Web Analytics Made Easy - Statcounter

See also ebooksgratis.com: no banners, no cookies, totally FREE.

CLASSICISTRANIERI HOME PAGE - YOUTUBE CHANNEL
Privacy Policy Cookie Policy Terms and Conditions
Is-Sette Giugno - Wikipedija

Is-Sette Giugno

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.

Is-7 ta' Ġunju hija festa nazzjonali fil-Gżejjer Maltin għax titfakkar il-mewt ta' 4 Maltin waqt irvellijiet fil-Belt Valletta.


[editja] X'wassal għall-irvellijiet tas-Sette Giugnio

L-Ewwel Gwerra Dinjija damet għaddejja mill-1914 sa l-1918. Din il-gwerra kienet miġġielda prinċiparjament mill-Ingilterra, ir-Russja u Franza fuq naħa (l-Alleati) u l-Ġermanja, l-Imperu Awstrijak u l-Imperu Ottoman fuq in-naħa l-oħra (l-Qawwiet Ċentrali). Diversi pajjiżi ngħaqdu ma’ naħa jew m’oħra u għalhekk hija magħrufa bħala Gwerra Dinjija. F’dan iż-żmien Malta kienet għadha kolonja ta’ l-Imperu Ingliż. Għalhekk l-effetti ta’ l-Ewwel Gwerra Dinjija nħassu fuq Malta ukoll. F’din il-gwerra Malta ma ġietx attakkata iżda kienet użata bħala Bażi Navali u bħala sptar. Filfatt f’din il-gwerra Malta ħadet il-laqam ta’[[Nurse of the Mediterranean]]. Madwar 30 sptar ġew imwaqqfa f’Malta biex jilqgħu lil feruti tal-gwerra. Fost dawn l-isptarijiet kien hemm is-Sacra Inferemeria (Dar il-Mediterran), l-isptar ta’ Bighi u dak ta’ St.Andrews.

Dan kollu ġab ħafna xogħol lil Maltin. Iżda mhux kollox kien ward u żahar.

L-Ewwel Gwerra Dinjija ġabet ħafna skarsezzi fost il-Maltin. Għalhekk f’dak iż-żmien kien hawn ħafna għaks u faqar minkejja l-ħafna xogħol. Il-ħobż għola d-doppju. Il-Gvern Ingliż għamel taxxi ġodda minflok id-dazju, li kien naqas minħabba li naqas il-kummerċ. Minflok daħlu taxxi fuq iċ-ċinema u taxxa fuq is-suċċessjoni. Din il-qagħda ħażina waslet għal moviment fost il-ħaddiema. Fl-1916 waqfet Union fit-tarzna: Malta Government Workers Union. Wara l-gwerra l-qagħda ħażina kompliet.

[editja] Is-Sette Giugnio

Fi Frar 1919, saret l-ewwel laqgħa ta’ l-Assemblea Nazzjonali mmexxija minn Filippo Sciberras sabiex ifasslu Kostituzzjoni u jgħadduha lill-Gvern Ingliż biex japprovaha. Fis-7 ta’ Ġunju 1919 kienet qed issir it-tieni laqgħa ta‘ l-Assemblea Nazzjonali fil-belt Valletta meta folla kbira nġabret il-belt Valletta bħala turija ta’ appoġġ. Il-folla tilfet il-kontroll meta rat li xi ħwienet ħallew il-bandiera Ingliża tittajjar fuq il-bjut. Huma waddbu l-ġebel u attakkaw il-Bibljoteka, l-imħażen ta’ negozjanti tal-qamħ u l-istamperija tal-gazzetta The Daily Malta Chronicle (gazzetta favur l-Ingliżi). Membri Ingliżi fil-[[Union Club]] ipprovokaw lill-Maltin billi waddbu soldi qalb il-folla. Meta l-pulizija Maltija ma setgħetx tikkontrolla l-folla, ssejħu s-suldati Ingliżi li sparaw fuq il-folla. Hawn inqatlu tliet Maltin, Wenzu Dyer, Ġużeppi Bajada u Manwel Attard. L-għada l-folla telgħet tpoġġi kuruni fil-post fejn inqatlu l-Maltin. Membri tal-Union Club reġgħu pprovokaw lill-Maltin. Il-folla reġgħet saħnet. Din id-darba ħarġu l-marines u qatlu lil Karmenu Abela.

