Web Analytics Made Easy - Statcounter

See also ebooksgratis.com: no banners, no cookies, totally FREE.

CLASSICISTRANIERI HOME PAGE - YOUTUBE CHANNEL
Privacy Policy Cookie Policy Terms and Conditions
Dwardu Ellul - Wikipedija

Dwardu Ellul

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.

Dwardu Ellul - (1894-1983)
Dwardu Ellul - (1894-1983)

Dwardu Ellul (1894-1983), diplomatiku, politiku, umanista u poeta Malti. F'Malta hu l-aktar magħruf għall-parti li ħa fin-negozjati mal-Gvern Ingliż dwar is-sehem li kellha tieħu Malta mill-Marshall Aid. Ellul huwa wkoll magħruf għax-xejra anti-klerikali tiegħu. Fuq ix-xena internazzjonali, Ellul kien involut fil-Konferenzi ta' Brussell, Konferenza ta' Pariġi, Milan u Ġinevra (1919-1922) bħala s-segretarju għar-relazzjonijiet barranin fil-League of Nations Union, Londra. Fl-1946 irċieva l-ordni Chevalier de la Légion d'honneur mill-gvern Franċiż.

Werrej

[editja] Ħajja

Dwardu Ellul twieled il-belt Valletta fl-1894. Ommu mietet meta kien għadu tifel ta' sitt snin. Hemm żar l-iskola elementari u attenda wkoll żewġ klassijiet ta' l-iskola sekondarja, qabel ma kompla u temm l-iskola sekondarja fil-belt ta' Torino, l-Italja. Fl-1913, kiseb il-Licenzia Ginnasiale u kompla bl-istudji superjuri għal sentejn oħra.

Fl-1915, bħala ċittadin ta' l-Imperu Ingliż, Ellul kellu jiġi lura Malta minħabba diżgwid politiku bejn ir-Renju Unit u l-Italja. Għall-ewwel, qala' l-għixien tiegħu bħala għalliem privat tat-Taljan u l-Latin, u bħala skrivan ma' negozjant żgħir. Minħabba li ma setax jilħaq jgħix b'dan ix-xogħol, daħal bħala skrivan temporanju fid-dockyard (N.S.O dpt.). Ftit wara ġie trasferit għal Moudros (Dardanelles) fejn għal aktar minn sena ħadem fl-uffiċċju ta' l-Assistent N.S.O. fuq il-flagship tal-flotta Ingliża tal-Mediterran tal-Lvant qabel ma reġa' ġie trasferit lura lejn Malta.

Fl-1917, waqt li fuq il-kontinent kienet għadha għaddejja l-Ewwel Gwerra Dinjija, Ellul siefer lejn Marsilja u kiseb passaġġ lejn Pariġi. Hemmhekk, fl-ambaxxata Ingliża ngaġġa suldat u ntbagħat l-Ingilterra biex jitħarreġ fl-armata. Ta servizz fi Franza, fil-Belġju u fil-Ġermanja (Army of Occupation) qabel ma ġie iddisċarġjat f'Diċembru, 1919 bi grad ta' surġent.

Sa l-1922 kien Assistent tas-segretarju għar-relazzjonijiet barranin fil-League of Nations Union ta' Londra: hawn fost dmirijiet oħra kien segretarju ta' delegazzjonijiet Ingliżi f'Konferenzi Internazzjonali ta' Brussell, Pariġi, Milan u Ġinevra. F'funzjoni oħra, Ellul ġie maħtur segratarju tal-kunsill Amministrativ ta' l'Institut français de Londres li kien affiljat ma' l-Università ta' Pariġi u (Sorbonne) u ma l-Università ta' Lille. F'dan ir-Rwol irċieva id-dekorazzjonijiet ta' officier d'Académie (1935) u ta' Officier de l'Instruction Publique (1939). L-aħħar medalja ġiet mgħoddija minn idejn il-President ta' Franza, (en) Albert Lebrun. L-akbar unur mill-Gvern Franċiż kien il-kisba ta' l-ordni Chevalier de la Légion d'honneur (1946).

