.

Michael Mifsud
Informazzjoni personali
Isem sħiħ Michael Mifsud
Nazzjonalità Malta
Data tat-twelid 17 ta' April, 1981
Post tat-twelid Pieta
Tul 165 ċm
Rwol Attakkant
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb kurrenti Coventry City
Numru 17
Klabbs Professjonali*
Staġun Klabb App (Gwl)
1997–2001
2001–2003
2003–2004
2004–2007
2007–
Sliema Wanderers
Kaiserslautern
Sliema Wanderers
Lillestrøm
Coventry City
80 (60)
21 (2)
12 (8)
48 (17)
45 (13)
Tim Nazzjonali**
2000– Malta 56 (19)

* Apparenzi u gowls minn kull klabb
fil-kampjonat nazzjonali u
l-kompetizzjonijiet nazzjonali.
** Apparenzi u gowls għat-tim nazzjonali
f'logħob uffiċċjali.

Michael Mifsud (twieled is-17 ta' April 1981) huwa plejer tal-futbol Malti li jilgħab bħala attakkant għat-tim Ingliż ta' Coventry City

Hu hu membru tat-tim nazzjonali Malti u lagħab ma' timijiet bħal Sliema Wanderers, Kaiserslautern, u ma' Lillestrøm SK. Huwa ġie vvutat bħala l-Plejer Sportiv Malti tas-Sena fl-2001 u l-2003.[1]

Michael Mifsud hu magħruf minħabba l-veloċità tiegħu, u dan minħabba l-fiżika tiegħu; huwa hu twil 1.64 metri biss. Għalkemm qasir u mhux persuna mibnija, Mifsud huwa ħafif ħafna fil-ġiri tiegħu u ħafna drabi jħalli lid-difiża ta' kontrih warajh bil-ħarbiet tiegħu. Huwa hu kkunsidrat bħala wieħed mill-aqwa plejers prominenti li Malta qatt ipprovdiet. Huwa kien strumentali fir-rebħa ta' Malta kontra l-Ungerija fil-fażi ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej tas-sena 2008, fejn din kienet l-ewwel rebħa tat-tim nazzjonali ġewwa daru mill-1982.

L-interess fuq Michael Mifsud kien mill-kowċ primarju ta' Coventry Micky Adams hekk kif hu kien qed iħares lejn attakkanti ġodda ġewwa n-Norveġja. Michael Mifsud għamel id-debutt għal Coventry kontra Plymouth Argyle fil-partita tal-Football League Championship.

Werrej

[editja] Karriera

[editja] Bidu tal-karriera

Huwa twieled il-Pieta fis-17 ta' April 1981. Huwa tela' mit-timijiet tat-tfal ta' Sliema Wanderers, fejn iddebutta mal-kbar fl-1997, meta lagħab tmien darbiet u skurja darba. Sentejn wara skurja 21 gowl f'26 logħba sabiex fl-2001 sab ix-xibka tletin darba minn 25 logħba.

Minħabba l-forma tiegħu, Josip Ilić ta lil Michael Milfsud l-ewwel opportunità fit-tim nazzjonali u għamel l-ewwel dehra nhar l-10 ta' Frar 2000, kontra l-Albanija fil-Grawnd Nazzjonali ta' Ta' Qali. Kien f'dan l-istant li Kaiserslautern raw il-potenzjal ta' dan il-plejer u xtrawh fis-sajf tas-sena 2001.[1] Hu kien skorer regulari mat-tim B u għamel xi apparenzi bħala sostitut ma' l-ewwel tim fil-Bundesliga, fejn skorja 2 gowls.[1]

Ix-xewqa biex ikun impenjat aktar ma' l-ewwel tim ratu jirritorna lura Malta fl-2004, fejn Sliema Wanderers reġgħu xtraw il-plejer u dan għenhom jiksbu l-kampjonat Malti. Fl-istess sajf hu kien miksub mit-tim Norveġiż ta' Lillestrøm fejn f'punt ta' l-istaġun hu ġie ivvutat bħala l-aqwa plejer barrani tal-kampjonat. Hu kien l-aqwa skorer fl-istaġun ta' l-2006 fejn irnexxielu jiskorja 11-il gowl f'19-il apparenza.

