Diġitigrad
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Diġitigrad huwa annimal li joqgħod wieqaf u li jimxi bil-piż ta' ġismu fuq id-diġitali jew fuq is-swaba (lokomozjoni diġitigradali) u dawn jinkludu il-qtates, il-klieb u ħafna mammiferi oħra. Ġeneralment dawn l-annimali huma ħafna aktar veloċi u silenzjużi fil-movimenti tagħhom minn annimali b' tip ta' lokomozjoni ieħor.
Filwaqt li l-bniedem normalment joqgħod bil-wieqfa u jimxi fuq il-qiegh kollu tal-pala tas sieq imserraħ jew imiss ma' l-art (lokomozjoni plantigradali), annimal digitigrad jimxi fuq il-falanġi distali jew distali u l-falangi intermedji jew falanġi tan-nofs. Il-lokomozjoni diġitigradali hija responsabli għal-forma ta' ganċċ ferm distinta li għandhom is-saqajn tal-kelb.
Hemm differenzi anatomiċi kbar, bejn is-sieq ta' plantigrad u s-sieq ta' diġitigrad. Annimali diġitigradi għandhom il-karpali u t-tarsali relativament twal u b' hekk, dawn l-għadam (li fil-bniedem jikkorispondu għal-għaksa), huma ppużizjonati ferm aktar 'l fuq minn fejn huma ppużizjonati fis-saqajn tal-bniedem. Dan il-fattur effetivament itawal il-pal sal-punt, li kemm il-pal ta' l-idejn kif ukoll tas-saqajn fl' annimal diġitigradi, meta mqabbla, jikkorispondu għall-għadam tas-swaba biss fil-bniedem.
Peress li s-superfiċi li tmiss ma' l-art u li trid tinqata minn ma' l-art hija ġeneralment iżgħar, u minnħabba ukoll li t-tul tas-sieq huwa ħafna aktar, hemm tendenza li bil-lokomozjoni diġitigradali l-movimenti jkunu ta' aktar ħeffa.
[editja] Eżempji ta' annimali Diġitigradi
- Familja Canidae
- lupu
- kelb
- kojoti
- Familja Felidae
- qattus
- ljun
- Familja Hippopotamidae
- ħippopotamu
- Familja Elephantidae
- ijunfant
[editja] Ara ukoll
- Plantigrad
- Unguligrad
- Lokomozjoni
- Lokomozjoni ta' l-annimali fuq wiċċ l-art
[editja] Referenzi
- Yes, the Shin Bone Is Connected to the Ankle Bone
- Saqajn, Idejn u Lokomozjoni Kursorja. Myers, P., R. Espinosa, C. S. Parr, T. Jones, G. S. Hammond, and T. A. Dewey. 2006. The Animal Diversity Web (online). Accessed January 06, 2007.
- DeBlase, A. F., and R. E. Martin. 1981. A manual of mammalogy. Second Edition. Wm. C. Brown, Publishers. Dubuque, Iowa. xii+436 pp.
- Hildebrand, M. 1974. Analysis of Vertebrate Structure. John Wiley & Sons, Inc, New York. xv+710 pp.
- Vaughan, T. A. 1986. Mammalogy. Third Edition. Harcourt Brace Jovanovich, Publishers, Orlando Fl. vii+576 pp.