Web Analytics Made Easy - Statcounter

See also ebooksgratis.com: no banners, no cookies, totally FREE.

CLASSICISTRANIERI HOME PAGE - YOUTUBE CHANNEL
Privacy Policy Cookie Policy Terms and Conditions
Fenek ta' denbu qotni tal-Lvant - Wikipedija

Fenek ta' denbu qotni tal-Lvant

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.

wikipedia:How to read a taxobox
How to read a taxobox
Fenek ta' denbu qotni tal-Lvant
Fenek ta' denbu qotni tal-Lvant, Sylvilagus floridanus
Fenek ta' denbu qotni tal-Lvant, Sylvilagus floridanus
Klassifikazzjoni Xjentifika
Renju: Animalia
Fajlum: Chordata
Klassi: Mammalia
Sottoklassi: Theria
Infraklassi: Eutheria
Superordni: Euarchontoglires
Ordni: Lagomorpha
Familja: Leporidae
Ġeneru: Sylvilagus
Speċi: S. floridanus
Isem binominali
Sylvilagus floridanus
J. A. Allen, 1890
  • Sylvilagus floridanus alacer
  • Sylvilagus floridanus avius
  • Sylvilagus floridanus aztecus
  • Sylvilagus floridanus chapmani
  • Sylvilagus floridanus connectens
  • Sylvilagus floridanus cumanicus
  • Sylvilagus floridanus floridanus
  • Sylvilagus floridanus holzneri
  • Sylvilagus floridanus hondurensis
  • Sylvilagus floridanus macrocarpus
  • Sylvilagus floridanus mallurus
  • Sylvilagus floridanus margaritae
  • Sylvilagus floridanus nigronuchalis
  • Sylvilagus floridanus orinoci
  • Sylvilagus floridanus orizabae
  • Sylvilagus floridanus purgatus
  • Sylvilagus floridanus superciliaris
  • Sylvilagus floridanus yucatanicus
Fenek ta' denbu qotni tal-Lvant
Fenek ta' denbu qotni tal-Lvant

Il-Fenek ta' denbu qotni tal-Lvant Sylvilagus floridanus jew kif inhu msejjaħ ukoll Denb qotni tal-Lvant huwa mammiferu plaċentat tad-Dinja l-Ġdida u membru tal-familja Leporidae, fl-ordni Lagomorpha. Dan id-denb qotni huwa wieħed mill-aktar speċi komuni fil-kontinent ta' l-Amerika ta' fuq.

Il-Fenek ta' denbu qotni tal-Lvant jista' jkun ta' kulur kannella fil-ħamrani (fis-sajf) jew kannella fil-griż (fix-xitwa) li jiċċara lejn taħt iż-żaqq fejn il-pil jidher ħafn' aktar fin, għandu par saqajn kbar fuq wara, par widnejn twal u weqfin u denb qasir u qotni ta' lewn abjad fuq in-naħa ta' taħt u b'tebgħa ta' kulur is-sadid fuq in-naħa ta' fuq. In-nisa ġeneralment ikunu ftit akbar mill-irġiel.

Il-Fenek ta' denbu qotni tal-Lvant huwa leporidu notturnu li jkun attiv ħafna minn tard wara nżul ix-xemx sa kmieni filgħodu qabel it-tlugħ. Dan huwa denb qotni li jippreferi tip ta' abitat fejn jista' jħaffer il-bejta taħt l-art, ikun jista' jaħrab malajr (kapaċi jiġri b' veloċita ta' 'l fuq minn 30 kilometru fis-siegħa u jaqbeż bejn 3 u 5 metri) iżda dejjem fil-ftuħ.

Werrej

[editja] Riproduzjoni

Boton żrameġ ta' Fenek ta' denbu qotni tal-Lvant
Boton żrameġ ta' Fenek ta' denbu qotni tal-Lvant

L-irġiel ġeneralment jitgħammru ma' aktar minn fenka waħda minn Frar sa Settembru u dawn jista' jkollhom minn 2 sa 4 btan żrameġ fis-sena. Il-Fenka tipprepara bejta taħt l-art miksijja bil-ħaxix u s-suf tagħha stess ftit qabel ma' twelled u kif twelled din tkun lesta u tista' titgħammar mill-ewwel. Il-boton ikun magħmul minn 1 sa 9 żrameġ li jitwieldu għomja, bla pil u totalment dippendenti fuq l-omm. Iż-żrameġ ta' 3 ġimgħat jieqfu jieħdu l-ħalib u jaqbdu jieklu l-ħaxix, ta' 7 ġimgħat isiru indipendenti u ta' 3 xhur jimmaturaw sesswalment.

