Asterojde
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Asterojde tixbah ħafna lill-pjaneti, imma hija iżgħar. L-isem "asterojde" ġej mill-Grieg antik u jfisser "bħal stilla". L-asterojdi jafu jidhru bħal stillel żgħar fis-sema u huma wkoll iduru max-Xemx mhux bħall-istillel. Bħall-pjaneti, l-asterojdi ma jistgħux jipproduċu d-dawl. Minħabba f'hekk, ħafna nies jaħsbu li l-isem "asterojde" m'huwiex adattat u minflok kien hemm min ippropona l-isem "planetojde" ("bħal pjaneta").
Bosta asterojdi huma magħmulha minn ġebla, iżda xi wħud minnhom huma magħmula mis-silġ jew metall. Ħafna mill-asterojdi li hemm fis-Sistema Solari tagħna jinsabu f'dik li hija magħrufa bħala l-faxxa ta' l-asterojdi bejn Marte u Ġove.
Dan l-artiklu huwa abbozz. Jekk tista', tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skond il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija.
Għal lista kompluta ta' abbozzi, ara l-kategorija relatata. |
Is-Sistema Solari |
---|
Xemx · Merkurju · Venere · Art · Marte · Ġove · Saturnu · Uranju · Nettunu |
Qmura - Asterojdi: Faxxa prinċipali, Faxxa ta' Kuiper, Nube ta' Oort - Kometi - Stillel l-iktar viċin - Pjaneta Nanu |