Fil-5 ta' Novembru 2006, fl-aħħar ġurnata tal-kampjonat Norveġiż, hu ddikjara li jixtieq jimxi għal wieħed mill-aqwa kampjonati Ewropej. Fis-sajf tas-sena ta' qabel, Lillestrøm ma aċċettawx offera għal Mifsud mit-tim ta' Coventry City minkejja li kienu jafu li l-attakkant seta' jitlaq b'xejn f'Jannar 2007 hekk kif il-kuntratt kien sa l-aħħar ta' Diċembru.

Hu ma aċċettax li jiffirma kuntratt ġdid ma' Lillestrøm u ttrassferixxa għal ma' Coventry City. Minn barra Coventry, timijiet mill-Premier League bħal Watford u Sheffield United, kif ukoll Leeds United, tim miċ-Championship irrappurtaw interess fil-plejer.

[editja] Coventry City

Fl-10 ta' Jannar 2007, Mifsud iffirma kuntratt ta' sentejn u nofs mat-tim ta' Coventry City fil-Football League Championship fl-Ingilterra.[2] Fit-22 ta' Jannar 2007 Mifsud skorja l-ewwel gowl u dan kien kontra Plymouth Argyle.[3] Hu skorja t-tieni gowl tiegħu fit-telfa ta' Barnsley bl-iskor ta' 4-1.[4] Hu kompla jiskorja gowls kontra Burnley[5] u anki kontra Sheffield Wednesday fejn l-gowl kontra Sheffield ġie ivvutat bħala l-gowl ta' l-istaġun ta' Coventry.[6]

Fit-tielet rawnd tal-Carling Cup, fis-26 ta' Settembru 2007 hu skorja żewġ gowls u b'hekk ta rebħa b'sorpriża ta' 2-0 kontra ċ-ċampjins tal-Premier League, Manchester United, f'Old Trafford.[7][8] Il-gazzetta Taljana "La Gazzetta dello Sport" laqmuh bħala Il Messi Di Malta wara l-partita.[9]

Wara dan is-suċċess, Mifsud kompla jimpresjona. Hu kien instrumentali fil-pari ta' Coventry kontra Charlton Athletic fid-29 ta' Settembru, fejn skorja t-tielet gowl f'żewġ logħbiet.[10] Fit-2 ta' Ottubru, Coventry assiguraw rebħa ta' 3-1 fil-kampjonat kontra Blackpool, fejn it-tieni gowl wasal minn Mifsud. Fit-12 ta' Novembru, Mifsud ġie mkeċċi wara 11-il minuta fid-derby ta' Midlands kontra West Bromwich Albion, wara li ta daqqa ta' minkeb lil Carl Hoefkens f'wiċċu.[11][12] Mifsud apoloġizza għal dak li għamel.[13] Hu għamel ir-ritorn fit-tim billi skorja 2 gowls u b'hekk tella' 15, in-numru ta' gowls fl-istaġun.[14]

Fil-5 ta' Jannar 2008, Mifsud skorja darbtejn fl-FA Cup meta Coventry rebħu lil Blakburn Rovers f'Ewood Park, u kkonferma ruħu bħala wieħed mill-aqwa attakkanti tal-klabb, u anki bħala wieħed mill-aktar vitali.[15] Għal din il-prestazzjoni, hu ġie nominat għall-aqwa plejer tat-tielet rawnd u sussegwentament irċieva l-aktar voti għal dan l-unur. Din se tagħmlu mistieden fil-finali tal-FA Cup, anki jekk Coventry ma komplewx fil-kompetizzjoni.[16] Fis-26 ta' Jannar, Mifsud skorja t-tieni gowl fir-rebħa kontra Millwall.[17]

[editja] Internazzjonali

Mifsud ngħata l-ewwel sejħa għal mat-tim nazzjonali Malti u ddebutta kontra l-Albanija nhar l-10 ta' Frar tas-sena 2000. Hu hu pedina mportanti tat-tim nazzjonali Malti u diġà qabeż il-50 apparenza mat-tim.

