Web Analytics Made Easy - Statcounter

See also ebooksgratis.com: no banners, no cookies, totally FREE.

CLASSICISTRANIERI HOME PAGE - YOUTUBE CHANNEL
Privacy Policy Cookie Policy Terms and Conditions
Dejma - Wikipedija

Dejma

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.

Dan l-artiklu jiddiskuti d-Dejma ta' żmien il-Medjuevu.

Werrej

[editja] Għaliex id-Dejma?

L-attakki mill-furbani kienu xi ħaġa komuni fiż-żmien Medjevali. Dawn mhux biss kienu jaqbdu xi xwieni jew dgħajsa, imma kienu ukoll jinżlu f'xi xatt, joqtlu lill kull min jiqfilhom, u jisirqu dak kollu li jgħodd għalihom u saħansitra jaħtfu ħafna nies u jkaxxkruhom magħhom bħala lsira. Għalhekk il-Maltin, lejn tmiem is-seklu 14, kellhom iwaqqfu ġemgħa ta’ suldati magħrufa bħala d-Dejma.


[editja] Min kien jidħol fid-Dejma u kif kienet tiġi organizzata?

L-irġiel minn tmintax sa sittin sena kellhom jidħlu fid-dejma u jagħtu sehemhom fid-difiża bilfors. L-armata kienet maqsuma f'għadd ta' ġemgħat daqs kemm kien hemm parroċċi jew irħula dak iż-żmien.

F'Settembru ta' kull sena kienu jinħatru l-kaptani tad-Dejma. Bejn dawn kien jitqassam il-ħarsien tax-xtut kollha. Il-kaptan tad-Dejma taż-żwiemel kien magħruf bħala Kavabuzz.

In-nobbli, l-kbarat u l-għonja kellhom iżommu żwiemel u dwieb għat-taqbid. Min jista' kellu jżomm feluka, xambekk u xi xprunara imhejjija b'għadd ta' baħrin. Il-kapijiet tal-familji kellhom iżommu fi djarhom vleġeġ, żbandoli, lanez, sjuf, alabardi, xwabel, puntini u maż-żmien ukoll azzarini tan-nar (arkibużi) u joħorġu huma u uliedhom kull meta tissejjaħ in-nafra. In-nafra kienet is-sejħa għat-taqbid.

In-nies tad-Dejma kienu joqogħdu għassa bil-lejl u bin-nhar fuq ix-xtut u l-għoljiet. Kif jilmħu l-għadu riesaq lejn ix-xtut, iqabbdu ħuġġieġa u malli l-għassiesa tat-torrijiet l-oħra jaraw id-duħħan tiela' matul il-jum u n-nar matul ilk-lejl, isejħu n-nies għat-taqtigħa. Id-daqs tal-ħġejjeġ kienu d-daqs tal-qawwa tal-għadu. Is-suldati tad-Dejma kienu jinġabru ħdejn is-Salib tad-Dejma malli jisimgħu n-nafra. Dan kien salib fuq kolonna fit-tarf tar-raħal. Ħdejh kienu jinġabru bosta suldati tad-Dejma ta' l-irħula qrib biex jirċievu l-ordnijiet.

[editja] Għejjun Storiċi dwar id-Dejma

Il-kittieb ta' l-istorja ta' l-Ordni ta' San Ġwann ta' Malta, Giacomo Bosio, jagħtina ħjiel fuq id-Dejma. Isemmi kif il-Maltin laqgħu lill-GranMastru L'Isle Adam:

"Mhux anqas minnn ħames mitt ruħ, il-biċċa l-kbira rġiel bi stallett u sejf fuqhom; ilkoll bil-leħja u mimlija; il-libsa tagħhom geżwira tasal sa rkubbtejhom, miksijin kisja kkutunata bit-tajjar ta' Malta. rashom mgħottija bi brieret, muntieri, li jostrulhom rashom sewwa."

L-irġiel kienu jħallu xagħarhom twil u jobormuh u jgerbuh taħt il-muntiera. Ix-xagħar hekk mibrum kienu jgħidulu "id-dliel". Dawk li jriduha kienu jidilku dlielhom biż-żejt. (Minn hekk jingħad li beda l-għajdut: "Ħoll xagħrek u ġib iż-żejt".) L-irġiel kienu jilbsu ukoll misluta waħda f'widnithom.

