Ħadid
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Il-Ħadid hu l-iktar metall komuni fid-Dinja. Jintuża għal bosta affarijiet minħabba li hu materjal b'saħħtu u rħis. Minnu jsir ukoll l-azzar billi jiġi mħallat mal-karbonju waqt li qed jiġi maħdum.
Fil-kimika, il-ħadid hu s-26 element fit-tabella perjodika, bis-simbolu, Fe, mil-Latin, Ferrum.
Hemm tlett forom komuni ta' ħadid:
- Ħadid fondut, li fih 2% – 3.5% karbonju u ammonti żgħar ta' manganiż. Idub meta jilħaq it-temperatura ta' 1150 °C (1470 K). Hu b'saħħtu ħafna, iebes u jitfarrak (ma jitgħawwiġx). Jista' faċilment jiġi mdewweb u maħdum f'kull forma mixtieqa. Jintuża għall-għamla ta' tappieri, ċilindri tal-gass u magni tal-karozzi.
- Ħadid maħdum, li għandu anqas minn 0.5% ta' karbonju. Jista' faċilment jinħadem u jitgħawweġ meta jkun jikwi (aħmar nar). Jintuża biex jinħadmu puġġamani, nagħal taż-żwiemel, ktajjen, imsiemer, gradi u affarijiet oħra ta' tiżjin u artiġġjanat li jiġu maħduma minn xi ħaddied jew artist.
- L-Azzar hu liga ta' ħadid, aktar b'saħħita u li ma tantx issaddad.
Dan l-artiklu huwa abbozz. Jekk tista', tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skond il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija.
Għal lista kompluta ta' abbozzi, ara l-kategorija relatata. |