Pittura
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Il-pittura hija l-arti li fiha pigmenti jiġu applikati ma' karta, tila, ċeramika, injam jew saħansitra ma' ħajt. Il-proċess bażikament jikkonsisiti f'li jiddellek il-kulur ma' wiċċ. Ir-riżultat ta' dan jaf ikollu l-għan li jimita r-realtà ta' madwarna jew li jirraffigura elementi metafiżiċi jew astrazzjonijiet.
[editja] L-Istorja tal-Pittura
Skond il-mit Grieg il-pittura nibtet f'Delfi. Imma l-eqdem tpinġijiet li nafu bihom instabu fil-Grotta Chauvet fi Franza u aktarx saru mat-32,000 sena ilu. Fihom hemm żwiemel, rinoċeronti, iljuni, bufli u mammuttijiet (mammutts forsi hi forma aktar użata).
Fil-preżent il-pittura hija waħda mill-iktar forom ta' arti magħrufa u apprezzati.
Il-pittura tiġi ikklassifikata bħala Arti viżiva