Dwardu Ellul kien ukoll attiv fil-politika Ingliża u Maltija. F'Londra kien kunsillier fil-gvern lokali ta' Paddington (en) Paddington waqt li fil-politika Maltija ħa l-kariga ta' rappreżentant ta' l-Malta Labour Party. Fl-Ingilterra kien laħaq kummissarju ġenerali ta' Malta f'Londra (1948-49 u 1955-58).

Dwardu Ellul irtira Malta għal kollox fl-1965 minħabba raġunijiet ta' saħħa. Għal xi żmien kien attiv fil-politika bil-Partit Anti-Klerikali, partit li ġie mibdi minnu nnifsu, li iżda ma kellu ebda suċċess. Wara mewtu, triq fil-villaġġ tax-Xgħajra, fejn Ellul kellu propjetà zgħira u fejn kien jgħaddi x-xhur tas-sajf, ġiet imsemmija għalih.

[editja] Xogħlijiet

  • Ellul, Edward, Merry-Go-Round, a Kind of Poem, London, O. F. Boehringer, 1937. (Library of Congress Control No.:45028606)
  • Ellul, Edward, The Primrose Path: Poems for Optimists, The Frederick Printing Press Company Ltd, London, 1939.
  • Ellul, Edward, Arctic Conditions - Sonnets, The Frederick Printing Press Company Ltd, London, 1942.
  • Ellul, Dwardu, Ajsbergs (Icebergs) - Mitt Mini-Poema, Union Press, 1977.
  • Ellul, Dwardu, Lejn is-sema bid-daħka: epigramma taʼ Dwardu Ellul miġbura minn Eugene P. Sapiano, Sensiela kotba soċjalisti;10, Malta:Partit tal-Haddiema, 1984. Record Id: 22199914 (Australian Library Collections)

[editja] Noti

  • NSO hija taqsira għal Navy Supply Office jew Navy Supply Officer

[editja] Links


aa - ab - af - ak - als - am - an - ang - ar - arc - as - ast - av - ay - az - ba - bar - bat_smg - bcl - be - be_x_old - bg - bh - bi - bm - bn - bo - bpy - br - bs - bug - bxr - ca - cbk_zam - cdo - ce - ceb - ch - cho - chr - chy - co - cr - crh - cs - csb - cu - cv - cy - da - de - diq - dsb - dv - dz - ee - el - eml - en - eo - es - et - eu - ext - fa - ff - fi - fiu_vro - fj - fo - fr - frp - fur - fy - ga - gan - gd - gl - glk - gn - got - gu - gv - ha - hak - haw - he - hi - hif - ho - hr - hsb - ht - hu - hy - hz - ia - id - ie - ig - ii - ik - ilo - io - is - it - iu - ja - jbo - jv - ka - kaa - kab - kg - ki - kj - kk - kl - km - kn - ko - kr - ks - ksh - ku - kv - kw - ky - la - lad - lb - lbe - lg - li - lij - lmo - ln - lo - lt - lv - map_bms - mdf - mg - mh - mi - mk - ml - mn - mo - mr - mt - mus - my - myv - mzn - na - nah - nap - nds - nds_nl - ne - new - ng - nl - nn - no - nov - nrm - nv - ny - oc - om - or - os - pa - pag - pam - pap - pdc - pi - pih - pl - pms - ps - pt - qu - quality - rm - rmy - rn - ro - roa_rup - roa_tara - ru - rw - sa - sah - sc - scn - sco - sd - se - sg - sh - si - simple - sk - sl - sm - sn - so - sr - srn - ss - st - stq - su - sv - sw - szl - ta - te - tet - tg - th - ti - tk - tl - tlh - tn - to - tpi - tr - ts - tt - tum - tw - ty - udm - ug - uk - ur - uz - ve - vec - vi - vls - vo - wa - war - wo - wuu - xal - xh - yi - yo - za - zea - zh - zh_classical - zh_min_nan - zh_yue - zu -