Web Analytics Made Easy - Statcounter

See also ebooksgratis.com: no banners, no cookies, totally FREE.

CLASSICISTRANIERI HOME PAGE - YOUTUBE CHANNEL
Privacy Policy Cookie Policy Terms and Conditions
Massimo Busacca - Wikipedija

Massimo Busacca

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.

Massimo Busacca (twieled fis-6 ta' Frar 1969, f'Bellinzona) hu referì tal-futbol Svizzeru. Hu jgħix f'Monte Carasso qrib Bellinzona. Hu ilu referì fil-kampjonat tal-futbol Svizzeru mill-1996. Hu ilu referì tal-FIFA mill-1999. Hu kien magħżul biex ikun referì waqt it-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006 fil-Ġermanja.

Werrej

[editja] Karriera

[editja] Tazza tad-Dinja tal-FIFA 2006

Waqt li kien qed jirrefja l-partita tat-Tazza tad-Dinja 2006 bejn l-Ukrajna u Spanja, Busacca għamel deċiżjoni kontra Vladislav Vaschuk fejn lill-plejer tah karta ħamra u ordna penalty kontra l-Ukrajna fis-47 minuta tal-logħba. Diversi angoli ta' l-azzjoni wrew li ma kien hemm l-ebda kuntatt fiżiku fil-kaxxa l-kbira bejn Fernando Torres u Vladislav Vaschuk. David Villa ta' Spanja skorja minn dan il-penalty kontra l-gowler Ukren Oleksandr Shovkovsky. Din id-deċiżjoni kienet kritikata minn diversi benjamini. Sitwazzjoni simili involviet lill-Ukren Andry Voronin u d-difiża Spanjola, fejn din id-darba l-ebda penalty ma ngħata.

F'partita oħra tat-Tazza tad-Dinja 2006, hu kien ikkritikat minħabba li weriex il-karta l-ħamra lid-difensur Arġentin Gabriel Heinze wara li l-gowler Arġentin Roberto Abbondanzieri tefa' ballun ħażin u dan irriżulta bl-attakkant Messikan Francisco Fonesca jagħmel ġirja waħdu quddiem il-gowler ta' l-Arġentina. Minkejja li Gabriel Heinze wettaq daħla ħażina fuq Fonseca hu kien muri biss il-karta safra.

Busacca kien wieħed mit-tnax-il referì li baqgħu fil-fażi eliminatorji mill-kwarti tal-finali 'l quddiem.

[editja] Partiti oħra

Fl-24 ta' Marzu 2007, Massimo Busacca kien ingħata l-inkarigu biex jirrefja ma' Spanja. F'partita ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2008 kontra d-Danimarka f'Santiago Bernabéu f'Madrid, hu keċċa lid-difensur Daniż Niclas Jensen wara biss 20 minuta ta' l-ewwel taqsima. Sa dak il-punt, il-logħba kienet dominata mid-Daniżi. Il-karta l-ħamra bidlet il-kors tal-partita u l-Ispanjoli ħarġu rebbieħa 2-0. Anki l-kowċ tat-tim viżitatur Morten Olsen kien imkeċċi mill-partita.

Busacca ħa ħsieb tal-finali tat-Tazza UEFA 2006-07 f'Hampden Park fis-16 ta' Mejju, fejn matul din il-partita hu keċċa lill-midfielder Moisés Hurtado ta' RCD Espanyol wara t-tieni karta safra.

Busacca baqa' b'reputazzjoni ħażina minħabba fl-aħħar partita ta' l-AXPO Super League ta' l-istaġun 2005-06 bejn FC Basel u FC Zürich f'St. Jakob-Park f'Bażel. FC Basel, li matul l-istaġun kienu għadhom ma tilfux, riedu biss pari biex jassiguraw r-raba' titlu nazzjonali f'ħames snin. Il-partita baqgħet pari sad-90 minuta, imma fl-aħħar minuta tal-ħin miżjud, id-difensur ta' Zürich, Iulian Filipescu, skorja l-gowl tar-rebħa u din kienet segwita bit-tisfira finali ta' Busacca. F'dak il-punt, diversi partitarji, fosthom benjamini ta' Basel, daħlu fil-grawnd. Il-partitarji ta' Basel attakkaw lill-plejers ta' Zürich u ġġieldu ma' xulxin. Problemi oħra qamu barra l-istadju matul il-lejl.

[editja] Ħoloq oħra


aa - ab - af - ak - als - am - an - ang - ar - arc - as - ast - av - ay - az - ba - bar - bat_smg - bcl - be - be_x_old - bg - bh - bi - bm - bn - bo - bpy - br - bs - bug - bxr - ca - cbk_zam - cdo - ce - ceb - ch - cho - chr - chy - co - cr - crh - cs - csb - cu - cv - cy - da - de - diq - dsb - dv - dz - ee - el - eml - en - eo - es - et - eu - ext - fa - ff - fi - fiu_vro - fj - fo - fr - frp - fur - fy - ga - gan - gd - gl - glk - gn - got - gu - gv - ha - hak - haw - he - hi - hif - ho - hr - hsb - ht - hu - hy - hz - ia - id - ie - ig - ii - ik - ilo - io - is - it - iu - ja - jbo - jv - ka - kaa - kab - kg - ki - kj - kk - kl - km - kn - ko - kr - ks - ksh - ku - kv - kw - ky - la - lad - lb - lbe - lg - li - lij - lmo - ln - lo - lt - lv - map_bms - mdf - mg - mh - mi - mk - ml - mn - mo - mr - mt - mus - my - myv - mzn - na - nah - nap - nds - nds_nl - ne - new - ng - nl - nn - no - nov - nrm - nv - ny - oc - om - or - os - pa - pag - pam - pap - pdc - pi - pih - pl - pms - ps - pt - qu - quality - rm - rmy - rn - ro - roa_rup - roa_tara - ru - rw - sa - sah - sc - scn - sco - sd - se - sg - sh - si - simple - sk - sl - sm - sn - so - sr - srn - ss - st - stq - su - sv - sw - szl - ta - te - tet - tg - th - ti - tk - tl - tlh - tn - to - tpi - tr - ts - tt - tum - tw - ty - udm - ug - uk - ur - uz - ve - vec - vi - vls - vo - wa - war - wo - wuu - xal - xh - yi - yo - za - zea - zh - zh_classical - zh_min_nan - zh_yue - zu -