Franz Schubert
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Franz Peter Schubert (twieled 31 ta’ Jannar 1797 – miet 19 ta’ Novembru 1828) kien kompożitur Awstrijak. Għalkemm miet ta’ 31 sena, Schubert kien wieħed mill-kompożituri kbar tas-seklu XIX u l-ikbar kompożitur tal-lied fl-ilsien Ġermaniż.
Werrej |
[editja] Bijografija
Franz Peter Schubert twieled Lichtenthal, ħdejn Vjenna. Kien it-tnax il-wieħed f’familja ta’ 14 ulied. Missieru, Franz Theodor, li kien għalliem, tah l-ewwel lezzjonijiet ta’ l-alto, waqt li ħuh Ignaz għallmu l-pjanu. Mill-1808 sa’ l-1813, kien kantant fil-kor tal-kappella imperjali ta’ Vjenna u studja Konvikt (skola għall-kantanti tal-kappella tal-Qorti Rjali) u hekk kien student ta’ Antonio Salieri, direttur tal-mużika tal-Qorti.
Matul dan il-perijodu ta’ formazzjoni, beda jikkomponi minkejja l-problemi fil-familja; missieru ma kienx iħallieh immur id-dar għax ommu kienet qegħda tmut (1811-1813). Schubert beda jikteb l-ewwel għall-pjanu (mill-1810), imbagħad mhux inqas minn tmien kwartetti għall-kordi, xi ouvertures u xi lieder. Fl-1812, sar l-istudent ta’ Salieri, li baqa’ jirrispetta għal ħajtu kollha. Fl-1813, taħt l-influwenza qawwija ta’ Haydn u Mozart imma fuq kollox ta’ Beethoven, ikkompona l-ewwel sinfonija; sentejn wara (Schubert kullu sbatax-il sena) ġew l-ewwel opra tiegħu, l-ewwel quddiesa u l-ewwel kapulavur tiegħu fil-qasam tal-lied : Margerita fuq ir-Raddiena ta’ l-Għażil (Gretchen am Spinnrade) (19 ta’ Ottubru 1814.)
Ftiet snin wara, fl-1818, mar fl-Ungerija, fejn sar l-għalliem tal-mużika tat-tfal tal-konti Esterházy. Reġa’ lura fl-1824.
Ħlief daż-żmien l-Ungerija u xi vjaġġi fl-Awstrija stess fosthom għal Graz, Linz, Steyer, Gmünden u Salzbourg, Schubert għadda l-ħajja qasira tiegħu Vjenna u meta telaq il-professjoni tiegħu ta’ għalliem u ta’ assistent ta’ missieru, kien joqgħod kważi il-ħin kollu għand il-ħbieb u ddedika ħajtu sħieħa għall-kompożizzjoni. Kien jorganizza laqgħat mużikali bejn il-ħbieb‚ li kienu mlaqqma schubertiade fejn il-lieder kellhom l-ewwel suċċess.
Fl-1822-23, Schubert qabditu s-sifilide, u saħħtu baqgħet sejra lura. Mill-mard tiegħu ħareġ mużika iżjed profonda u emoventi, iżjed qrib it-tbatija u l-mewt li kienu jehdduh (Il-Mewt u t-Tfajla, Vjaġġ Xitwi). Franz Schubert miet bit-tifu fid-19 ta’ Novembru 1828, sena u nofs wara Beethoven li kellu għalih, matul ħajtu kollha, rispett u ammirazzjoni bla-tmiem.
[editja] Il-Mużika
Fil-ħajja qasira tiegħu, Franz Schubert kien dejjem nieqes mill-flus, imma dan qatt ma kien jinkwietah, sakemm ħbiebu kienu lesti biex jgħinuh, kif kien hu dejjem lest biex jgħinhom. Għalkemm miet bit-tifu fl-età ta’ 31 sena biss, kellu żmien biżżejjed biex jikkomponi 'il fuq minn 1000 xogħol, fosthom xi 600 lieder. Dawn ta’ l-aħħar huma fost l-iżjed importanti mix-xogħlijiet tiegħu. Huma komposti fuq versi ta’ l-ikbar poeti ta’ l-ilsien Ġermaniż (Klopstock, Goethe, Schiller, Rückert, Heine), ta’ xi ħbieb tiegħu (Mayrhofer, Körner, Spaun, Schober, Senn, Collin, Schwind) jew poeti li baqgħu magħrufin minħabba l-lieder tiegħu (Müller). Il-baritonu Johann Michael Vogl, famuż ħafna f’dik l-epoka, sar ħabib u ammiratur ta’ Schubert, u għamel kontribuzzjoni qawwija biex il-lieder isiru magħrufin, bħal ma għamlu l-baruni Carl von Schönstein u l-kantanta Anna Milder. Xi lieder kellhom suċċess tremend.
Schubert kiteb għal kull forma mużikali, barra kunċerti. Minkejja li kien influwenzat ħafna minn Haydn u Mozart, l-mużika tiegħu baqgħet differenti. Il-kompożizzjonijiet qieshom improvizzati, poetiċi u melodiċi ħafna, fihom sbuħija naturali u immaġinazzjoni kbira, imma fl-istess ħin jistgħu ikunu fantastiċi, tal-ħolm u sikwit ta’ qsim il-qalb, l-iżjed wara li l-kompożitur marad bla tama ta' fejqien.
