Web Analytics Made Easy - Statcounter

See also ebooksgratis.com: no banners, no cookies, totally FREE.

CLASSICISTRANIERI HOME PAGE - YOUTUBE CHANNEL
Privacy Policy Cookie Policy Terms and Conditions
Għajnuna:Kif tirreġistra - Wikipedija

Għajnuna:Kif tirreġistra

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.

Indiċi
Għajnuna:Kontenut
Għajnuna:Merħba
Għajnuna: Kif tirreġistra
Għajnuna: Kif timmodifika artiklu
Għajnuna: Kif tibda artiklu
Għajnuna: Tutorial/Kif timmodifika
Skop u Użu tal-Kategoriji
Wikipedija:FAQ
Ġergo tal-Wikipedija
Żbalji komuni fl-użu tal-Wikipedija
Għajnuna: Tutorial
Għajnuna:Wikiquette
Għajnuna: Stub
Għajnuna: Konvenzjonijiet
Wikipedija:Politika u linji gwida
Links
Wikipedija:Sandbox
Wikipedija:Pjazza
Wikipedija:Kunsens
Wikipedija:Sondaġġi
Mailing list
immodifika dan l-indiċi

Biex tirreġistra fuq mt.wiki ikklikkja fuq il-link Idħol jew oħloq kont ġdid li jidher fuq in-naħa ta' fuq, fir-rokna tal-lemin ta' kull paġna, jew inkella għafas hawn.

Werrej

[editja] Isem ta' l-utent

Daħħal l-isem ta' l-utent u għażel password (din tiġi mitluba darbtejn biex tevita eventwali żbalji ta' battitura); x'ħin tlesti, daħħal ukoll l-indirizz e-mail u klikkja fuq Oħloq kont ġdid.

Ftakar li din l-operazzjoni irriversibbli; is-software ta' Wikipedia ma jippermettix it-tħassir ta' kontijiet imma biss l-assenjazzjoni ta' ismijiet ġodda.

[editja] Indirizz ta' l-email

Għandek tkun taf li m'hemmx bżonn iddaħħal indirizz ta' l-email, imma dan hu utli u ma jirrapreżenta l-ebda riskju minħabba li dan ma jkunx imxerred ma' l-ebda persuna mingħajr il-kunsens tiegħek.

Jekk speċifikajt indirizz validu u kkonfermajt l-eżistenza mas-server tal-Wikipedija, tista' tagħżel li tattiva l-funzjoni li tirċievi l-posta.

B'dan il-mod tista' tirċievi posta minn utenti oħra (mingħajr il-bżonn ta' l-utenti li jkunu jafu l-indirizz tiegħek), tikteb lil utenti oħra (f'dan il-każ l-indirizz jidher biex tkun tista' tagħti r-risposta), u biex tirkupra l-password jekk din għal xi raġuni ntilfet.

[editja] Test

Biex tevita lill-programmi wżati biex jagħmlu spamming billi jirreġistraw awtomatikament, ġie attivat filtru magħruf bħala captcha. Biex turi li int persuna ta' demm u għadam, int tiġi mistoqsi biex tinterpreta kelma miktuba b'forma konfuża u tiktibha f'kaxxa tal-kontroll. Din hi operazzjoni relativament faċli għal bniedem imma hi diffiċli għal programm.

Sfortunatament, dan it-test jista' jagħti xi diffikulta lill-utenti bi problemi ta' vista jew dawk li jużaw browser testwali jew fuq sinteżi vokali. Għal dan il-mument m'hux disponibbli mekkaniżmu alternattiv ieħor; jekk tixtieq tirreġistra fuq il-Wikipedija imma t-test joħloqlok problemi, ikkuntatja lill-amministraturi jew inkella ibgħat messaġġ fuq l-indirizz info-mt@wikimedia.org biex titlob assistenza.

[editja] Ftakar il-password

Jekk tagħżel l-opzjoni Ftakar il-password minn sessjoni għall-oħra ma jkollokx għalfejn iddaħħalha kull darba li tkun trid tidħol fil-Wikipedija minn fuq l-istess kompjuter. Tkun idea tajba li ma tagħżilx din l-opzjoni jekk il-kompjuter tiegħek jintuża minn iktar minn persuna waħda.

