Web Analytics Made Easy - Statcounter

See also ebooksgratis.com: no banners, no cookies, totally FREE.

CLASSICISTRANIERI HOME PAGE - YOUTUBE CHANNEL
Privacy Policy Cookie Policy Terms and Conditions
Help:(Għajnuna) Wikiquette - Wikipedija

Help:(Għajnuna) Wikiquette

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.

Indiċi
Għajnuna:Kontenut
Għajnuna:Merħba
Għajnuna: Kif tirreġistra
Għajnuna: Kif timmodifika artiklu
Għajnuna: Kif tibda artiklu
Għajnuna: Tutorial/Kif timmodifika
Skop u Użu tal-Kategoriji
Wikipedija:FAQ
Ġergo tal-Wikipedija
Żbalji komuni fl-użu tal-Wikipedija
Għajnuna: Tutorial
Għajnuna:Wikiquette
Għajnuna: Stub
Għajnuna: Konvenzjonijiet
Wikipedija:Politika u linji gwida
Links
Wikipedija:Sandbox
Wikipedija:Pjazza
Wikipedija:Kunsens
Wikipedija:Sondaġġi
Mailing list
immodifika dan l-indiċi

Il-kontributuri tal-Wikipedija ġejjin minn pajjiżi u kulturi differenti u jista' jkollhom ideat u opinjonijiet differenti ħafna. Huwa fundamentali li kulħadd jirrispetta lil xulxin; fuq kollox din l-enċiklopedija hija iffundata fuq il-prinċipju ta' għaqda bejn il-users innifishom, kif ukoll bejn l-intenzzjoni tagħhom.

Din il-paġna toffri alkuni prinċipji tal-"Wikiquette", jew aħjar, linji gwida fuq kif wieħed jista' jaħdem ma' l-oħrajn fuq il-Wikipedija u jiġi evitat il-flame.
Tista' taqra il-konvenzjonijiet bażiċi fl-artiklu ta' l-edizzjoni bl-Ingliż tal-Wikipedija, Wikipedia:Policies and guidelines.

Werrej

[editja] Prinċipji ta' etiketta tal-Wikipedija

  • Dejjem issoponi rieda tajba kull darba li huwa possibbli. S'issa, il-Wikipedija ħadmet tajjeb billi bbażat fuq politika ta' kważi libertà assoluta ta' reviżjoni. In-nies tiġi hawn biex tikollabora u tikteb artikli tajbin.
  • Evita li tmur lura għall-verżjonijiet preċedenti u tħassar kull fejn hu possibbli. Segwi r-regola li tgħid "tErġa'x il-paġna lura iktar minn 3 darbiet f'24 siegħa", ħlief f'każijiet evidenti ta' vandaliżmu. Spjega l-modifiki tiegħek fis-sommarju.
    • Ikkoreġi, irrevedi, iddiskuti.
  • Kun edukat.
    • In-nies ma tistax tarak u tkun taf il-burdata tiegħek. L-ironija mhux dejjem tkun ovvja, u test niggieżi u insensibbli jista' faċilment jirriżulta bħala rudi. Oqgħod attent għall-kliem li tuża: dak li tixtieq tfisser jista' mhux neċessarjament ikun dak mifhum minn min qed jaqra.
  • Iffirma l-interventi tiegħek fid-diskussjonijiet (u mhux fl-artikli!).
  • Aħdem sabiex jintlaħaq kunsens
  • Tinjorax il-mistoqsijiet.
    • Jekk xi ħadd ma jaqbilx mar-reviżjoni tiegħek, fornixxi motivazzjonijiet validi għaliex taħseb li l-verżjoni tiegħek hija approprjata.
  • Anqas int m'inti skużat mill-preġudizzji: irrikonoxxihom u żommhom taħt kontroll.
  • Ikkonċedi l-punt jekk m'għandikx risposta; jew inkella ammetti li ma taqbilx skond il-fehma jew il-gosti tiegħek.
    • Iġġiegħelx nies jiddiskutu fuq pożizzjonijiet li ma jistgħux jissosstennu.
  • Kun lest li titlob skuża.
    • Fid-diskussjonijiet animati, ħafna drabi nispiċċaw ngħidu affarijiet li iktar il-quddiem jiddispjaċina minnhom. Ammetti l-iżbalji tiegħek.
  • Kun lest li taċċetta l-iskużi b'mod edukat, mingħajr ma titfa' melħ fuq il-ferita.
  • Eloġja meta hu bżonn. Kulħadd jieħu gost jiġi apprezzat, speċjalment f'ambjent li ta' spiss jirrikjedi kompromessi.
  • Neħħi jew riassumi id-disputi li bdejt.
  • Kun medjatur meta jkun hemm diżakkordi bejn users.
  • Jekk id-diskursata edukata ma tirnexxix, ħu pawża jekk qed tiddiskuti, jew issuġġerixxi pawża jekk int medjatur.
    • Erġa' lura wara ġimgħa jew tnejn. Jekk ħadd m'huwa medjatur, ħajjar lil xi ħadd jieħu r-rwol.
    • Għamel pass lura jew sib artiklu biex tiddistraji ruħek. Aqbadproġett tal-Wikipedija; is-servizzi tiegħek huma dejjem neċessarji: kabbar u żid xi informazzjoni f'artiklu, għin artiklu. Jew inkella ikteb artiklu ġdid.
  • Ftakar x'mhux il-Wikipedija.
  • Ara l-lista ta' żbalji komuni fl-użu tal-Wikipedija.