Il-Professur Godfrey Wettinger għamel studju intensiv fuq il-listi tad-Dejma li nstabu fil-Mużew tal-Katidral ta' l-Imdina. Dawn il-listi qegħdin f'Quaderni Diversi Numri 1. L-eqdem lista hija dik tas-sena 1419-20. Dawn il-listi huma importanti għall-Istorja ta' Malta għall-bosta raġunijiet. Il-lista tagħtina tagħrif dwar kif kienet imqassma l-popolazzjoni Maltija fil-bidu tas-Seklu 15. Il-lista fiha 1667 raġel. Jekk tgħodd ukoll l-irġiel tal-Birgu tasal għal madwar 2000 raġel. Jekk iżżid ukoll lin-nisa u lit-tfal il-popolazzjoni ta' Malta fl-1419 tasal għal madwar 10,000 ruħ. Il-lista tagħtina ukoll idea ta' l-ismijiet li kienu jingħataw dak iż-żmien. Il-lista tal-Milizja fiha madwar 80 isem nisrani. Antoni nsibu 104 rġiel, Johanni 94, Cola 94. Xi ismijiet strambi huma: Azimundinu, Ansaldinu u Apostoli. Ma jissemmewx Karmenu (Carmel), Publiju u Ġużeppi (Joseph). (Fost il-Lhud iżda Joseph kien komuni ħafna). Hemm il-lista ta' żwiemel li kellhom lesti għat-taqbid.

Raħal: Numru ta’ rġiel li kellhom żiemel: Curmi (Ħal Qormi) 15 Naxaru (in-Naxxar) 9 Atardu (Ħ' Attard) 8 Mitarxen (Ħal Tarxien) 2 Axac (Ħal Għaxaq) 2 Micabibe (Mqabba) 1 Safi (Ħal Safi) 1

Xi osservazzjonijiet li joħorġu mil-lista tal-Milizja:

In-naħat tal-Mellieħa u ta’ San Pawl il-Baħar sa l-1419 kienu għadhom skarsi ħafna mill-popolazzjoni

Bosta rħula ntilfu; illum m’għadhomx jeżistu. Insemmu bħala eżempju lil Calleja u Gumerinu.

Fl-1419 il-popolazzjoni kienet għadha rurali. Minn 1667 ruħ, l-Imdina u r-Rabat kellhom 424 raġel; dawn jinkludu l-Lhud. Mhux veru li l-popolazzjoni kienet tgħix kollha madwar l-Imdina u r-Rabat biss.

Il-lista hija miktuba fuq 42 faċċata.

Il-Lhud huma miktubin fuq lista għalihom. Fl-1492 il-Lhud tkeċċew minn Malta, allura l-lista bilfors kienet ta' żminijiet qabel l-1492.

L-irġiel tal-Birgu u Għawdex ma jidħlux fil-lista tal-Milizja. Fil-fatt il-Birgu u Għawdex kellhom arranġamenti differenti għad-difiża tagħhom.

Il-qassisin ma jissemmewx fil-lista tal-Milizja.

Il-lista tal-Milizja tiġbor fiha nies minn kull qasam tal-ħajja: Lhud u Insara, bdiewa u bejjiegħa tal-ħwienet, nies tas-sengħa, nutara, sidien ta' għelieqi u sidien fewdali.

[editja] Referenzi

  • Ġrajjet Malta, it-tieni ktieb, Dipartiment ta' l-Edukazzjoni, Malta, 1983
  • www.schoolnet.gov.mt
  • Melita Historica 5 (1969) 2 (paġni 80-106)

[editja] Links Esterni


aa - ab - af - ak - als - am - an - ang - ar - arc - as - ast - av - ay - az - ba - bar - bat_smg - bcl - be - be_x_old - bg - bh - bi - bm - bn - bo - bpy - br - bs - bug - bxr - ca - cbk_zam - cdo - ce - ceb - ch - cho - chr - chy - co - cr - crh - cs - csb - cu - cv - cy - da - de - diq - dsb - dv - dz - ee - el - eml - en - eo - es - et - eu - ext - fa - ff - fi - fiu_vro - fj - fo - fr - frp - fur - fy - ga - gan - gd - gl - glk - gn - got - gu - gv - ha - hak - haw - he - hi - hif - ho - hr - hsb - ht - hu - hy - hz - ia - id - ie - ig - ii - ik - ilo - io - is - it - iu - ja - jbo - jv - ka - kaa - kab - kg - ki - kj - kk - kl - km - kn - ko - kr - ks - ksh - ku - kv - kw - ky - la - lad - lb - lbe - lg - li - lij - lmo - ln - lo - lt - lv - map_bms - mdf - mg - mh - mi - mk - ml - mn - mo - mr - mt - mus - my - myv - mzn - na - nah - nap - nds - nds_nl - ne - new - ng - nl - nn - no - nov - nrm - nv - ny - oc - om - or - os - pa - pag - pam - pap - pdc - pi - pih - pl - pms - ps - pt - qu - quality - rm - rmy - rn - ro - roa_rup - roa_tara - ru - rw - sa - sah - sc - scn - sco - sd - se - sg - sh - si - simple - sk - sl - sm - sn - so - sr - srn - ss - st - stq - su - sv - sw - szl - ta - te - tet - tg - th - ti - tk - tl - tlh - tn - to - tpi - tr - ts - tt - tum - tw - ty - udm - ug - uk - ur - uz - ve - vec - vi - vls - vo - wa - war - wo - wuu - xal - xh - yi - yo - za - zea - zh - zh_classical - zh_min_nan - zh_yue - zu -