J.K. Rowling
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Joanne Rowling hi kittieba Ingliża li tiffirma J.K. Rowling. Rowling hi l-kittieba tas-serje ta’ Harry Potter, li għandu fama internażżjonali, rebaħ ħafna premjijiet, u biegħ 'il fuq minn 377 miljun kopja mad-dinja kollha.
Il-kunjom Rowling ġieli jinqara "Rolling" minflok "Rowling". Isimha propja hu "Joanne Rowling" mhux bħal ma jaħsbu ħafna nies "Joanne Kathleen Rowling". Qabel ma ppublikat l-ewwel ktieb Harry Potter and the Philosopher’s Stone, Bloomsbury, il-kumpanija li jistampaw u jippublikaw il-kotba ta’ Harry Potter, beżgħu li s-subien ma kinux se jaqrawh il-ktieb billi kienet kitbitu mara. Allura biex ma tidhirx li hi mara, għażlet l-ittra K, minn isem nannitha Kathleen, biex minflok jidher l-isem "Joanne Rowling", jidher "J.K Rowling".
Joanne Rowling twieldet f’Yate, South Gloucestershire, l-Ingilterra fil-31 ta’ Lulju 1965.Oħtha Dianne twieldet meta Joanne kellha biss 23 xahar. Il-familja tagħha marru joqgħodu f’raħal qrib Winterbourne meta Joanne kellha erba’ snin. Hi kienet tmur St Michael’s Primary School. Imbagħad marru joqgħodu go Tutshill meta kellha disa’ snin. Meta kienet żgħira Joanne kienet tħobb tikteb stejjer tal-fantasija. Meta kibret, kienet tmur Wydean School and College. Rowling kienet tajba ħafna fil-lingwi, imma ma tantx kienet tajba għall-isports u l-Matematika.
Wara li studjat il-Franċiż u xi suġġetti oħra fl-Università ta’ Exeter, marret tgħix Londra. Matul dan iż-żmien, meta darba kienet ġo ferrovija, sejra minn Manchester għal Londra, kellha l-idea li tikteb storja dwar tifel li kien imur skola tas-seħer. Meta waslet fl-appartament tagħha, bdiet tikteb mill-ewwel.
F’ Diċembru ta’ 1990, omm Joanne mardet u mietet. Joanne qalet "Kont qegħda nikteb Harry Potter meta ommi mietet. Qatt ma għedtilha fuq Harry Potter".
Rowling rebħet ħafna premjijiet għall-kotba li kitbet, fosthom Children’s Book Award, Nestlé Smarties Book Prize u ħafna oħrajn. Is-sitt ktieb, Harry Potter and the Half-Blood Prince qiegħed fil-Guinness World Records bħala l-iżjed ktieb li qatt nbiegħ! Is-sitt ktieb nbiegħ f’ġurnata u nbigħu iżjed kopji milli nbigħu kopji ta' The Da Vinci Code f’sena. J.K. Rowling taqla iżjed flus mill-kotba milli taqla’ r-reġina ta’ l-Ingilterra. Bħalissa, J.K. Rowling qed tgħix Edinburgh, l-iSkozja ħdejn oħta Dianna u ħarget Harry Potter and the Deathly Hollows fil-21 ta’ Lulju 2007.
Website:[1]