[editja] Distribuzjoni

Il-Fenek ta' denbu qotni tal-Lvant għandu firxa fil-Lvant u fil-Lbiċ ta' l-Istati Uniti, fin-Nofs in-nhar tal-Kanada, fil-Lvant tal-Messiku u fl-Amerika Ċentrali. Id-distribuzjoni ta' dan id-denb qotni kibret u nfirex lejn it-Tramuntana meta l-bniedem beda jaqta' l-foresti. Oriġinarjament il-Fenek ta' denbu qotni tal-Lvant ma' kienx mifrux b'mod naturali f'New England, hawn dan id-denb qotni ġie ntrodott mill-bniedem u issa qiegħed jikkompeti għall-abitat mal-Fenek ta' denbu qotni li huwa nativ ta' l-istat ta' New England.

[editja] Klassifikazjoni

  • Ordni Lagomorpha
    • Familja Leporidae
      • Ġeneru Sylvilagus
        • Sottoġeneru Sylvilagus
        • Fenek ta' denbu qotni tal-Lvant, Sylvilagus floridanus
          • Sottospeċi
          • Sylvilagus floridanus alacer (Bangs, 1896)
          • Sylvilagus floridanus avius (Osgood, 1910)
          • Sylvilagus floridanus aztecus (J.A. Allen, 1890)
          • Sylvilagus floridanus chapmani (J.A. Allen, 1899)
          • Sylvilagus floridanus connectens (Nelson, 1904)
          • Sylvilagus floridanus cumanicus (Thomas, 1897)
          • Sylvilagus floridanus floridanus (J.A. Allen, 1890)
          • Sylvilagus floridanus holzneri (Mearns, 1896)
          • Sylvilagus floridanus hondurensis (Goldman, 1932)
          • Sylvilagus floridanus macrocarpus (Diersing & Wilson, 1980)
          • Sylvilagus floridanus mallurus (Thomas, 1898)
          • Sylvilagus floridanus margaritae (Miller, 1898)
          • Sylvilagus floridanus nigronuchalis (Hartert, 1894)
          • Sylvilagus floridanus orinoci (Thomas, 1900)
          • Sylvilagus floridanus orizabae (Merriam, 1893)
          • Sylvilagus floridanus purgatus (Thomas, 1920)
          • Sylvilagus floridanus superciliaris (J.A. Allen, 1899)
          • Sylvilagus floridanus yucatanicus (Miller, 1899)

[editja] Referenzi

  • Lagomorph Specialist Group (1996). Sylvilagus floridanus L-inqas ħsieb. 2006 IUCN Red List of Threatened Species. IUCN 2006. Informazjoni mniżla fid- 9 ta' Novembru 2006.


aa - ab - af - ak - als - am - an - ang - ar - arc - as - ast - av - ay - az - ba - bar - bat_smg - bcl - be - be_x_old - bg - bh - bi - bm - bn - bo - bpy - br - bs - bug - bxr - ca - cbk_zam - cdo - ce - ceb - ch - cho - chr - chy - co - cr - crh - cs - csb - cu - cv - cy - da - de - diq - dsb - dv - dz - ee - el - eml - en - eo - es - et - eu - ext - fa - ff - fi - fiu_vro - fj - fo - fr - frp - fur - fy - ga - gan - gd - gl - glk - gn - got - gu - gv - ha - hak - haw - he - hi - hif - ho - hr - hsb - ht - hu - hy - hz - ia - id - ie - ig - ii - ik - ilo - io - is - it - iu - ja - jbo - jv - ka - kaa - kab - kg - ki - kj - kk - kl - km - kn - ko - kr - ks - ksh - ku - kv - kw - ky - la - lad - lb - lbe - lg - li - lij - lmo - ln - lo - lt - lv - map_bms - mdf - mg - mh - mi - mk - ml - mn - mo - mr - mt - mus - my - myv - mzn - na - nah - nap - nds - nds_nl - ne - new - ng - nl - nn - no - nov - nrm - nv - ny - oc - om - or - os - pa - pag - pam - pap - pdc - pi - pih - pl - pms - ps - pt - qu - quality - rm - rmy - rn - ro - roa_rup - roa_tara - ru - rw - sa - sah - sc - scn - sco - sd - se - sg - sh - si - simple - sk - sl - sm - sn - so - sr - srn - ss - st - stq - su - sv - sw - szl - ta - te - tet - tg - th - ti - tk - tl - tlh - tn - to - tpi - tr - ts - tt - tum - tw - ty - udm - ug - uk - ur - uz - ve - vec - vi - vls - vo - wa - war - wo - wuu - xal - xh - yi - yo - za - zea - zh - zh_classical - zh_min_nan - zh_yue - zu -