[editja] Effetti tas-Sette Giugnio

Il-Kostituzzjoni ta’ l-1921

Wara dan l-avveniment, il-Gvern Ingliż ried jikkalma s-sitwazzjoni. Bagħat Gvernatur ġdid - Lord Plumer - u fl-1921 Malta ngħatat kostituzzjoni ġdida. F’din il-kostituzzjoni l-Maltin kisbu Gvern immexxi mill-Maltin li għall-ewwel darba seta’ jagħmel liġijiet fi ħwejjeġ lokali. Dan jissejjaħ Gvern Responsabbli (responsible self-government). Għall-ewwel darba Malta kellha Prim Ministru u Ministri. L-ewwel Prim Ministru kien Joseph Howard tal-Partit [[Unione Politica Maltese]].

F’din il-kostituzzjoni l-Gvernatur xorta baqa’ fuq il-kostituzzjoni u seta’ jirtiraha meta jħoss il-bżonn. Hekk ġara fl-1933, meta l-Gvern Ingliż ħa l-kostituzzjoni minħabba li ħass li l-PN, li kien fil-Gvern, kien qed jagħmel wisq propoganda favur il-lingwa Taljana. Hekk kif l-Ewropa kienet riesqa lejn it-Tieni Gwerra Dinjija u l-Italja kienet immexxija minn Mussolini, il-Gvern Ingliż ra li din il-kostituzzjoni kienet tagħti wisq poter lill-Maltin u dan seta’ jkun ta’ periklu għal Malta bħala kolonja Ingliża.


aa - ab - af - ak - als - am - an - ang - ar - arc - as - ast - av - ay - az - ba - bar - bat_smg - bcl - be - be_x_old - bg - bh - bi - bm - bn - bo - bpy - br - bs - bug - bxr - ca - cbk_zam - cdo - ce - ceb - ch - cho - chr - chy - co - cr - crh - cs - csb - cu - cv - cy - da - de - diq - dsb - dv - dz - ee - el - eml - en - eo - es - et - eu - ext - fa - ff - fi - fiu_vro - fj - fo - fr - frp - fur - fy - ga - gan - gd - gl - glk - gn - got - gu - gv - ha - hak - haw - he - hi - hif - ho - hr - hsb - ht - hu - hy - hz - ia - id - ie - ig - ii - ik - ilo - io - is - it - iu - ja - jbo - jv - ka - kaa - kab - kg - ki - kj - kk - kl - km - kn - ko - kr - ks - ksh - ku - kv - kw - ky - la - lad - lb - lbe - lg - li - lij - lmo - ln - lo - lt - lv - map_bms - mdf - mg - mh - mi - mk - ml - mn - mo - mr - mt - mus - my - myv - mzn - na - nah - nap - nds - nds_nl - ne - new - ng - nl - nn - no - nov - nrm - nv - ny - oc - om - or - os - pa - pag - pam - pap - pdc - pi - pih - pl - pms - ps - pt - qu - quality - rm - rmy - rn - ro - roa_rup - roa_tara - ru - rw - sa - sah - sc - scn - sco - sd - se - sg - sh - si - simple - sk - sl - sm - sn - so - sr - srn - ss - st - stq - su - sv - sw - szl - ta - te - tet - tg - th - ti - tk - tl - tlh - tn - to - tpi - tr - ts - tt - tum - tw - ty - udm - ug - uk - ur - uz - ve - vec - vi - vls - vo - wa - war - wo - wuu - xal - xh - yi - yo - za - zea - zh - zh_classical - zh_min_nan - zh_yue - zu -