[editja] Kif tevita l-abbuż tal-paġna ta' diskussjoni

Ħafna persuni huma kburin bix-xogħol tagħhom u l-opinjoni tagħhon. L-ego jista' faċilment jiġi urtat minn reviżjoni, imma il-paġni ta' diskussjoni m'humiex il-post fejn tirreaġixxi b'mod eċċessiv. Dawn il-paġni huma okkażjoni tajba biex tillimita - b'konfront paċifiku - danni eventwali lill-ego, u fuq kollox, huma l-post fejn għandu jinsab l-aħjar kunsens possibli dwar il-kontenut ta' l-artikli li huma kollegati magħhom.

[editja] Xi affarjiet li għandek iżżomm f'moħħok

  • Jekk nissoponi illi l-artikli tal-Wikipedija għandhom jirrapreżentaw il-punti di vista kollha (ara NPOV), il-paġni ta' diskussjoni huma l-post fejn evetwalment jiġu diskussi affarijiet li m'humiex kondiviżi minn kulħadd. Huwa neċessarju, però, li wieħed jibqa' strettament fuq is-suġġett.
  • Jekk xi ħadd ma jaqbilx miegħek, dan ma jfissirx neċessarjament illi dik il-persuna (1) tobgħodok, (2) taħseb li int stupidu, (3) hija stupida, (4) hija kattiva, eċċ. Fil-prattika, meta xi ħadd jinserixxi opinjonijiet li m'għandhomx implikazzjonijiet diretti u konkreti fuq l-artiklu, l-aħjar ħaġa huwa li tinjorahom u twaqqa' d-diskussjoni.
  • Il-Wikipedija tistiednek biex ma toqgħodx lura. Qabel tibda diskussjoni staqsi lilek innifsek: huwa verament neċessarju li tiddiskuti? Nista' nforni l-verżjoni tiegħi u nistenna l-oħrajn jibdew jiddiskutu, jekk jaħsbu hekk?
  • Tista' wkoll titfa' d-diskussjoni fuq e-mail jew fuq il-paġna tiegħek ta' l-utent, jekk mhix essenzjali għall-artiklu.

[editja] Xi ftit iktar pariri biex tiddiskuti b'mod edukat

  • Kun dejjem ċar u konċiż fil-punt li qed tindirizza, speċjalment fir-risposti.
    • Tikkwota post huwa tajjeb, imma tgħid kif tinterpretaha huwa aħjar. Qabel ma tagħti t-tort lil xi ħadd, żomm f'moħħok li jista' jkun li int fhimtu ħażin.
  • Tattakkax direttament u personalment il-persuni jew ir-reviżjonijiet tagħhom.
    • Termini bħal "razzista", "sessista", "injorant", "missek tistħi", jew anki "miktub ħażin" huma perċepiti bħala termini offensivi.
Huma kliem li jagħmluha diffiċli biex tinħoloq diskursata produttiva.
  • Ipprova tużax kliem "baxx". Anke jekk lilek ma jaffettwawkx, termini bħal dawn jistgħu jurtaw u jdejqu lil xi nies.