Michael Mifsud kien strumentali fir-rebħa ta' Malta kontra l-Ungerija - l-ewwel rebħa kompetittiva ġewwa darhom mill-1982 - meta għamel xogħol tajjeb u minn din l-azzjoni Andre Schembri issiġilla r-rebħa ta' 2-1. Fil-partita kontra t-Turkija fl-istess fażi ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2008, ta l-passaġġ lill-Andre Schembri meta dan ta' l-aħħar skorja t-tieni gowl tal-Maltin kontra t-Torok biex ġab ir-riżultat temporanju ta' 2-1. Il-partita spiċċat pari ta' 2-2. Michael Mifsud kellu ċans jikseb il-gowl tar-rebħa, imma x-xutt tiegħu spiċċa barra.

Il-Malti fil-fażi preliminarja tal-Kampjonati Ewropej skorja total ta' tliet gowls u kompla sejjer bil-gowls hekk kif fis-26 ta' Marzu 2008, Michael Mifsud skorja għal ħames darbiet f'logħba ta' ħbiberija li Malta lagħbet kontra l-Liechtenstein u li spiċċat 7-1 favur il-Maltin - l-ikbar rebħa li Malta qatt għamlet. Wara dan ir-riżultat, hu sar l-ewwel plejer Malti li skorja aktar minn tliet gowls f'partita waħda għat-tim nazzjonali. B'hekk, Mifsud jinsab fit-tieni gowls ta' l-aqwa skorers ta' Malta b'total ta' 19-il gowl; erba' gowls 'il bogħod mill-ewwel post li jinsab għand Carmel Busuttil.

[editja] Referenzi

[editja] Ħoloq oħra


aa - ab - af - ak - als - am - an - ang - ar - arc - as - ast - av - ay - az - ba - bar - bat_smg - bcl - be - be_x_old - bg - bh - bi - bm - bn - bo - bpy - br - bs - bug - bxr - ca - cbk_zam - cdo - ce - ceb - ch - cho - chr - chy - co - cr - crh - cs - csb - cu - cv - cy - da - de - diq - dsb - dv - dz - ee - el - eml - en - eo - es - et - eu - ext - fa - ff - fi - fiu_vro - fj - fo - fr - frp - fur - fy - ga - gan - gd - gl - glk - gn - got - gu - gv - ha - hak - haw - he - hi - hif - ho - hr - hsb - ht - hu - hy - hz - ia - id - ie - ig - ii - ik - ilo - io - is - it - iu - ja - jbo - jv - ka - kaa - kab - kg - ki - kj - kk - kl - km - kn - ko - kr - ks - ksh - ku - kv - kw - ky - la - lad - lb - lbe - lg - li - lij - lmo - ln - lo - lt - lv - map_bms - mdf - mg - mh - mi - mk - ml - mn - mo - mr - mt - mus - my - myv - mzn - na - nah - nap - nds - nds_nl - ne - new - ng - nl - nn - no - nov - nrm - nv - ny - oc - om - or - os - pa - pag - pam - pap - pdc - pi - pih - pl - pms - ps - pt - qu - quality - rm - rmy - rn - ro - roa_rup - roa_tara - ru - rw - sa - sah - sc - scn - sco - sd - se - sg - sh - si - simple - sk - sl - sm - sn - so - sr - srn - ss - st - stq - su - sv - sw - szl - ta - te - tet - tg - th - ti - tk - tl - tlh - tn - to - tpi - tr - ts - tt - tum - tw - ty - udm - ug - uk - ur - uz - ve - vec - vi - vls - vo - wa - war - wo - wuu - xal - xh - yi - yo - za - zea - zh - zh_classical - zh_min_nan - zh_yue - zu -