Web Analytics Made Easy - Statcounter

See also ebooksgratis.com: no banners, no cookies, totally FREE.

CLASSICISTRANIERI HOME PAGE - YOUTUBE CHANNEL
Privacy Policy Cookie Policy Terms and Conditions
Alfred Sant - Wikipedija

Alfred Sant

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.

Dr. Alfred Sant
Image:Sant.jpg‎
Kariga: Prim Ministru ta' Malta
Perjodu fil-Kariga: 1996-1998
PM Predeċessur: Eddie Fenech Adami
PM Suċċessur: Eddie Fenech Adami
Data tat-Twelid: 28 ta' Frar, 1948
Post tat-Twelid: Pieta, Malta
Partit Politiku: Partit Laburista

Dr. Alfred Sant (twieled fit-28 ta' Frar, 1948); huwa serva bħala' Prim Ministru ta' Malta bejn l-1996 u l-1998.

Werrej

[editja] Edukazzjoni

Huwa ggradwa mill-Università ta' Malta fil-fiżika u studja l-amministrazzjoni pubblika fl-Institut International d'Administration Publique ta' Pariġi. Alfred Sant iggradwa wkoll fil-Business Administration mill-Università ta' Boston u Harvard. Għamel xi żmien jaħdem fis-Servizz Pubbliku ta' Malta fil-missjoni ta' Malta għall-Komunità Ewropea.

[editja] Politka

Ġie appuntat il-kariga ta' Chairman tad-Dipartiment ta' l-Informazzjoni tal-Malta Labour Party fl-1982, u fl-1984 laħaq President tal-partit, kariga li żamm sa l-1988. Fl-1987 ġie co-opted fil-Parlament u ġie elett fil-Kamra tar-Rappreżentanti fl-elezzjonijiet ta' l-1992. Fl-istess sena, huwa laħaq Mexxej tal-Partit Laburista u ta' l-Oppożizzjoni fil-parlament.

[editja] 1996 -1998

Il-Partit Laburista rebaħ l-elezzjonijiet ta' l-1996, imma minħabba problemi interni ma' Dom Mintoff, Sant kellu jsejjaħ elezzjoni bikrija fl-1998, li ntrebħet mill-Partit Nazzjonalista (PN).

[editja] Referendum u Elezzjoni 2003

Meta tħabbar ir-referendum dwar is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea fl-2003, Sant sejjaħ bojkott parzjali fuq ir-referendum u talab lil-Laburisti biex jew jivvutaw 'Le', jew inkella jastjenu jew iħassru l-vot. Dan għen biex rebaħ l-Iva, iżda Sant sostna li l-Iva ma ġabitx il-maġġoranza assoluta ta' l-elettorat u għalhekk iddikjara r-riżultat bħala null. Meta, xahar wara r-referendum, il-Partit Laburista reġa' tilef l-elezzjoni, Sant irreżenja mill-kariga ta' mexxej tal-partit.

Huwa xorta kkontesta l-elezzjoni għat-tmexxija tal-partit. Huwa reġa' rebaħ l-elezzjoni b'mod konvinċenti b'66% tal-voti.

Sussegwentement Alfred Sant kien strumentali biex fl-2005 l-Konferenza Generali tal-Partit Laburista tappoġġja l-Kostituzzjoni Ewropea. Din ġiet ratifikata unanimament fil-Parlament Malti.

[editja] Elezzjoni Generali 2008

Il-Partit Laburista għall-kampanja elettorali tal-2008, ippreżetaw programme “Pjan għal bidu ġdid” taħt l-għajta ghall-bidla fil-tmexxija tal-pajjiż. Il-programme elettorali kien fih bosta affarijiet kontraversjali. Fosthom il-proposta ta’ reception class li ħolqot ħafna kontraversja matul il-kampanja, tnaqqis bin-nofs tas-surcharge tad-dawl kif ukoll l-ebda taxxa fuq l-overtime. Matul il-kampanja Sant ikampanja bil-kbir kontra l-korruzzjoni.

Minkejja dan kollu Sant tilef l-elezzjoni għat-tielet darba konsekutiva. Sant irreżenja mill-kariga tal-Mexxej tal-Partit l-għada ta' telfa iżda xorta mistenni li jżomm postu bħala membru fil-Parlament.

[editja] Letteratura

Alfred Sant huwa wkoll awtur ta' diversi drammi u rumanzi bil-Malti fosthom "Silġ fuq Kemmuna", "La Bidu, La Tmiem" u "Min hu Evelyn Costa?".


aa - ab - af - ak - als - am - an - ang - ar - arc - as - ast - av - ay - az - ba - bar - bat_smg - bcl - be - be_x_old - bg - bh - bi - bm - bn - bo - bpy - br - bs - bug - bxr - ca - cbk_zam - cdo - ce - ceb - ch - cho - chr - chy - co - cr - crh - cs - csb - cu - cv - cy - da - de - diq - dsb - dv - dz - ee - el - eml - en - eo - es - et - eu - ext - fa - ff - fi - fiu_vro - fj - fo - fr - frp - fur - fy - ga - gan - gd - gl - glk - gn - got - gu - gv - ha - hak - haw - he - hi - hif - ho - hr - hsb - ht - hu - hy - hz - ia - id - ie - ig - ii - ik - ilo - io - is - it - iu - ja - jbo - jv - ka - kaa - kab - kg - ki - kj - kk - kl - km - kn - ko - kr - ks - ksh - ku - kv - kw - ky - la - lad - lb - lbe - lg - li - lij - lmo - ln - lo - lt - lv - map_bms - mdf - mg - mh - mi - mk - ml - mn - mo - mr - mt - mus - my - myv - mzn - na - nah - nap - nds - nds_nl - ne - new - ng - nl - nn - no - nov - nrm - nv - ny - oc - om - or - os - pa - pag - pam - pap - pdc - pi - pih - pl - pms - ps - pt - qu - quality - rm - rmy - rn - ro - roa_rup - roa_tara - ru - rw - sa - sah - sc - scn - sco - sd - se - sg - sh - si - simple - sk - sl - sm - sn - so - sr - srn - ss - st - stq - su - sv - sw - szl - ta - te - tet - tg - th - ti - tk - tl - tlh - tn - to - tpi - tr - ts - tt - tum - tw - ty - udm - ug - uk - ur - uz - ve - vec - vi - vls - vo - wa - war - wo - wuu - xal - xh - yi - yo - za - zea - zh - zh_classical - zh_min_nan - zh_yue - zu -