[editja] Iktar pariri

Xi pariri mingħand Larry Sanger:

  • kun miftuħ u akkoljenti, mhux iżolat,
  • ikkonċentra fuq il-kitba ta' l-enċiklopedija u tqisx din il-biċċa xogħol bħala dibattitu,
  • irrikonoxxi u faħħar xogħol tajjeb; xogħol dettaljat jillimita ruħu għall-fatti, jinforma tajjeb u fih referenzi tajbin,
  • lavora per comprendere perché è richiesta la neutralità e perché è così essenziale e buona per questo progetto,
  • ittratta dawk il-membri produttivi u ta' rieda tajba tal-Wikipedija b'rispett
  • faħħar lil dawk il-persuni li huma informati tajjeb f'qasam partikolari u li jafu jiktbu sew fuqu.

Mingħand Kingturtle:

  • Ġiegħel lill-oħrajn iħosshom komdi (anki min ilu jipparteċipa żmien, anki dawk li tqis anitpatki)
  • Oħloq u mantjeni ambjent amikevoli
  • Dawwar ħaddejk in-naħa l-oħra (u żomm il-bogħod minn edit-wars)
  • Għid x'laqtek minn xogħol partikolari, speċjalment jekk ikun ta' xi ħadd li ma tafux (ħafna nies tieħu gost tara li huma mfittxija u aapprezzati)
  • Aħfer
  • Fuq kollox, ħu gost !!!

U biex ngħalqu, last but not least, bħalma jgħidu l-Ingliżi, l-iStatement of principles ta' Jimbo Wales, missier il-Wikipedija.


aa - ab - af - ak - als - am - an - ang - ar - arc - as - ast - av - ay - az - ba - bar - bat_smg - bcl - be - be_x_old - bg - bh - bi - bm - bn - bo - bpy - br - bs - bug - bxr - ca - cbk_zam - cdo - ce - ceb - ch - cho - chr - chy - co - cr - crh - cs - csb - cu - cv - cy - da - de - diq - dsb - dv - dz - ee - el - eml - en - eo - es - et - eu - ext - fa - ff - fi - fiu_vro - fj - fo - fr - frp - fur - fy - ga - gan - gd - gl - glk - gn - got - gu - gv - ha - hak - haw - he - hi - hif - ho - hr - hsb - ht - hu - hy - hz - ia - id - ie - ig - ii - ik - ilo - io - is - it - iu - ja - jbo - jv - ka - kaa - kab - kg - ki - kj - kk - kl - km - kn - ko - kr - ks - ksh - ku - kv - kw - ky - la - lad - lb - lbe - lg - li - lij - lmo - ln - lo - lt - lv - map_bms - mdf - mg - mh - mi - mk - ml - mn - mo - mr - mt - mus - my - myv - mzn - na - nah - nap - nds - nds_nl - ne - new - ng - nl - nn - no - nov - nrm - nv - ny - oc - om - or - os - pa - pag - pam - pap - pdc - pi - pih - pl - pms - ps - pt - qu - quality - rm - rmy - rn - ro - roa_rup - roa_tara - ru - rw - sa - sah - sc - scn - sco - sd - se - sg - sh - si - simple - sk - sl - sm - sn - so - sr - srn - ss - st - stq - su - sv - sw - szl - ta - te - tet - tg - th - ti - tk - tl - tlh - tn - to - tpi - tr - ts - tt - tum - tw - ty - udm - ug - uk - ur - uz - ve - vec - vi - vls - vo - wa - war - wo - wuu - xal - xh - yi - yo - za - zea - zh - zh_classical - zh_min_nan - zh_yue - zu -