L-importanza tal-mużika kommoventi tiegħu, li ġustament daż-żmien tintuża ħafna fiċ-ċinema, ma kienitx rikonoxxuta f’ħajtu; infatti ħafna xogħlijiet indaqqu għall-ewwel darba wara mewtu.
[editja] Nota fuq il-katalgu
In-numerazzjoni tradizzjonali tax-xogħlijiet ta’ Schubert qegħda ftit ftit tinbidel għan-notazzjoni mogħtija fil-katalgu editjat minn Otto Erich Deutsch u ippubblikat għall-ewwel darba fl-1951. In-notazzjoni hi magħmula mill-ittra D segwita minn numru Għarbi u wara b’ittra żgħira jekk ikun hemm xi tibil. Pereżempju D 759 tindika s-Sinfonija n. 8 "L-Inkompluta".
[editja] Kompożizzjonijiet prinċipali
[editja] Mużika għall-pjanuforti
- Fantasija fuq Do maġġuri "Wanderer"' D 760
- 4 Improvviżi op. 90 D 899
- 4 Improvviżi op. 142 D 935
- 15-il Sonata
[editja] Mużika da camera
- Trio għall-vjolin, vjola u vjolinċell fuq Si bemoll maġġuri D 581
- Trio għall-vjolin, vjola u vjolinċell fuq Si bemoll maġġuri D 471
- Trii għall-pjanuforti u kordi:
- Trio għall-pjanuforti, vjolin u vjolinċell n. 1 fuq Si bemoll maġġuri D 898
- Trio għall-pjanuforti, vjolin u vjolinċell n. 2 fuq Mi bemoll maġġuri D 929
- Trio għall-pjanuforti, vjolin u vjolinċell fuq Si bemoll maġġuri D 28 («Sonata»)
- Adagio għall-pjanuforti, vjolin u vjolinċell fuq Mi bemoll maġġuri D 897 («Notturn»)
- Kwartetti għall-kordi:
- Kwartett għall-kordi n. 10 fuq Mi bemoll maġġuri D 087 (ippublikata wara mewtu 125)
- Kwartett għall-kordi fuq Si bemoll maġġuri op. 168 D 112
- Kwartett għall-kordi n. 12 fuq Do minuri D 703
- Kwartett għall-kordi n. 13 fuq La minuri "Rożamunda" D 804
- Kwartett għall-kordi n. 14 fuq Re minuri "Il-Mewt u t-Tfajla" D 810
- Kwartett għall-kordi n. 15 fuq Sol maġġuri D 887 (ippublikata wara mewtu 161)
- Sonata fuq La minuri għall-arpeggione (vjolinċell) u pjanuforti D 821
- Kwintett għall-pjanuforti u kordi fuq La maġġuri "It-Trota" op. 114 D 667
- Kwintett għall-kordi fuq Do maġġuri D 956 (ippublikata wara mewtu 163)
- Ottett fuq Fa maġġuri għall-klarinett, fagott, kornu, żewġ violini, vjola, vjolinċell u kuntrabaxx D 803 (ippublikata wara mewtu 166)
[editja] Mużika sagra
- Quddiesa Ġermaniża fuq Fa maġġuri D 872
- Quddiesa fuq La bemoll D 621
- Stabat Mater
- Magnificat D 486
- Salve Regina
- Ave Maria D 839
[editja] Mużika sinfonika
- Sinfonija n. 1 fuq Re maġġuri D 82 (1813)
- Sinfonija n. 2 fuq Si bemoll maġġuri D 125 (1815)
- Sinfonija n. 3 fuq Re maġġuri D 200 (1815)
- Sinfonija n. 4 fuq Do minuri "It-Traġika" D 417 (1816)
- Sinfonija n. 5 fuq Si bemoll maġġuri D 485 (1816)
- Sinfonija n. 6 fuq Do maġġuri "Iż-Żgħira" D 589 (1818)
- Sinfonija n. 8 fuq Si minuri "L-Inkompluta" D 759 (1822)
- Sinfonija n. 9 fuq Do maġġuri "Il-Kbira" (1825-1828)
- Ouverture "Rożamunda prinċipessa ta’ Ċipru", musica di scena (1823)
- Ouverture "fl-istil Taljan" fuq do maġġuri
- Ouverture "Alfonsu u Estrella"
[editja] Mużika vokali
- Margerita fuq ir-Raddiena ta' l-Għażil (Gretchen am Spinnrade ) D 118
- Ir-Re ta’ l-Elfi (Erlkönig) D 328
- Auf dem Wasser zu singen (Minn kant fuq l-ilma) D 774
- It-Tfajla Sbejħa tal-Mitħna (Die Schöne Müllerin ) D 795
- Vjaġġ Xitwi (Winterreise) D 911
- L-Għanja taċ-Ċinju (Schwanengesang) D 957
[editja] Opri liriċi
- Alfonsu u Estrella
- It-Tewmin
- Fierrabras
- L-Arpa Msaħħra
- Claudine von Villa Bella
[editja] Ħoloq esterni
- musicologie.org : bijografija, katalgu tax-xogħlijiet, bibljografija, diskografija, partituri
- perso.wanadoo.fr/garry.holding/schubert : bijografija dettaljata jew imqasra, sors dokumentarju importanti, informazzjoni diretta lejn dawk li għadhom jibdew
- pianobleu.com : bijografija, diskografija
- Katalgu sħieħ tax-xogħlijiet
- Mużika għall-pjanu