Il-Gżejjer ta’ San Pawl
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Il-Gżejjer ta'San Pawl huma żewġ gżejjer zgħar ħdejn xulxin fil-bajja ta' San Pawl f'Malta.
Bħalissa, ħadd ma jgħix fuq dawn il-gżejjer, u l-aħħar abitant tal-gżejjer kien bidwi li kien jaħdem ir-raba' hemmhekk u telaq ħafna snin ilu.
Fis-sena 60 W.K., il-gvernatur Ruman tal-Palestina Porcius Festus ħalla lil San Pawl (Pawlu ta' Tarsu) jmur minn Caesarea Maritima sa Ruma biex jidher l-Imperatur Neruni akkużat bl-ereżija. Għalhekk ittieħed fuq vapur, fliemkien ma nies oħra, li kienu jinkludu ħbiebu San Luqa u Aristarku. Kif telgħu fuq il-vapur, it-temp kien diġa dar għall-ħazin, u kullħadd beda jibża', imma San Pawl serraħ moħħ kullħadd billi qalilhom, "Issa ġa ilkom erbatax-il ġurnata tistennew sajmin u ma dduqu xejn. Għalhekk agħmlu l-qalb u trejqu b'xi ħaġa ta' l-ikel, u jwetikom f'saħħithom, għax ħadd minnkom mhu se jitlef xagħra waħda minn rasu". Hu beda jiekol biex ikun eżempju għall-oħrajn.
U hekk ġara - meta ġew qrib ħafna lejn l-art, xi uħud qabżu ġo l-ilma, u oħrajn żammew ma' biċċiet ta' injam mill-vapur u għamu sa l-art, "Meta ħlisna mill-għarqa," jgħidu l-Atti ta' l-Appostli "sirna nafu li l-gżira kien jisimha Melita. In-nies tagħha ġiebu ruħhom magħna bil-ħlewwa liema bħalha." Ħadd ma kien miet u il-276 passiġieri kollha ssalvaw.
Il-Gżejjer ta' San Pawl huma il-post fejn probabilment seħħet l-għarqa tal-vapur iżda xi nies ma jaqblux ma' dan.
[editja] Links Oħrajn
- http://www.truegood.fsnet.co.uk/scicluna.htm
- http://www.maltavista.net/ ritratti tal-Gżejjer Maltin
- http://louishenwood.com/history/no10.html