Maria Grech Ganado
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Maria Grech Ganado twieldet Ħal Lija, fl-1943. Studjat fl-universitajiet ta' Malta, Cambridge u Heidelberg. Kienet l-ewwel mara Maltija li nħatret full-time lecturer fl-Università ta' Malta fl-1971. Iżżewġet fl-1972 lil Louis Grech u għandha tlett itfal, fosthom Xandru Grech. Fl-1995, wara waqfa ta' iżjed minn 20 sena, reġgħet bdiet tgħallem sakemm irtirat fi Frar ta' l-2003. Maria hija poetessa bilingwi; tikteb kemm bl-Ingliż u bil-Malti. Il-poeżiji Ingliżi tagħha ġew ippubblikati f'rivisti prestiġjużi fl-Ingilterra u l-Awstralja. Ħarġet tliet ġabriet ta' poeżiji bil-Malti, Iżda Mhux Biss (1999), li rebaħ il-Premju Letterarju fis-sena 2000, Skond Eva (2001) u Fil-Ħofra Bejn Spallejha (2005). Uħud mill-poeżiji tagħha jidhru wkoll f'antoloġiji Maltin kif ukoll Taljani u Franċiżi. Fis-sena 2000 ingħatat il-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika.
[editja] Bibljografija
- Iżda Mhux Biss, 1999
- Skond Eva, 2001
- Ribcage, 2001
- Fil-Ħofra Bejn Spallejha, 2005
- Cracked Canvas, 2005
- Memory Rape, 2005
Dan l-artiklu huwa abbozz. Jekk tista', tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skond il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija.
Għal lista kompluta ta' abbozzi, ara l-kategorija relatata. |