Djalett Grieg-Kalabriż
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Id-djalett Grieg-Kalabriż jew Grieg-Boveżjan huwa l-verżjoni ta' Grieg Taljanizzat użat fir-reġjun Taljan tal-Kalabrija, kuntrarju ta' l-idjoma Italo-Griega mitkellma fil-Greċja Salentina. Dawn iż-żewġ lingwi huma ħafna drabi maqgħuda flimkien bħala Italjot Grieg (Katoitaliótika) jew Greċjaniku jew ukoll Griko, imma huma żewġ verżjonijiet differenti li żviluppaw b'mod differenti tul l-istorja.
Il-Grieg-Kalabriż huma mniżżel fil-Ktieb l-Aħmar (Red Book) ta' l-UNESCO bħala lingwa li qiegħda fil-periklu li tintilef [1], flimkien mal-Greċjaniku. Barra minn hekk, l-Euromosaic isostni [2] li din hija lingwa minoritarja ta' l-Unjoni Ewropea li qiegħda f'periklu.
Dan id-djalett huwa msemmi wkoll mill-Ethnologue bħala djalett tal-Grieg Modern [3]. Il-konklużjoni li ħareġ biha l-Ethnologue hija pjuttost dubjuża għaliex din il-lingwa kellha żvilupp separat u paralleli mill-Grieg Biżantin (jew saħħansitra mill-Grieg antik) sal-Grieg Modern, u għaldaqstant dan id-djalett jista' jitqies ħu l-Grieg modern iktar milli ferħ dirett.
Jekk wieħed iżomm dawn il-punti f'moħħu, ikun iktar korrett li jħares lejn il-Grieg-Kalabriż bħala verżjoni djalettali tal-Grieg-Biżantin Medjevali iktar milli djalett tal-Grieg Modern.
Però, din il-verżjoni tal-lingwa Griega qatt ma wriet żvilupp estensiv tul l-istorja tagħha, u kienet tintuża biss għall-komunikazzjoni u d-diskors ta' kuljum mingħajr qatt ma kellha rwol sinjifikanti fl-oqsma amministrattivi, letterarji jew ekkleżjastiċi.
[editja] Links esterni
- (Taljan)Grecìa Calabra
- (Ingliż)Scheda Euromosaic
- (Taljan)Biografija ta' Leonzio Pilato
Dan l-artiklu huwa abbozz. Jekk tista', tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skond il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija.
Għal lista kompluta ta' abbozzi, ara l-kategorija relatata. |