[editja] Irreġistrajt?

La darba tkun għamilt login, tkun tista' tikklikkja fuq il-ħolqa preferenzi biex tiftaħ il-paġna tal-kont tiegħek fejn tkun tista':

  • timmodifika l-password
  • timmodifika l-email tiegħek
  • timmodifika il-viżwalizzazzjoni tat-tibdil riċenti
  • timmodifika il-ħin viżwalizzat fit-tibdil riċenti

u ħafna iktar...

X'ħin tlesti, tista' tikklikkja fuq l-isem ta' l-utent tiegħek u timmodifika il-paġna personali tiegħek, li hija magħrufa bħala l-Paġna ta' l-utent. Fuq il-Wikipedija teżisti l-konvenzjoni li utent ma jimmodifikax il-paġni ta' Wikipedjani oħra, iżda tiegħu biss. Għalhekk, jekk trid tikteb lil xi utent tista' tuża' l-paġna ta' diskussjoni ta' l-utent stess (kull utent għandu waħda).

Meta xi ħadd jiktiblek messaġġ fil-paġna ta' l-utent tiegħek, jidhirlek rettanglu oranġjo bil-kitba "Għandek messaġġi ġodda!" f'kull paġna tal-Wikipedija li jkollok miftuħa. Dan il-messaġġ jitlaq biss wara li inti tkun żort il-paġna ta' diskussjoni tiegħek billi tagħfas fuqu. Huwa importanti li taqra l-messaġġi li jħallulek il-wikipedjani l-oħra.

[editja] Problemi bir-reġistrazzjoni

Biex il-proċess ta' reġistrazzjoni jaħdem tajjeb, kun ċert li l-browser tiegħek jaċċetta l-cookies. Iċċekkja wkoll li wikipedia.org mhux imniżżla fil-lista ta' siti li l-browser ma naċċettax cookies minnhom. Kun żgur ukoll li l-ħin u d-data tal-kompjuter tiegħek huma mpostati tajjeb għax jista' jagħti l-każ li l-cookies jiskadu qabel iż-żmien.


aa - ab - af - ak - als - am - an - ang - ar - arc - as - ast - av - ay - az - ba - bar - bat_smg - bcl - be - be_x_old - bg - bh - bi - bm - bn - bo - bpy - br - bs - bug - bxr - ca - cbk_zam - cdo - ce - ceb - ch - cho - chr - chy - co - cr - crh - cs - csb - cu - cv - cy - da - de - diq - dsb - dv - dz - ee - el - eml - en - eo - es - et - eu - ext - fa - ff - fi - fiu_vro - fj - fo - fr - frp - fur - fy - ga - gan - gd - gl - glk - gn - got - gu - gv - ha - hak - haw - he - hi - hif - ho - hr - hsb - ht - hu - hy - hz - ia - id - ie - ig - ii - ik - ilo - io - is - it - iu - ja - jbo - jv - ka - kaa - kab - kg - ki - kj - kk - kl - km - kn - ko - kr - ks - ksh - ku - kv - kw - ky - la - lad - lb - lbe - lg - li - lij - lmo - ln - lo - lt - lv - map_bms - mdf - mg - mh - mi - mk - ml - mn - mo - mr - mt - mus - my - myv - mzn - na - nah - nap - nds - nds_nl - ne - new - ng - nl - nn - no - nov - nrm - nv - ny - oc - om - or - os - pa - pag - pam - pap - pdc - pi - pih - pl - pms - ps - pt - qu - quality - rm - rmy - rn - ro - roa_rup - roa_tara - ru - rw - sa - sah - sc - scn - sco - sd - se - sg - sh - si - simple - sk - sl - sm - sn - so - sr - srn - ss - st - stq - su - sv - sw - szl - ta - te - tet - tg - th - ti - tk - tl - tlh - tn - to - tpi - tr - ts - tt - tum - tw - ty - udm - ug - uk - ur - uz - ve - vec - vi - vls - vo - wa - war - wo - wuu - xal - xh - yi - yo - za - zea - zh - zh_classical - zh_min_nan - zh_yue - zu -