Cobh
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Cobh huwa port żgħir fir-Repubblika ta' l-Irlanda, ftit kilometri 'l bogħod mill-belt ta' Cork. Magħruf bħala Queenstown mill-1849, għall-unur il-Reġina Vitorja, serva bħala port ewlieni fin-nofsinhar ta' l-Irlanda.
Fl-1720 hawnhekk twaqqaf l-ewwel klabb tal-jottijiet fid-dinja, ir-Royal Cork Yacht Club, li issa mar għal Crosshaven, fuq in-naħa l-oħra tal-port ta' Cork.
Kien ukoll l-aħħar port li qatt daħal fih il-vapur Titanic, fl-1912, wara li dan wasal minn Cherbourg u spiċċa biex għereq b'telf ta' ħafna nies.