Web Analytics Made Easy - Statcounter

See also ebooksgratis.com: no banners, no cookies, totally FREE.

CLASSICISTRANIERI HOME PAGE - YOUTUBE CHANNEL
Privacy Policy Cookie Policy Terms and Conditions
Greenpeace - Wikipedija

Greenpeace

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.

Greenpeace (maqluba litteralment għall-Malti: Paċi ħadra) hija għaqda ambjentali internazzjonali. Hija taħdem biex tbiddel il-politika tal-gvernijiet u l-industriji li jheddu id-dinja naturali. Greenpeace tiġbed l-attenzjoni għall-perikli li l-ambjent jsofri b'azzjonijiet bħat-tħaffir għaż-żejt fil-baħar, l-ittestjar ta' bombi nukleari u r-rimi ta' żibel radjoattiv fl-oċeani. Hija ukoll t'opponi l-qbid tal-baleni, it-tifrix t'armi nukleari u t-theddid lill-ambjent selvaġġ minħabba l-kaċċa, t-tniġġis u t-telf ta' l-abitat naturali.

[editja] Azzjonijiet

Membri tal-Greenpeace jużaw metodi ta' protesti diretti u indiretti. Huma jmorru fil-post fejn tkun qed issir l-attività li l-grupp jikkunsidra bħala ħażina. Mingħajr ma jużaw il-forza, huma jippruvaw iwaqqfu l-attività. Eżempju, biex jipprotestaw kontra l-qbid tal-baleni, membri tal-Greenpeace ġewwa dgħajjes ippustjaw lilhom infushom bejn il-baleni u l-vapuri ta' dawk li jaqbduhom.

[editja] Storja

Il-Greenpeace twaqqfu fil-Kanada fl-1971. Hija ġibdet l-attenzjoni internazzjonali permezz ta' l-isforzi tagħha biex issalva l-baleni u għall-oppożizzjoni tagħha lejn il-qtil ta' tip t'iljun il-baħar, magħruf bħala harp seal, mal-kosta ta' Newfoundland. Fl-1985, membri tal-Greenpeace ippjanaw biex jużaw il-vapur tagħhom, ir-[[Rainbow Warrior]], biex jipprotestaw kontra it-testijiet nukleari Franċiżi fil-Paċifiku t'isfel. Imma splużżjoni għerqet il-vapur fil-port ta' Auckland fi New Zealand, u nqatel fotografu tal-Greenpeace. Uffiċjali tal-gvern Franċiż ammettew ir-responsabiltà tagħhom fl-għarqien tal-vapur, u l-Ministru tad-Difiża rriżenja.

[editja] Ħoloq


aa - ab - af - ak - als - am - an - ang - ar - arc - as - ast - av - ay - az - ba - bar - bat_smg - bcl - be - be_x_old - bg - bh - bi - bm - bn - bo - bpy - br - bs - bug - bxr - ca - cbk_zam - cdo - ce - ceb - ch - cho - chr - chy - co - cr - crh - cs - csb - cu - cv - cy - da - de - diq - dsb - dv - dz - ee - el - eml - en - eo - es - et - eu - ext - fa - ff - fi - fiu_vro - fj - fo - fr - frp - fur - fy - ga - gan - gd - gl - glk - gn - got - gu - gv - ha - hak - haw - he - hi - hif - ho - hr - hsb - ht - hu - hy - hz - ia - id - ie - ig - ii - ik - ilo - io - is - it - iu - ja - jbo - jv - ka - kaa - kab - kg - ki - kj - kk - kl - km - kn - ko - kr - ks - ksh - ku - kv - kw - ky - la - lad - lb - lbe - lg - li - lij - lmo - ln - lo - lt - lv - map_bms - mdf - mg - mh - mi - mk - ml - mn - mo - mr - mt - mus - my - myv - mzn - na - nah - nap - nds - nds_nl - ne - new - ng - nl - nn - no - nov - nrm - nv - ny - oc - om - or - os - pa - pag - pam - pap - pdc - pi - pih - pl - pms - ps - pt - qu - quality - rm - rmy - rn - ro - roa_rup - roa_tara - ru - rw - sa - sah - sc - scn - sco - sd - se - sg - sh - si - simple - sk - sl - sm - sn - so - sr - srn - ss - st - stq - su - sv - sw - szl - ta - te - tet - tg - th - ti - tk - tl - tlh - tn - to - tpi - tr - ts - tt - tum - tw - ty - udm - ug - uk - ur - uz - ve - vec - vi - vls - vo - wa - war - wo - wuu - xal - xh - yi - yo - za - zea - zh - zh_classical - zh_min_nan - zh_yue - zu -