Kemmuna
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Kemmuna hija t-tielet l-akbar gżira fil-Gżejjer Maltin. Marsusa bejn Malta u Għawdex, iż-żewġ gżejjer il-kbar, hija fil-parti l-kbira għerja u bi ftit kenn. Il-popolazzjoni tgħodd erba' min-nies, il-fdal ta' komunita ta' bdiewa Għawdxin u Maltin li kienu jaħdmu r-raba għal neguzjant Malti aktar minn erbgħin sena ilu.
Magħrufa għar-ramla kennija ta' Bejn il-Kmiemen, li fis-sajf tiġbed għexieren ta' opri tal-baħar imgħobbija b'mijiet ta' frustiera u Maltin. Għandha lukanda waħda, li tinsab fir-Ramla ta' San Niklaw.